|
16.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 308/17 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8622 — Unibail-Rodamco/Commerz Real Investmentgesellschaft/CGI Metropole)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 308/07)
|
1. |
Fis-7 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Unibail-Rodamco u Commerz Real Investmentgesellschaft jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ CGI Metropole sħiħa. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Unibail-Rodamco: topera fis-settur tal-proprjetà immobbli kummerċjali bħala investitur, żviluppatur u ġesjtitur tal-assi ta’ ċentri kummerċjali fi bliet Ewropej kif ukoll binjiet ta’ uffiċini u l-konvenzjoni u ċentri ta’ eżibizzjoni fir-reġjun ta’ Pariġi, — għal Commerz Real Investmentgesellschaft: ġestjoni ta’ fondi immobiljari miftuħa, b’mod partikolari bil-ġestjoni ta’ fondi miftuħa tal-proprjetà immobbli hausInvest, — għal CGI Metropole: kumpanija b’responsabbiltà limitata organizzata taħt il-liġijiet tar-Repubblika Ċeka li tippossjedi ċ-ċentru kummerċjali Métropole Zličín li jinsab fi Praga fir-Repubblika Ċeka. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8622 — Unibail-Rodamco/Commerz Real Investmentgesellschaft/CGI Metropole Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.