European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4345

31.7.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-każ M.11967 – CRÉDIT MUTUEL GROUP / OLDENBURGISCHE LANDESBANK)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/4345)

1.   

Fis-16 ta’ Lulju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Targo Deutschland GmbH (“TargoBank”, il-Ġermanja), sussidjarja kollha kemm hi proprjetà tal-Banque Fédérative Crédit Mutuel (Franza), hija stess membru tal-Crédit Mutuel Group (“Crédit Mutuel”, Franza),

—

Oldenburgische Landesbank AG (“OLB”, il-Ġermanja).

TargoBank se jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ OLB kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

TargoBank jipprovdi servizzi bankarji għall-klijenti bl-imnut u korporattivi u servizzi ta’ distribuzzjoni tal-assigurazzjoni fil-Ġermanja. Crédit Mutuel huwa grupp bankarju bil-kwartieri ġenerali fi Franza attiv f’firxa ta’ servizzi bankarji, tal-assigurazzjoni u tal-ġestjoni tal-assi,

—

OLB tipprovdi servizzi bankarji għall-klijenti bl-imnut u korporattivi u servizzi tal-assigurazzjoni fil-Ġermanja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11967 — CRÉDIT MUTUEL GROUP / OLDENBURGISCHE LANDESBANK

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4345/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)