<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTB.0600580501.case.xml"><NO.CASE>C-51/09 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009J0051</NO.CELEX><NO.SEQ>0028.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-5822</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-5835</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20100624">24.6.2010</DATE> — KAWŻA C-51/09 P</LEFT><RIGHT>BECKER vs HARMAN INTERNATIONAL INDUSTRIES</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20100624">24 ta’ Ġunju 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-51/09 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell taħt l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, imressaq fit-<DATE ISO="20090203">3 ta’ Frar 2009</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Barbara Becker</HT>, residenti f’Miami (l-Istati Uniti), irrappreżentata minn P. Baronikians, avukat,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</AGAINST><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Harman International Industries Inc.</HT>, stabbilita f’Northridge, (l-Istati Uniti), irrappreżentata minn M. Vanhegan, barrister,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI),</HT> irrappreżentat minn G. Schneider, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>konvenut fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="I-5823"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn J .-C. Bonichot, President tal-Awla, C. Toader, K. Schiemann, P. Kūris (Relatur) u L. Bay Larsen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P . Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: C . Strömholm, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20100211">11 ta’ Frar 2010</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20100325">25 ta’ Marzu 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Bl-appell tagħha, B. Becker titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (li mill-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE> saret il-Qorti Ġenerali), tat-<DATE ISO="20081202">2 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Harman International Industries vs UASI — Becker (Barbara Becker) (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-212/07" PAGE.ECR="II-3431" YEAR="2008">T-212/07, Ġabra p. II-3431</REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), li biha l-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni (UASI), tas-<DATE ISO="20070307">7 ta’ Marzu 2007</DATE> (Każ R 502/2006-1, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), li kienet annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal- Oppożizzjoni li laqgħet l-oppożizzjoni mressqa minn Harman International Industries Inc. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Harman<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Komunitarja Barbara Becker.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5824"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-<DATE ISO="19931220">20 ta’ Diċembru 1993</DATE>, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146) jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Jekk issir opposizzjoni minn proprjetarju ta’ trade mark preċedenti, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark m’għandhiex tiġi milqugħa:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jekk minħabba identiċità jew xebħ bejn iż-żewġ trade marks u l-identiċità jew xebħ tal-prodotti jew servizzi koperti mit-trade marks teżisti probabilta’ ta’ konfużjoni minn naħa tal-publiku fit-territorju fejn it-trade mark preċedenti hija protetta; il-probabiltà ta’ konfużjoni tinkludi wkoll il-probabiltà li ssir assoċjazzjoni mat-trade mark preċedenti.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 8(2)(a) tar-Regolament Nru 40/94, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Trade marks preċedenti<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> tfisser, b’mod partikolari, trade marks Komunitarji b’data ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni li tiġi qabel dik tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-5825"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20021119">19 ta’ Novembru 2002</DATE>, B. Becker ippreżentat lill-UASI applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Barbara Becker bħala trade mark Komunitarja.