|
10.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 365/15 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10397 — Tecpetrol/Oaktree/Litoral Gas/ECS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 365/09)
1.
Fit-2 ta’ Awwissu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Tecpetrol Internacional S.L.U., li tappartjenti għat-Techint Group (“Tecpetrol”, Spanja), |
|
— |
Oaktree Capital Group, LLC (“Oaktree”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
|
— |
Litoral Gas S.A. (“Litoral Gas”, l-Arġentina), |
|
— |
Energy Consulting Services S.A. (“ECS”, l-Arġentina). |
Tecpetrol u Oaktree jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Litoral Gas u ECS.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Tecpetrol: it-tfittxija, il-produzzjoni, it-trasport u d-distribuzzjoni ta’ idrokarbuni, kif ukoll il-ġenerazzjoni tal-elettriku, f’diversi pajjiżi Latini Amerikani, |
|
— |
Oaktree: ġestjoni globali ta’ fond ta’ investiment alternattiv u mhux tradizzjonali, |
|
— |
Litoral Gas: distribuzzjoni tal-gass fl-Arġentina, |
|
— |
ECS: servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-gass. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:
M.10397 — Tecpetrol/Oaktree/Litoral Gas/ECS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).