2004R1289 — MT — 11.04.2014 — 004.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1289/2004.

ta' l-14 ta' Lulju 2004

dwar l-awtorizzazzjoni għal għaxar snin ta’ l-addittiv “Deccox®” fl-oġġetti ta’ l-ikel, li huwa parti mill-grupp ta’ coccidiostats u minn sustanzi mediċinali oħra

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 183M, 5.7.2006, p.55)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 552/2008 tas-17 ta’ Ġunju 2008

  L 158

3

18.6.2008

 M2

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 118/2012 tal-10 ta’ Frar 2012

  L 38

36

11.2.2012

 M3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1014/2013 tat-22 ta’ Ottubru 2013

  L 281

1

23.10.2013

►M4

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 291/2014 tal-21 ta’ Marzu 2014

  L 87

87

22.3.2014




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1289/2004.

ta' l-14 ta' Lulju 2004

dwar l-awtorizzazzjoni għal għaxar snin ta’ l-addittiv “Deccox®” fl-oġġetti ta’ l-ikel, li huwa parti mill-grupp ta’ coccidiostats u minn sustanzi mediċinali oħra

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill (KE) Nru 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna addittivi fl-ikel ta’ l-annimali ( 1 ), kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1756/2002 ( 2 ) u b’mod partikolari l-Artikolu 9g(5)(b) tagħha,

Billi:

(1)

Kif previst fl-Artikolu 9g(1) tad-Direttiva 70/524/KEE, coccidiostats imniżżel fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva qabel l-1 ta’ Jannar 1988 ġew awtorizzati provviżorjament mill-1 ta’ April 1998 u ġew trasferiti għall-Kapitolu I ta’ l-Anness B minħabba l-evalwazjoni tagħhom mill-ġdid bħala addittivi marbuta mal-persuna responsabbli għaċ-ċirkulazzjoni tagħhom.

(2)

Applikazzjonijiet ġodda għall-awtorizzazzjoni għandhom jiġu sottomessi għall-addittivi msemmija hawn fuq. Minbarra dan, l-Artikolu 9g(4) tad-Direttiva 70/524/KEE kien jeħtieġ li d-dossiers li għandhom x’jaqsmu ma’ dawn l-applikazzjonijiet jiġu sottomessi mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2000, bl-iskop ta’ evalwazzjoni mill-ġdid. Id-data kellha tiġi prodotta kif previst fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva.

(3)

L-Artikolu 9g(1) tad-Direttiva 70/524/KEE, jipprovdi li, wara evalwazzjoni mill-ġdid tad-dossiers li ġew sottomessi, l-awtorizzazzjoni provviżorja ta’ l-addittivi kkonċernati titneħħa jew, skond il-każ, tiġi mibdula b’awtorizzazzjoni marbuta mal-persuna responsabbli għaċ-ċirkolazzjoni tagħhom għall-medda ta’ żmien ta’ għaxar snin permezz ta’ l-adozzjoni ta’ Regolament li jidħol fis-seħħ mhux iktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2003.

(4)

Il-persuna reponsabbli għaċ-ċirkolazzjoni tal-prodott decoquinate (Deccox®), addittiv li huwa parti mill-grupp “Coccidiostats u għal sustanzi mediċinali oħra” mniżżla fil-Kapitolu I ta’ l-Anness B tad-Direttiva 70/524/KEE, ressqet dossier u applikazzjoni li tawtorizza, skond l-Artikolu 9g(2) u (4) ta’ dik id-Direttiva.

(5)

Ir-Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill (KE) Nru 178 tat-28 ta’ Jannar 2002 li għandu x’jaqsam mal-prinċipji ġenerali u dak li jeħtieġ għal-liġi ta’ l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ħa r-rwol tal-Kumitati Xjentifiċi magħquda mal-Kummissjoni billi ħareġ opinjonijiet xjentifiċi fil-qasam tal-kompetenza tiegħu. Il-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew is-Sustanzi użati fl-ikel ta’ l-annimali, ta opinjoni favorevoli għal dak li għandu x’jaqsam mas-sigurtà u ma’ l-effiċjenza tad-Deccox® ibbażat fuq il-decoquinate għat-tiġieġ għas-smien.

(6)

Il-Kummissjoni ħadet il-miżuri neċessarji kollha biex tiżgura li l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-prodott decoquinate (Deccox®) titlesta sal-limitu taż-żmien ipprovdut bl-Artikolu 9g(5) tad-Direttiva 70/524/KEE. L-evalwazzjoni mill-ġdid tagħhom uriet li l-kondizzjonijiet rilevanti stabbiliti fid-Direttiva 70/524/KEE huma sodisfatti sabiex jinkludu d-Deccox® ibbażat fuq decoquinate fil-Kapitolu I tal-lista mniżżla fl-Artikolu 9t(b) ta’ din id-Direttiva, bħala addittiv marbut mal-persuna reponsabbli għaċ-ċirkolazzjoni awtorizzata għall-medda ta’ żmien ta’ għaxar snin.