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-prodotti li għalihom intalbet ir-reġistrazzjoni jaqgħu taħt il-klassi 9 skont il-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-registrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Gunju 1957, kif irrivedut u emendat, u jikkorrispondu għad-deskrizzjoni li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Apparat u strumenti xjentifiċi, tal-baħar, għal skopijiet ta’ sondaġġi, tal-elettriku, fotografiċi, ċinematografiċi, ottiċi, li jiżnu, li jkejlu, li jissenjalaw, li jivverifikaw (superviżjoni), tas-salvataġġ u tat-tagħlim; apparat għar-reġistrazzjoni, trażmissjoni u riproduzzjoni ta’ ħsejjes jew stampi; tagħmir li jġorr id-data b’mod manjetiku, diski għar-reġistrazzjoni; magni tal-bejgħ awtomatiċi u mekkaniżmi għal apparat imħaddem bil-muniti; cash registers, magni li jikkalkulaw, tagħmir għall-ipproċessar tad-data u kompjuters<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20040624">24 ta’ Ġunju 2004</DATE>, Harman International Industries Inc., ressqet oppożizzjoni kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark Barbara Becker għall-prodotti kollha koperti minnha, skont l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 u l-Artikolu 8(5) tal-istess regolament. L-oppożizzjoni kienet ibbażata fuq it-trade mark Komunitarja verbali BECKER ONLINE PRO Nru 1823228, irreġistrata fl- <DATE ISO="20020701">1 ta’ Lulju 2002</DATE>, u fuq l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, tat-<DATE ISO="20001102">2 ta’ Novembru 2000</DATE>, tat-trade mark verbali BECKER Nru 1944578, irreġistrata fis-<DATE ISO="20040917">17 ta’ Settembru 2004</DATE>, li tkopri wkoll diversi prodotti li jaqgħu taħt l-imsemmija klassi 9.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5826"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20050215">15 ta’ Frar 2005</DATE>, id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI, filwaqt li aċċettat li kienet teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti, laqgħet l-oppożizzjoni ta’ Harman. Hija qieset li l-prodotti koperti minn dawn it-trade marks kienu identiċi u li dawn it-trade marks kienu globalment jixxiebhu fis-sens li kienu jippreżentaw, minn naħa, livell medju ta’ xebh viżiv u fonetiku u, min-naħa l-oħra, identiċità mill-aspett kunċettwali inkwantu kienu jirreferu għall-istess kunjom.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20060411">11 ta’ April 2006</DATE>, B. Becker ippreżentat appell minn din id-deċiżjoni, li ġiet annullata bid-deċiżjoni kkontestata. Fiha, l-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Bord tal-Appell<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) qies li l-prodotti koperti mit-trade marks konfliġġenti kienu parzjalment identiċi u parzjalment jixxiebhu. Huwa għamel distinzjoni bejn il-prodotti intiżi għall-pubbliku ġenerali, dawk intiżi għall-professjonisti u dawk li, intiżi għaż-żewġ gruppi, kienu jikkostitwixxu kategorija intermedjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-sinjali konfliġġenti, il-Bord tal-Appell qabbel biss it-trade mark verbali preċedenti BECKER u t-trade mark Barbara Becker li għaliha ntalbet ir-reġistrazzjoni. Huwa kkonstata li kien jeżisti biss ċertu grad ta’ xebh viżiv u fonetiku bejn l-imsemmija sinjali u qies li dawn is-sinjali kienu, madankollu, fuq livell kunċettwali, distinti b’mod ċar fil-Ġermanja u fil-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea minħabba l-fatt li l-pubbliku rilevanti kien jipperċepixxi t-trade mark Barbara Becker fl-intier tagħha, pjuttost li bħala l-assoċjazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Barbara<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Becker<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>. Huwa rrileva wkoll li B. Becker kienet magħrufa fil-Ġermanja, filwaqt li l-kunjom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Becker<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> kien kunjom komuni ħafna. Għaldaqstant, huwa kkonkluda li d-differenzi bejn is-sinjali inkwistjoni kienu suffiċjentement importanti sabiex tiġi eskluża l-probabbiltà ta’ konfużjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Bord tal-Appell qies li l-kundizzjoni li tipprovdi li, għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94, għandu jeżisti livell ta’ xebh tali bejn it-trade marks konfliġġenti li l-pubbliku kkonċernat jistabbilixxi rabta bejniethom, ma ġietx sodisfatta.