|
13.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 37/21 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/226
tal-11 ta' Frar 2015
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/535/UE fir-rigward tad-definizzjoni ta' injam suxxettibbli u l-miżuri li għandhom jittieħdu f'żoni demarkati
(notifikata bid-dokument C(2015) 645)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari r-raba' sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/535/UE (2) wasslet għall-konklużjoni li d-definizzjoni ta' injam suxxettibbli għandha tinkludi injam tal-koniferi (Coniferales) li ma jkunx żamm il-wiċċ tond naturali tiegħu, doqqajs u kaxxi fejn ibejtu l-għasafar, billi jitqiesu ċertu riskji marbuta mal-moviment frekwenti ta' doqqajs u kaxxi bħal dawn. Barra minn hekk, din id-definizzjoni ma għandhiex tinkludi l-injam li jkun għadda minn proċess biex jitneħħa r-riskju li jkun fih in-nematodu tal-injam tal-arżnu (il-PWN — pine wood nematode). |
|
(2) |
Minħabba n-natura tal-vettur, fiż-żoni ta' salvagwardja għandhom jitneħħew minnufih kull pjanta suxxettibbli li tinqata' u l-fdalijiet taz-zkuk isserrati. |
|
(3) |
Jixraq li jiġi ċċarat li injam bla qoxra tas-siġar u li jkun sarlu trattament adattat tas-sħana skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/535/UE, jista' jiġi mċaqlaq ukoll waqt l-istaġun ta' migrazzjoni tal-vettur. |
|
(4) |
Għaldaqstant id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/535/UE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/535/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1(b) jinbidel b'dan li ġej:
Injam suxxettibbli ma tfissirx injam isserrat u bċejjeċ taz-zkuk ta' Taxus L. u Thuja L., u njam li jkun għadda minn proċess biex jitneħħa r-riskju li jkun fih in-nematodu tal-injam tal-arżnu (il-PWN).” |
|
(2) |
Il-punt (d) tal-Artikolu 13(1) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 14(1) jinbidel b'dan li ġej: “(1) L-Istati Membri fejn ikun hemm żona demarkata għandhom jawtorizzaw lill-produtturi tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam, id-doqqajs u l-kaxxi mgħammra sew fejn ibejtu l-għasafar, biex il-materjal tal-ippakkjar, id-doqqajs u l-kaxxi fejn ibejtu l-għasafar li jibnu bl-injam trattat minn faċilità tat-trattament awtorizzata u akkumpanjat minn passaport tal-pjanti msemmi fid-Direttiva 92/105/KEE, jimmarkawh skont l-Anness II tal-Istandard Internazzjonali tal-FAO għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15. Minn hawn 'il quddiem dawk il-produtturi jissejħu ‘produtturi awtorizzati tal-materjal tal-ippakkjar tal-injam’”. |
|
(4) |
L-Annessi I, II u III huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Frar 2015.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/535/UE tas-26 ta' Settembru 2012 dwar il-miżuri ta' emerġenza għall-prevenzjoni tat-tixrid fl-Unjoni tal-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (in-nematodu tal-injam tal-arżnu) (ĠU L 266, 2.10.2012, p. 42).
ANNESS
L-Annessi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/535/UE għandhom jiġu emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness I jiddaħħal il-punt 9a li ġej:
|
|
(2) |
Fl-Anness II jiddaħħal il-punt 3a li ġej:
|
|
(3) |
Il-punti 2(b) u (c) tat-Taqsima 1 tal-Anness III jinbidlu b'dan li ġej:
|