32003R1988



Official Journal L 295 , 13/11/2003 P. 0054 - 0056


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1988/2003

tat-12 ta’ Novembru 2003

li jistabbilixxi l-allokazzjoni tal-liċenzji għall-esportazzjoni ta’ tipi ta’ ġobon li jridu jiġu esportati fis-sena 2004 lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika taħt ċerti kwoti li jirriżultaw mill-Ftehimijiet tal-GATT

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u l-prodotti mill-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1787/2003 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1471/2003 [3] jiftaħ il-proċedura sabiex jiġu allokati l-applikazzjonijiet għall-liċenzi għall-esportazzjoni ta’ tipi ta’ ġobon li jridu jiġu esportati fis-sena 2004 lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika taħt ċerti kwoti li jirriżultaw mid-diversi Ftehim tal-GATT.

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 174/1999 tas-26 ta’ Jannar 1999 li jistabbilixxi regoli speċjali ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament Nru 804/68 rigward il-liċenzi ta’ l-esportazzjoni u r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fil-każ tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1948/2003 [5], jistabbilixxi fl-Artikolu 20(3) il-kriterji li jridu jiġu applikati sabiex jiġu allokati liċenzi proviżorji meta jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet għal dawn il-liċenzi rigward kwantità ta’ prodotti li taqbeż waħda mill-kwoti rilevanti għas-sena in kwistjoni.

(3) Id-domanda għall-liċenzi għall-esportazzjoni għal uħud mill-kwoti u l-gruppi tal-prodotti wriet żieda sinifikanti u taqbeż, xi kultant bil-qawwi, il-kwantitajiet disponibbli. Dan jista’ jwassal għal tnaqqis sostanzjali fil-kwantitajiet allokati għal kull applikant, biex b’hekk titnaqqas l-effiċjenza u l-effikaċja ta’ l-iskema. B’żieda ma’ dan, meta l-kwantitajiet allokati lill-kull operatur ikunu żgħar, l-esperjenza wriet li jkun hemm ir-riskju illi f’dawn iċ-ċirkostanzi l-operatur ma jkunx kapaċi jwettaq l-obbligu tiegħu sabiex jesporta bit-telf konsegwenti tal-garanzija.

(4) Sabiex tiġi ttrattata din is-sitwazzjoni, huwa approprjat li tiġi applikata għaqda tat-tliet kriterji riferiti fl-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 174/1999. Skond il-punti (a) u (b) ta’ dan l-Artikolu, il-liċenzi għandhom jiġu allokati bi preferenza għall-applikanti li kienu diġà mdaħħla fix-xogħol ma’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika li l-importaturi tagħhom huma sussidjarji nnominati u li esportaw kwantità tal-prodotti interessati lejn din id-destinazzjoni. B’żieda ma’ dan, għandu jiġi applikat koeffiċjent tat-tnaqqis skond il-punt (ċ) ta’ l-Artikolu 20(3) imsemmi.

(5) Fil każ tal-gruppi tal-prodotti u l-kwoti li l-kwantitajiet applikati għalihom jaqbżu biss bi ftit dawk disponibbli, l-applikazzjoni ta’ l-għaqda tal-kriterji pprovvduta fl-Artikolu 20(3)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 174/1999 hija biżżejjed għalbiex jiġu allokati kwantitajiet vijabbli ekonomikament. Għalhekk f’dawn iċ-ċirkostanzi għandha tingħata preferenza lill-applikanti li l-importaturi tagħhom huma sussidjarji, filwaqt li jiġi applikat koeffiċjent ta’ tnaqqis.

(6) Fil-każ tal-gruppi tal-prodotti u l-kwoti li l-applikazzjonijiet iddepożitati għalihom huma għal kwantitajiet inqas minn dawk disponibbli, huwa approprjat, skond l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 174/1999, li tiġi pprovvduta l-allokazzjoni tal-kwantitajiet li jifdlu lill-applikanti fil-proporzjon tal-kwantitajiet applikati għalihom. L-allokazzjoni ta’ dawn il-kwantitajiet iktar għandha tkun kondizzjonali fuq l-operatur interessat li jagħmel it-talba u jiddepożita garanzija.

(7) Il-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti mll-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Kull applikazzjoni għall-liċenzi proviżorji ta’ l-esportazzjoni iddepożitati skond ir-Regolament (KE) Nru 1471/2003 rigward il-gruppi tal-prodotti u l-kwoti identifikati bħala Tokyo-16, l-Urugwaj-16, -17, -20 u -21, Tokyo-25 u l-Urugwaj-25 fil-kolonna 3 ta’ l-Anness ta’ ma’ hawn

- mill-applikanti li juru esportazzjoni lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika tal-prodotti fil-kwistjoni matul mill-inqas waħda mit-tliet snin ta’ qabel u li l-importaturi nnominati tagħhom huma sussidjarji tagħhom għandhom jiġu aċċettati skond il-koeffiċjenti ta’ l-allokazzjonijiet fil-kolonna 5 ta’ l-Anness,

- minn applikanti oħra għajr dawk ipprovvduti taħt l-ewwel inċiż li juru esportazzjoni lejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika tal-prodotti fil-kwistjoni matul kull waħda mit-tliet snin ta’ qabel għandhom jiġu aċċettati skond il-koeffiċjenti ta’ l-allokazzjonijiet fil-kolonna 6 ta’ l-Anness,

- minn applikanti oħra għajr dawk ipprovvduti taħt l-ewwel u t-tieni inċiżi ta’ hawn fuq għandhom jiġu rrifjutati.