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-5827"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>B’rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20070615">15 ta’ Ġunju 2007</DATE>, Harman ippreżentat rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata. Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti invokat żewġ motivi bbażati fuq il-ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 u fuq il-ksur tal-Artikolu 8(5) tal-istess regolament rispettivament.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Meta laqgħet l-ewwel wieħed minn dawn il-motivi, il-Qorti Ġenerali, permezz tas-sentenza appellata, annullat id-deċiżjoni kkontestata, qieset li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonkluda li t-trade mark konfliġġenti kienu distinti b’mod ċar. Wara li rrilevat, fil-punt 33 tas-sentenza appellata, li dawn it-trade marks kienu jippreżentaw ċertu xebh fuq il-livell viżiv u dak fonetiku kif kien ikkonstata l-Bord tal-Appell, hija qieset, fil-punt 34 tal-imsemmija sentenza, li l-Bord tal-Appell kien għamel evalwazzjoni żbaljata tal-importanza relattiva tal-element <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Becker<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> meta mqabbla mal-element: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Barbara<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, f’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali, billi rreferiet għas-sentenza tagħha tal-<DATE ISO="20050301">1 ta’ Marzu 2005</DATE>, Fusco vs UASI - Fusco International (ENZO FUSCO) (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-185/03" PAGE.ECR="II-715" YEAR="2005">T-185/03, Ġabra p. II-715</REF.DOC.ECR>, punt 54), irrilevat, fil-punt 35 tas-sentenza appellata, li l-ġurisprudenza kienet aċċettat li, tal-anqas fl-Italja, il-konsumaturi jattribwixxu, bħala regola ġenerali, karattru distintiv iktar ogħli lill-kunjom milli lill-isem fi trade mark, b’mod li l-kunjom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Becker<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> kien jista’ jiġi attribwiet karattru distintiv iktar ogħli minn dak tal-isem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Barbara<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> fit-trade mark komposta.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, hija ddikjarat, fil-punt 36 tas-sentenza appellata, li l-fatt li B. Becker kienet magħrufa fil-Ġermanja bħala l-ex mara ta’ Boris Becker ma kienx ifisser li, fuq livell kunċettwali, it-trade marks konfliġġenti kienu jixxiebhu. Fil-fatt, hija rrilevat li dawn it-trade marks kienu jirreferu għall-istess kunjom u kienu għaldaqstant jixxiebhu, dan<?PAGE NO="I-5828"?> b’mod iktar speċifiku peress li, f’parti tal-Unjoni Ewropea, l-element <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Becker<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> tat-trade mark Barbara Becker kien, bħala kunjom, jista’ jiġi attribwit karattru distintiv iktar ogħli minn dak tal-element <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Barbara<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, li huwa sempliċement isem.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, billi rreferiet għas-sentenza tas-<DATE ISO="20051006">6 ta’ Ottubru 2005</DATE>, Medion (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-120/04" PAGE.ECR="I-8551" YEAR="2005">C-120/04, Ġabra p. I-8551</REF.DOC.ECR>, punti 30 u 37), il-Qorti Ġenerali qieset, fil-punt 37 tas-sentenza appellata, li l-element <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Becker<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, anki jekk ma kienx l-element dominanti tat-trade mark komposta, ikun ipperċepit bħala kunjom, li kien normalment użat sabiex jiddeskrivi persuna, u jżomm pożizzjoni distintiva awtonoma fl-imsemmija trade mark.