(7)

L-Artikolu 9g(6) tad-Direttiva 70/524/KEE jagħti lok għall-estenzjoni awtomatika tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni ta’ l-addittivi kkonċernati sakemm il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni fil-każ li, għal raġunijiet li min għandu l-awtorizazzjoni m’għandux kontroll fuqhom, l-ebda Deċiżjoni ma tista’ tittieħed fuq l-applikazzjoni qabel id-data ta’ l-għeluq ta’ l-awtorizzazzjoni. Din id-dispożizzjoni tapplika għall-awtorizzazzjoni tad-Deccox® ibbażat fuq id-decoquinate. Bosta talbiet għal informazzjoni oħra ġew magħmula waqt il-proċess ta’ evalwazzjoni mill-ġdid, li testendi l-perjodu ta’ evalwazzjoni għar-raġuni li l-persuna responsabbli għaċ-ċirkolazzjoni tal-prodott ikkonċernat m’għandhiex kontroll fuqu.

(8)

L-Artikolu 9m tad-Direttiva 70/524/KEE jipprevedi li addittiv jista’ jkompli jiġi awtorizzat sabiex juża l-istokk jekk il-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3a(b) u (e) tkompli tintlaħaq. Peress li m’hemmx raġunijiet ta’ sigurtà sabiex jitneħħa mill-ewwel il-prodott decoquinate mis-suq, hu xieraq li l-perjodu transizzjonali ta’ sitt xhur jitħalla għall-iskart ta’ l-istokk eżistenti ta’ l-addittiv.

(9)

Il-valutazzjoni ta’ l-applikazzjoni turi li ċerti proċeduri jeħtieġu li jħarsu lill-ħaddiema mill-espożizzjoni tad-Deccox® ibbażat fuq id-decoquinate. Madankollu, protezzjoni bħal din hi żgurata bl-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol ( 3 ).

(10)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Il-Kapitolu I ta’ l-Anness B tad-Direttiva 70/524/KEE għandu jiġi emendat kif ġej: l-addittiv decoquinate, li huwa parti mill-grupp “Coccidiostats u minn sustanzi mediċinali oħra”, għandu jiġi meqrud.

Artikolu 2

L-addittiv decoquinate, li huwa parti mill-grupp “Coccidiostats u minn sustanzi mediċinali oħra” mniżżel fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hu awtorizzat għall-użu fl-ikel ta’ l-annimali taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 3

Medda ta’ żmien ta’ sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament hu permess biex jiġi użat l-istokk tad-decoquinate.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M4




ANNESS



Numru tar-reġistrazzjoni tal-addittiv

Isem u numru tar-reġistrazzjoni tal-persuna responsabbli għat-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni tal-addittiv

Addittiv (Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Eta massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Limiti Massimi ta’ Residwu (MRLs) fl-għalf rilevanti li joriġina mill-annimali

mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħrajn

E756

Zoetis Belgium SA

Dekokinat (Deccox)

Kompożizzjoni tal-addittiv

Dekokinat: 60,6 g/kg

Żejt tas-sojja raffinat u deodorizzat: 28,5 g/kg

Dqiq imħallat mal-granza: kwantità suffiċjenti 1 kg

Sustanza attiva

Dekokinat

C24H35NO5

Etil-6-deċiklossi-7-etossi-4-idrossikinolina-3-karbosillat

Numru CAS: 18507-89-6

Impuritajiet relatati:

6-deċiklossi-7-etossi-4-idrossikinolina-3-aċidu karbossiliku: < 0,5 %

Metil-6-deċiklossi-7-etossi-4-idrossikinolina-3-karbosillat: < 1,0 %

Dietil-4-deċikolossi-3-etossianilinumetilenmalonat: < 0,5 %

Metodu analitiku (1)

Għad-determinazzjoni ta’ dekokinat fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti u fl-għalf:

Kromatografija b’Fażi Likwida ta’ Rendiment Għoli f’Fażi Inversa b’detezzjoni tal-fluworexxenza (RP-HPLC-FL) – EN 16162

Għad-determinazzjoni ta’ dekokinat fit-tessuti:

Kromatografija b’Fażi Likwida ta’ Rendiment Għoli f’Fażi Inversa akkoppjat ma’ spettrometru ta’ massa bi kwadrupol triplu (RP-HPLC-MS/MS).

Tiġieġ għas-simna

 

20

40

—

fis-17 ta’ Lulju 2014

1 000 μg ta’ dekokinat/kg ta’ fwied imxarrab u ġilda mxarrba+xaħam;

800 μg ta’ dekokinat/kg ta’ kilwa mxarrba;

500 μg ta’ dekokinat/kg ta’ muskoli mxarrba.

(1)   Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx



( 1 ) ĠU L 271, ta’ l-14.12.1970, p. 1.

( 2 ) ĠU L 265, tat-3.10.2002, p. 1.

( 3 ) ĠU L 183, tad-29.06.1989, p. 1.