2. Jekk il-kwantità allokata li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 1(1) tkun inqas minn żewġ tunnellati metriċi, l-applikanti jistgħu jirtiraw l-applikazzjoni tagħhom. F’dawn il-każijiet, għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li, għalhekk, il-garanzija għandha tiġi rrilaxxjata minnufih. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni fi żmien tmint ijiem tax-xogħol mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, bil-kwantità li tagħha ġew irtirati l-applikazzjonijiet u ġiet irrilaxxjata l-garanzija.

3. L-applikazzjonijiet għal-liċenzi proviżorji għall-esportazzjoni ddepożitati skond ir-Regolament (KE) Nru 1471/2003 rigward il-grupp tal-prodotti u l-kwoti ddefiniti mill-Urugwaj-18 ta’ l-Anness ta’ ma’ hawn:

- mill-applikanti li l-importaturi nnominati tagħhom huma sussidjarji jiġu aċċettati skond il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjonijiet fil-kolonna 7 ta’ l-Anness,

- mill-applikanti l-oħra għajr dawk ipprovvduti taħt l-ewwel inċiż għandhom jiġu aċċettati skond il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjonijiet fil-kolonna 8 ta’ l-Anness.

4. L-applikazzjonijiet għal-liċenzi proviżorji għall-esportazzjoni ddepożitati skond ir-Regolament (KE) Nru 1471/2003 rigward il-grupp tal-prodotti u l-kwoti identifikati mit-Tokyo-22 u l-Urugwaj-22 fil-kolonna 3 ta’ l-Anness għandhom ikunu aċċettati skond il-kwantitajiet mitluba. Fuq applikazzjoni oħra min-negozjant fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u bla ħsara għad-depożitu tal-garanzija li tapplika, jistgħu jinħarġu liċenzi proviżorji għall-esportazzjoni għal iktar kwantitajiet skond il-koeffiċjent ta’ l-applikazzjonijiet fil-kolonna 9 ta’ l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta’ Novembru 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48.

[2] ĠU L 270, tal-21.10/2003, p. 121.

[3] ĠU L 211, tal-21.8.2003, p. 5.

[4] ĠU L 20, tas-27.1.1999, p. 8.

[5] ĠU L 287, tal-5.11.2003, p. 13.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Identifikazzjoni tal-grupp skond in-Noti Addizzjonali ta’ l-Iskeda tat-Tariffi Armonizzati ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika | L-Identifikazzjoni tal-Grupp u tal-kwota | Il-Kwantità disponibbli għas-sena 2004 (t) | Il-Koeffiċjent ta’ l-allokazzjonijiet ipprovvdut fl-Artikolu 1(1) | Il-Koeffiċjent ta’ l-allokazzjonijiet ipprovvdut fl-Artikolu 1(3) | Il-Koeffiċjent ta’ l-allokazzjonijiet ipprovvdut fl-Artikolu 1(4) |

In-Nru tan-Nota | Il-Grupp | L-Ewwel inċiż | It-Tieni inċiż | L-Ewwel inċiż | It-Tieni inċiż |

(1) | (2) | (3) | (4) | (5) | (6) | (7) | (8) | (9) |

16 | Mhux ipprovvdut speċifikament(NSPF) | Tokyo-16 | 908,877 | 0,1965479 | 0,0655160 | — | — | — |

Urugwaj-16 | 2 346,000 | 0,1513203 | 0,0504401 | — | — | — |

17 | Tal-Moffa kaħla | Urugwaj-17 | 300,000 | 0,2147971 | 0,0715990 | — | — | — |

18 | Iċ-Cheddar | Urugwaj-18 | 1 000,000 | — | — | 1,0000000 | 0,6671750 | — |

20 | L-Edam/il-Gouda | Urugwaj-20 | 1 000,000 | 0,3259807 | 0,1086602 | — | — | — |

21 | Tat-Tip Taljan | Urugwaj-21 | 700,000 | 0,2350571 | 0,0783524 | — | — | — |

22 | Il-Ġobon Svizzeru jew Emmenthaler għajr dak tat-toqba | Tokyo-22 | 393,006 | — | — | — | — | 1,1089209 |

Urugwaj-22 | 380,000 | — | — | — | — | 1,1377246 |

25 | Il-Ġobon Svizzeru jew Emmenthaler tat-toqba | Tokyo-25 | 4 003,172 | 0,4294560 | 0,1431520 | — | — | — |

Urugwaj-25 | 1 220,000 | 0,4484195 | 0,1494732 | — | — | — |

--------------------------------------------------