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Għaldaqstant, filwaqt li rrilevat li l-identità u x-xebh tal-prodotti msemmija mit-trade marks konfliġġenti ma kinux ikkontestati u li l-imsemmija trade marks kienu jippreżentaw xebh viżiv, fonetiku u kunċettwali, il-Qorti Ġenerali, fil-punt 40 tas-sentenza appellata, iddeċidiet li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejniethom, għalkemm il-prodotti inkwistjoni kienu intiżi għal pubbliku li kellu livell ta’ attenzjoni relattivament għoli.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fl-aħħar lok, fil-punti 41 u 42 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li din il-konstatazzjoni ma kinitx invalidata mill-argument tal-UASI li jipprovdi li trade mark komposta u trade mark oħra jistgħu jitqiesu li jixxiebhu biss jekk il-komponent komuni jikkostitwixxi l-element dominanti fl-impressjoni globali prodotta mit-trade mark komposta. Ukoll, hija eskludiet l-argument ta’ B. Becker li jgħid li l-ġurisprudenza dwar trade marks komposti ma kinitx applikabbi għal dan il-każ minħabba l-fatt li t-trade mark Barbara Becker kienet tikkonsisti f’isem u f’kunjom.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-5829"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Bl-appell tagħha, l-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata sa fejn hija annullat d-deċiżjoni kkontestata u kkundannatha għall-ispejjeż. Barra minn hekk, hija titlob il-kundanna tal-appellata għall-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Harman titlob, essenzjalment, li l-appell jiġi miċħud u li l-appellanti tiġi kkundannata għall-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>L-UASI jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata u li Harman tiġi kkundannata għall-ispejjeż inkorsi minnha.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħha, B. Becker tinvoka aggravju wieħed, ibbażat fuq l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94. Hija ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta qieset li jeżisti xebh bejn it-trade marks konfliġġenti u li għaldaqstant applikat b’mod żbaljat din id-dispożizzjoni meta kkonkludiet li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5830"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, hija tikkritika lill-Qorti Ġenerali li bbażat l-evalwazzjoni tagħha fuq is-sentenza tagħha Fusco vs UASI — Fusco International (ENZO FUSCO), iċċitata iktar ’il fuq, li tipprovdi li l-konsumaturi Taljani jattribwixxu karattru distintiv iktar ogħli lill-kunjom milli lill-isem fi trade mark. F’dan ir-rigward hija tosserva li, f’sentenza iktar reċenti, tat-<DATE ISO="20060712">12 ta’ Lulju 2006</DATE>, Rossi vs UASI - Marcorossi (MARCOROSSI) (T-97/05, punti 46 u 47), il-Qorti Ġenerali rrilevat li tali regola ġenerali ma tapplikax awtomatikament f’kull sitwazzjoni, peress li kull każ għandu jiġi eżaminat individwalment, u li l-kunjom, komuni għaż-żewġ trade marks f’din il-kawża, ma kienx suffiċjentement dominanti f’dawn iż-żewġ trade marks sabiex iwassal għal probabbiltà ta’ konfużjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, l-appellanti sssostni li l-Qorti Ġenerali kkonkludiet b’mod żbaljat mis-sentenza Medion, iċċitata iktar ’il fuq, li l-element <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Becker<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> kellu pożizzjoni distintiva fit-trade mark komposta b’mod li ż-żewġ trade marks konfliġġenti kellhom jitqiesu li jixxiebhu. Din is-sentenza kienet sempliċement iddikjarat li mhux biżżejjed li terz iżid l-isem tal-impriża tiegħu mat-trade mark irreġistrata sabiex jitlob protezzjoni għat-trade mark komposta tiegħu. Fl-ebda każ ma għandha tinftiehem li tistabbilixxi regola ġenerali li tipprovdi li kwalunkwe element maqsum bejn żewġ trade marks għandu jitqies bħala distintiv anki jekk mhuwiex dominanti.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-imsemmija sentenza kienet tirrigwarda trade marks li ma setgħux jiġu mqabbla ma’ dawk inkwistjoni f’din il-kawża. Fil-fatt, din il-kawża, ma tirrigwardax l-imitazzjoni ta’ trade mark preċedenti li l-isem ta’ impriżi ġie miżjud magħha, iżda tirrigwarda modifika tat-trade mark preċedenti permezz taż-żieda ta’ isem quddiem il-kunjom. Il-pubbliku kkonċernat jipperċepixxi s-sinjal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Barbara<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> bħala l-isem ta’ persuna ta’ sess femminili, filwaqt li l-isem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Becker<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, li