Official Journal L 200 , 26/07/1988 P. 0031 - 0031
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 17 P. 0105
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 17 P. 0105
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 1988 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 74/152/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-veloċità massima skond id-disinn ta’ u l-pjattaformi tat-tagħbija għat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (88/412/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti ta’ l-agrikoltura jew tal-foresterija [1], kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva 88/297/KEE [2], u b’mod partikolari Artikolu 11 li tagħha, Billi, minħabba l-esperjenza miksuba, u wara li jkun ikkunsidrat l-iktar teknoloġija avvanzata, issa hu possibli li ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 74/152/KEE [3], kif emendata bid-Direttiva 82/890/KEE [4], isiru aktar preċiżi u kompleti; Billi l-miżuri li hemm provduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat fuq l-Addattament għall-Progress Tekniku tad-direttivi li huma mmirati għat-tneħħija tal-barrieri tekniċi tal-kummerċ fis-settur tal-tratturi ta’ l-agrikoltura jew il-forestrija, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Fl-Anness tad-Direttiva 74/152/KEE il-punt 1.3 jinbidel hawnhekk b’dan li ġej: "1.3. Matul it-test it-trattur jintrama’ b’roti ġodda pnewmatiċi li għandhom l-ikbar raġġ ta’ tidwir maħsub mill-manufattur għat-trattur" . Artikolu 2 1. Mill-1 t’Ottubru 1988 l-ebda Stat Membru ma jista’: - jirrifjuta, rigward tip ta’ trattur, li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li joħroġ id-dokument imsemmi f’Artikolu 10(1), l-aħħar inċiż, tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali; jew - jipprojbixxi d-dħul fis-servizz tat-tratturi; jekk il-veloċità massima skond id-disinn u l-pjattaformi tat-tagħbija ta’ dan it-tip ta’ trattur jew tratturi huwa konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. 2. Mill-1 ta’ Ottubru 1989 l-Istati Membri: - ma jistgħux joħorġu aktar id-dokument imsemmi f’Artikolu 10(1), l-aħħar inċiż, tad-Direttiva 74/150/KEE għal xi tip ta’ trattur li l-veloċità massima skond id-disinn u l-pjattaformi tat-tagħbija tiegħu mhumiex skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva; - jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali rigward xi tip ta’ trattur li l-veloċità massima skond id-disinn u l-pjattaformi tat-tagħbija tiegħu mhumiex konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jaderixxu ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 1988. Huma għandhom minnufih javżaw lill-Kummissjoni dwar dan. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Ġunju 1988. Għall-Kummissjoni Cockfield Viċi-President [1] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10. [2] ĠU L 126, ta’ l-20.5.1988, p. 52. [3] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 33. [4] ĠU L 378, tal-31.12.1982, p. 45. --------------------------------------------------