|
18.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 15/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ Diċembru 2007
li taġġusta l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2006, l-1 ta’ Settembru 2006, l-1 ta’ Ottubru 2006, l-1 ta’ Novembru 2006, l-1 ta’ Diċembru 2006 u l-1 ta’ Jannar 2007 għar-rimunerazzjonijiet ta’ l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Komunitjiet Ewropej issekondati f’pajjiżi terzi, kif ukoll parti mill-uffiċjali li għadhom assenjati fiż-żewġ Stati Membri l-ġodda matul perjodu massimu ta’ 19-il xahar wara l-adeżjoni taż-żewġ Stati Membri l-ġodda
(2008/59/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
wara li kkunsidrat ir-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u r-reġim applikabbli għall-aġenti oħra tal-Komunitajiet, stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u notevolment it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 13, ta’ l-Anness X tiegħu,
wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ Adeżjoni taż-żewġ Stati Membri, u notevolment l-Artikolu 33(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 453/2007 (2) kienu stabbiliti, b’applikazzjoni ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 13, ta’ l-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, il-koeffiċjenti korrettivi li bihom huma affettwati, mill-1 ta’ Lulju 2006, ir-rimunerazzjonijiet imħallsa, fil-valuta tal-pajjiż fejn huma assenjati, lill-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej assenjati f’pajjiżi terzi kif ukoll għal parti mill-uffiċjali li jibqgħu fil-kariga fiż-żewġ Stati Membri l-ġodda għal perjodu massimu ta’ dsatax-il xahar wara l-adeżjoni. |
|
(2) |
Jaqbel li jiġi adattat, skond it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 13 ta’ l-Anness X ta’ l-Istatut, mill-1 ta’ Awwissu 2006, l-1 ta’ Setttembru 2006, l-1 ta’ Ottubru 2006, l-1 ta’ Novembru 2006, l-1 ta’ Diċembru 2006 u l-1 ta’ Jannar 2007, uħud mill-koeffiċjenti korrettivi tiegħu, minħabba li fl-istatistiki għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, il-varjazzjoni fl-għoli tal-ħajja, ikkalkulata skond il-koeffiċjent korrettiv u r-rata tal-kambju korrispondenti, tidher li hi, għal ċerti pajjiżi terzi, superjuri għal 5 % mill-aħħar iffissar jew adattament, |
IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2006, l-1 ta’ Settembru 2006, l-1 ta’ Ottubru 2006, l-1 ta’ Novembru 2006, l-1 ta’ Diċembru 2006 u l-1 ta’ Jannar 2007, il-koeffiċjenti korrettivi, applikabbli għar-rimunerazzjonijiet ta’ l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej assenjati f’pajjiżi terzi kif ukoll għal parti mill-uffiċjali li jibqgħu fil-kariga fiż-żewġ Stati Membri l-ġodda għal perjodu massimu ta’ dsatax-il xahar wara l-adeżjoni, imħallsa bil-valuta tal-pajjiż fejn ikunu assenjati, huma adattati kif indikat fl-Anness.
Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta’ dawn ir-rimunerazzjonijiet huma stabbiliti b’konformità mal-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tar-Regolament Finanzjarju u jikkorrispondu mad-data indikata fl-ewwel paragrafu.
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Benita FERRERO-WALDNER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Ir-Reoglament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 337/2007 (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 1).
ANNESS
|
Pajjiż assenjat |
Koeffiċjenti Korrettivi Awwissu 2006 |
|
Il-Lesoto |
68,3 |
|
Il-Madagaskar |
76,9 |
|
Il-Możambik |
76,4 |
|
Iż-Żimbabwe |
60,1 |
|
Pajjiż assenjat |
Koeffiċjenti Korrettivi Settembru 2006 |
|
Is-Senegal |
85,5 |
|
Il-Jemen |
71,9 |
|
Iż-Żimbabwe |
71,4 |
|
Pajjiż assenjat |
Koeffiċjenti Korrettivi Ottubru 2006 |
|
Il-Brażil |
79,3 |
|
Il-Ginea |
55,8 |
|
In-Nepal |
72,4 |
|
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo |
122,8 |
|
Iż-Żimbabwe |
82,6 |
|
Pajjiż assenjat |
Koeffiċjenti Korrettivi Novembru 2006 |
|
L-Alġerija |
91,4 |
|
L-Armenja |
122,5 |
|
L-Indonesja |
89,8 |
|
Il-Moldova |
55,8 |
|
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo |
125,6 |
|
Is-Sudan |
57,6 |
|
Iż-Żimbabwe |
95,1 |
|
Pajjiż assenjat |
Koeffiċjenti Korrettivi Diċembru 2006 |
|
L-Arġentina |
50,7 |
|
Iċ-Ċilì |
72,4 |
|
Il-Gżejjer Solomon |
89,1 |
|
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo |
127,1 |
|
Ir-Rwanda |
89,6 |
|
L-Ukraina |
106,5 |
|
Il-Venezwela |
60,9 |
|
Iż-Żimbabwe |
102,4 |
|
Pajjiż assenjat |
Koeffiċjenti Korrettivi Jannar 2007 |
|
Il-Bangladexx |
47,1 |
|
Botswana |
63,3 |
|
Il-Brażil |
83,9 |
|
Burkina Faso |
94,9 |
|
Il-Ġibuti |
96,8 |
|
L-Eritrea |
49,5 |
|
L-Etjopja |
88,1 |
|
Il-Gambja |
58,6 |
|
Il-Ġeorġja |
99,8 |
|
Il-Ginea |
52,3 |
|
Il-Ġamajka |
90,2 |
|
Il-Malawi |
70,8 |
|
Il-Marokk |
91,1 |
|
Il-Mawrizju |
65,7 |
|
Il-Messiku |
73,7 |
|
Il-Możambik |
76,1 |
|
Il-Pakistan |
53,5 |
|
Is-Sważiland |
56,8 |
|
It-Tanzanija |
59,5 |
|
Il-Jemen |
74,5 |
|
Iż-Żimbabwe |
114,9 |