huwa komuni ħafna, mhuwiex suffiċjentement individwalizzat sabiex jippermetti xebh kunċettwali bejn it-trade marks inkwistjoni. Għaldaqstant il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 meta ddikjarat li l-element <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Becker<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> huwa sempliċement isem, peress li l-impressjoni globali tat-trade mark li għaliha ntalbet ir-reġistrazzjoni hija affettwata b’mod determinanti biż-żieda tal-isem, sa fejn tittrassmetti sinjifikat kunċettwali totalment ġdid lill-kunjom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Becker<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5831"?><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>L-UASI jaqbel, essenzjalment, mal-motivi invokati mill-appellanti. Fil-fatt, huwa jsostni li l-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-elementi kollha rilevanti tal-każ sabiex teżamina l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni meta kkunsidrat żbaljatament l-evalwazzjoni fattwali mogħtija fis-sentenza Fusco vs UASI — Fusco International (ENZO FUSCO), iċċitata iktar ’il fuq, li tikkostitwixxi dispożizzjoni legali u meta applikat awtomatikament il-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza Medion, iċċitata iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Għaldaqstant il-Qorti Ġenerali naqset, b’mod partikolari, milli tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-isem fit-trade mark li għaliha ntalbet ir-reġistrazzjoni huwa isem Ġermaniż komuni ħafna. Hija naqset, fil-punt 36 tas-sentenza appellata, li tistabbilixxi jekk il-fatt li B. Becker hija ċelebrità kienx ta’ natura li jinnewtralizza x-xebh fonetiku u viżiv tas-sinjali inkwistjoni. Bl-istess mod, hija kkunsidrat żbaljament li l-element <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Becker<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> kien jokkupa pożizzjoni distintiva awtomatika mingħajr ma analizzat l-impatt taċ-ċelebrità ta’ B. Becker fuq il-perċezzjoni tal-konsumaturi.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, l-UASI żied li l-Qorti Ġenerali kienet wettqet żball ta’ liġi meta ddeduċiet mill-konstatazzjoni tagħha, li tgħid li t-tieni parti tas-sinjal kellu karattru distintiv domimanti meta mqabbla mal-ewwel, li hija kellha wkoll pożizzjoni distintiva awtonoma.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, Harman toġġezzjona għall-aggravju mressqa mill-appellanti. Minn naħa, hija ssostni li, kuntrarjament għal dak li ssostni l-appellanti, mis-sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali rreferiet għas-sentenza Fusco vs UASI — Fusco International (ENZO FUSCO), iċċitata iktar ’il fuq, bħala linja gwida u mhux bħala dispożizzjoni legali li tapplika għas-sitwazzjonijiet kollha. Barra minn hekk, hija tosserva li dan ir-riferiment mhuwiex determinanti fir-raġunament segwit mill-Qorti Ġenerali sabiex tikkonkludi fuq l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, hija tapprova l-analiżi magħmula mill-Qorti Ġenerali, fir-rigward tal-pożizzjoni distintiva awtonoma tal-element <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Becker<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, li hija konforma, fl-opinjoni tagħha, mas-sentenza Medion, iċċitata iktar ’il fuq.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-5832"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Peress li l-appellanti kkritikat lill-Qorti Ġenerali li applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94, għandu jitfakkar li, skont din id-dispożizzjoni, meta ssir oppożizzjoni mill-propretarju ta’ trade mark preċedenti, ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark hija rrifjutata meta, minħabba identiċità jew xebh bejn iż-żewġ trade marks u l-identiċità jew xebħ tal-prodotti jew servizzi koperti mit-trade marks teżisti probabbilta’ ta’ konfużjoni min-naħa tal-pubbliku fit-territorju fejn it-trade mark preċedenti hija protetta.