|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2813 |
21.5.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Kawża M.11982 — HELLMAN & FRIEDMAN / CVC / MEHILÄINEN)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/2813)
1.
Fit-12 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Hellman & Friedman LLC (“H&F”, l-Istati Uniti), |
|
— |
CVC Capital Partners plc (“CVC”, Jersey) |
|
— |
Mehiläinen Konserni Oy (“Mehiläinen”, il-Finlandja). |
H&F u CVC jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Mehiläinen.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
H&F hija ditta ta’ investiment fl-ekwità privata. Id-ditta tiffoka fuq l-investiment fi franchises kummerċjali superjuri u li sservi bħala sieħeb b’valur miżjud għall-ġestjoni f’industriji magħżula, inklużi t-teknoloġija tas-software, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, il-konsumatur u l-bejgħ bl-imnut, u servizzi kummerċjali oħra. H&F hija attiva globalment permezz tal-kumpaniji tal-portafoll ikkontrollati tagħha. |
|
— |
CVC huwa maniġer tal-investiment alternattiv globali ffukat fuq l-ekwità privata, il-kreditu, l-infrastruttura u s-sekondaries. Il-fondi CVC, ikkontrollati indirettament minn CVC, għandhom interessi f’għadd ta’ kumpaniji attivi f’varjetà ta’ industriji madwar id-dinja, inkluż fis-servizzi finanzjarji, is-sustanzi kimiċi, l-utilitajiet, il-manifattura, il-bejgħ bl-imnut u d-distribuzzjoni, fl-Ewropa, l-Istati Uniti u r-reġjun Asja-Paċifiku, |
3.
Mehiläinen huwa fornitur privat ta’ servizzi soċjali u tal-kura tas-saħħa, li joffri servizzi komprensivi fl-Estonja, fil-Finlandja, fil-Ġermanja, fil-Litwanja u fl-Iżvezja.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11982 — HELLMAN & FRIEDMAN / CVC / MEHILÄINEN
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2813/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)