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li tikkostitwixxi probabbiltà ta’ konfużjoni, fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94, il-probabbiltà li l-pubbliku jista’ jaħseb li l-prodotti jew is-servizzi inkwistjoni jkunu ġejjin mill-istess impriża jew, skont il-każ, minn impriżi marbuta ekonomikament [ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="20070612">12 ta’ Ġunju 2007</DATE>, UASI vs Shaker, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-334/05 P" PAGE.ECR="I-4529" YEAR="2007">C-334/05 P, p. I-4529</REF.DOC.ECR>, punti 33, u tal-<DATE ISO="20070920">20 ta’ Settembru 2007</DATE>, Nestlé vs UASI, C-193/06 P, punt 32; kif ukoll, f’dan is-sens, fir-rigward tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-<DATE ISO="19881221">21 ta’ Diċembru 1988</DATE> biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks ( ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92), is-sentenzi tad-<DATE ISO="19980929">29 ta’ Settembru 1998</DATE>, Canon, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-39/97" PAGE.ECR="I-5507" YEAR="1998">C-39/97, Ġabra p. I-5507</REF.DOC.ECR>, punt 29; tat-<DATE ISO="19990622">22 ta’ Ġunju 1999</DATE>, Lloyd Schuhfabrik Meyer, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-342/97" PAGE.ECR="I-3819" YEAR="1999">C-342/97, Ġabra p. I-3819</REF.DOC.ECR>, punt 17, u tas-<DATE ISO="20051006">6 ta’ Ottubru 2005</DATE>, Medion, iċċitata iktar ’il fuq, punt 26].</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>L-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni min-naħa tal-pubbliku għandha tiġi evalwata b’mod ġenerali billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatturi kollha rilevanti tal-każ partikolari (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19971111">11 ta’ Novembru 1997</DATE>, SABEL, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-251/95" PAGE.ECR="I-6191" YEAR="1997">C-251/95, Ġabra p. I-6191</REF.DOC.ECR>, punt 22; kif ukoll is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Lloyd Schuhfabrik Meyer, punt 18; Medion, punt 27; UASI vs Shaker, punt 34, u Nestlé vs UASI, punt 33).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza daqstant stabbilita, l-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni għandha, għal dak li jirrigwarda x-xebh viżiv, fis-smigħ jew kunċettwali tat-trade marks inkwistjoni, tkun ibbażata fuq l-impressjoni ġenerali prodotta minnhom, fejn tingħata attenzjoni partikolari għall-elementi distintivi u dominanti tagħhom. Il-perċezzjoni tat-trade marks li l-konsumatur medju għandu tal-prodotti jew tas-servizzi inkwistjoni tgawdi minn rwol determinanti fl-evalwazzjoni ġenerali ta’ din<?PAGE NO="I-5833"?> il-probabbiltà. F’dan ir-rigward, il-konsumatur medju normalment jipperċepixxi trade mark fit-totalità tagħha u ma joqgħodx jeżamina d-dettalji differenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq SABEL, punt 23, Lloyd Schuhfabrik Meyer, punt 25, Medion, punt 28; UASI vs Shaker, punt 35, u Nestlé vs UASI, punt 34).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-punti 30 u 31 tas-sentenza Medion, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li madankollu, apparti mill-każ normali li fih il-konsumatur medju jipperċepixxi trade mark fl-intier tagħha, ma jistax ikun eskluż li, f’każ partikolari, trade mark preċedenti, użata minn terz f’sinjal kompost li jinkludi l-isem tal-impriża ta’ dan it-terz, iżomm pożizzjoni distintiva awtonoma fis-sinjal kompost, mingħajr madankollu ma jikkostitwixxi l-element dominanti. F’tali ipoteżi, l-impressjoni ġenerali prodotta mis-sinjal kompost jista’ jwassal lill-pubbliku sabiex jaħseb li l-prodotti jew is-servizzi inkwistjoni kienu ġejjin, tal-anqas, minn impriża marbuta ekonomikament, f’liema każ trid tkun meqjusa l-eżistenza tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan il-każ, wara li fakkret ir-regoli kollha msemmija fil-punti 30 sa 33 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet essenzjalment, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha tax-xebh tat-trade marks konfliġġenti fuq il-livell kunċettwali, l-ewwel nett, li peress li l-konsumaturi jattribwixxu, bħala regola ġenerali, f’parti tal-Unjoni, kararttru distintiv iktar ogħli lill-kunjom mill-isem fis-sinjal verbali, l-element <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Becker<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> tat-trade mark li għaliha ntalbet ir-reġistrazzjoni seta’ jattribwixxi karattru distintiv iktar ogħli minn dak tal-element <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Barbara<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, it-tieni nett, li l-fatt li B. Barbara kienet magħrufa fil-Ġermanja ma kellux rilevanza fuq ix-xebh tat-trade marks konfliġġenti peress li dawn jirreferu għall-istess kunjom u l-element <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Barbara<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> kien biss isem, u, it-tielet nett, li l-element <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Becker<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> iżomm pożizzjoni distintiva awtonoma fit-trade mark komposta peress li jkun ipperċepit bħala kunjom.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Għalkemm huwa possibbli li, f’parti tal-Unjoni, il-kunjom ikollu, bħala regola ġenerali, karattru distintiv iktar ogħli minn dak tal-isem, jeħtieġ madankollu, f’kull każ, li jittieħdu inkunsiderazzjoni fatturi speċifiċi għall-każ u, b’mod partikolari, il-fatt li l-kunjom inkwistjoni huwa rari jew, għall-kuntrarju, komuni ħafna, li jista’ jkollu effett fuq dan il-karattru distintiv. Dan japplika għalhekk għall-kunjom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Becker<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> li l-Bord tal-Appell irrileva li għandu karattru komuni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5834"?><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Għandu jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll jekk il-persuna li titlob li l-isem u l-kunjom tagħha, meħuda flimkien, jiġu rreġistrati bħala trade mark hijiex magħrufa sewwa, peress li dan il-fattur jista’, ovvjament, ikollu influwenza fuq il-perċezzjoni tat-trade mark mill-pubbliku rilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hemm lok li jitqies li, fi trade mark komposta, kunjom ma jzommx f’kull każ pożizzjoni distintiva awtonoma biss minħabba li hija ser tiġi pperċepita bħala kunjom. Il-konstatazzjoni ta’ tali pożizzjoni tista’, fil-fatt, tiġi bbażata fuq eżami tal-fatturi kollha rilevanti tal-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif jirrileva essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punt 59 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-motivi li serħet fuqhom il-Qorti Ġenerali sabiex tikkonkludi fuq l-eżistenza ta’ xebh kunċettwali tat-trade marks konfliġġenti, għalkemm huma kienu ddikjarati inkonsistenti mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94, jistgħu jagħtu lok sabiex wieħed jaħseb li kull kunjom li jikkostitwixxi trade mark jista’ effettivament jipprekludi r-reġistrazzjoni ta’ trade mark komposta minn isem u minn dan il-kunjom, anki jekk, pereżempju, dan tal-aħħar huwa komuni jew iż-żieda tal-isem jista’ jkollu effett, mill-perspettiva kunċettwali, fuq il-perċezzjoni mill-pubbliku rilevanti tat-trade mark komposta b’dan il-mod.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal preċedentement jirriżulta li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta bbażat l-evalwazzjoni tagħha tax-xebh tat-trade mark mill-perspettiva kunċettwali fuq kunsiderazzjonijiet ġenerali bbażati fuq il-ġurisprudenza mingħajr ma analizzat il-fatturi kollha rilevanti speċifiċi għall-kawża, kuntrarjament għar-rekwiżit ta’ evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatturi kollha rilevanti tal-każ, u bbażati fuq l-impressjoni ġenerali prodotta mit-trade marks konfliġġenti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5835"?><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Minn dan isegwi l-aggravju bbażat fuq ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 għandu jintlaqa’ u li, għaldaqstant, is-sentenza annullata għandha tiġi annullata u l-kawża rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Peress li l-kawża ġiet irrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali, l-ispejjeż marbuta ma’ dan l-appell għandhom jiġu rriżervati.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-<DATE ISO="20081202">2 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Harman International Industries vs UASI — Becker (Barbara Becker) (T-212/07), hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża għandha tiġi rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ispejjeż huma rriżervati.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>