|
4.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 349/31 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1753
tal-1 ta’ Ottubru 2021
dwar l-ekwivalenza tar-rekwiżiti superviżorji u regolatorji ta’ ċerti pajjiżi u territorji terzi għall-finijiet tat-trattament ta’ skoperturi f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 107(4), l-Artikolu 114(7), l-Artikolu 115(4), l-Artikolu 116(5), l-Artikolu 142(2) u l-Artikolu 391, it-tieni subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ kapital b’mod li jirrifletti b’mod adegwat ir-riskji li jkunu ħadu dawk l-istituzzjonijiet, inkluż ir-riskju tal-kreditu, billi jqisu l-kuntesti ġeografiċi differenti li joperaw fihom. Ir-riskju ta’ kreditu mġarrab minn istituzzjonijiet minn skoperturi fil-konfront ta’ entitajiet li jinsabu barra mill-Unjoni huwa determinat, sakemm il-fatturi l-oħra kollha jkunu ndaqs, mill-kwalità tal-qafas regolatorju rilevanti u s-superviżjoni applikata għal dawk l-entitajiet fil-pajjiż terz rilevanti. |
|
(2) |
L-istituzzjonijiet għandhom ukoll jillimitaw l-iskoperturi tagħhom għal klijenti individwali biex jevitaw li jkunu esposti għal riskju ta’ konċentrazzjoni eċċessiv. Meta jikkalkulaw l-iskoperturi tagħhom għal klijenti individwali, l-istituzzjonijiet jistgħu jitħallew jeskludu ċerti tipi ta’ skoperturi għall-istituzzjonijiet minn dak il-kalkolu. Madankollu, meta l-klijenti jkunu jinsabu barra mill-Unjoni, it-trattament tagħhom bħala istituzzjonijiet jiddependi wkoll fuq il-kwalità tal-qafas regolatorju rilevanti u s-superviżjoni applikata għal dawk l-entitajiet fil-pajjiż terz rilevanti. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), introduċa fost l-oħrajn, fl-Artikolu 391 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dispożizzjoni li tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni dwar jekk pajjiż terz japplikax rekwiżiti superviżorji u regolatorji li huma mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni, biex jiġi ddeterminat it-trattament tal-iskoperturi fil-qafas tal-Parti Erbgħa tal-Regolament (UE) Nru 575/2013. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi stabbilita lista ta’ pajjiżi u territorji terzi li r-rekwiżiti superviżorji u regolatorji tagħhom jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni għall-finijiet tal-Artikolu 391 ta’ dak ir-Regolament. Minħabba raġunijiet ta’ ċertezza u konsistenza legali huwa meħtieġ li d-dispożizzjonijiet kollha dwar l-ekwivalenza tar-rekwiżiti superviżorji u regolatorji ta’ pajjiżi u territorji terzi, għall-finijiet tat-trattament ta’ skoperturi f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jiġu inklużi f’Deċiżjoni waħda. Għaldaqstant huwa meħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/908/UE titħassar u tiġi sostitwita (3). |
|
(4) |
L-Artikolu 107(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jippermetti lill-istituzzjonijiet biex jittrattaw skoperturi għal ditti tal-investiment, istituzzjonijiet ta’ kreditu u boroż ta’ pajjiżi terzi bħala skoperturi għall-istituzzjonijiet biss jekk il-pajjiż terz japplika rekwiżiti prudenzjali u superviżorji għall-entità kkonċernata li jkunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni. |
|
(5) |
L-Artikolu 114(7), l-Artikolu 115(4) u l-Artikolu 116(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistabbilixxu ponderazzjonijiet ta’ riskju speċifiċi applikabbli għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali, banek ċentrali, gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku li jinsabu f’pajjiżi terzi li japplikaw arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni. |
|
(6) |
L-Artikolu 153 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistabbilixxi l-formula għall-kalkolu tal-ammonti ponderati għar-riskju tal-iskoperturi fil-konfront ta’ korporattivi, istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali skont approċċ ibbażat fuq il-klassifikazzjoni interna (internal-ratings based, IRB) u jispeċifika l-parametri li għandhom jintużaw għal dak il-kalkolu, inkluż il-koeffiċjent ta’ korrelazzjoni. L-Artikolu 153(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ korrelazzjoni applikabbli għal entitajiet tas-settur finanzjarju kbar. Skont l-Artikolu 142(1)(4)(b) ta’ dak ir-Regolament, sabiex tikkwalifika għad-definizzjoni ta’ “entità tas-settur finanzjarju kbira”, l-entità tas-settur finanzjarju jew waħda mis-sussidjarji tagħha trid tkun suġġetta għal-liġijiet ta’ pajjiż terz li japplika rekwiżiti superviżorji prudenzjali li tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni. |
|
(7) |
L-Artikolu 391 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jippermetti lill-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni biex jittrattaw skopertura għal impriża privata jew pubblika ta’ pajjiż terz bħala skopertura għal istituzzjoni għall-finijiet tal-Parti Erbgħa ta’ dak ir-Regolament, dment li l-impriża titqies bħala “istituzzjoni” kif definita fl-Artikolu 4(1)(3) ta’ dak ir-Regolament, jekk tkun stabbilita fl-Unjoni, u dment li tkun ġiet awtorizzata f’pajjiż terz li japplika rekwiżiti superviżorji u regolatorji li huma mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni. |
|
(8) |
Sabiex tiddetermina l-iskoperturi ponderati għar-riskju xierqa għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kapital għar-riskju tal-kreditu marbut ma’ skoperturi għal ċerti kategoriji ta’ entitajiet li jinsabu f’pajjiżi terzi, kif ukoll it-trattament xieraq tal-kontropartijiet għall-finijiet tal-Parti Erbgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-Kummissjoni vvalutat l-ekwivalenza tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji ta’ pajjiżi terzi mal-arranġamenti superviżorji u regolatorji korrispondenti fl-Unjoni. |
|
(9) |
L-ekwivalenza ġiet iddeterminata permezz ta’ analiżi bbażata fuq ir-riżultati tal-arranġamenti regolatorji u superviżorji tal-pajjiż terz, li tittestja l-kapaċità tagħhom li jiksbu l-istess objettivi ġenerali bħall-arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-Unjoni. Dawn l-objettivi jirreferu b’mod partikolari għall-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja kemm domestika kif ukoll globali fl-intier tagħha; l-effikaċja u l-adegwatezza tal-protezzjoni tad-depożitanti u konsumaturi oħrajn tas-servizzi finanzjarji; il-koperazzjoni bejn atturi differenti tas-sistema finanzjarja, inklużi regolaturi u superviżuri; l-indipendenza u l-effikaċja tas-superviżjoni; u l-implimentazzjoni effettiva u l-infurzar ta’ standards rilevanti miftiehma internazzjonalment. Sabiex jintlaħqu l-istess objettivi ġenerali bħal dawk tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-Unjoni, l-arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-pajjiż terz jenħtieġ li jikkonformaw ma’ sensiela ta’ standards operazzjonali, organizzattivi u superviżorji, li jirriflettu l-elementi essenzjali tar-rekwiżiti superviżorji u regolatorji tal-Unjoni applikabbli għal kategoriji rilevanti ta’ istituzzjonijiet finanzjarji. |
|
(10) |
Għall-finijiet tal-Artikoli 114, 115 u 116 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li l-ekwivalenza tiġi ddeterminata b’referenza għall-arranġamenti superviżorji u regolatorji applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, peress li dawn l-arranġamenti normalment jistabbilixxu l-ponderazzjonijiet tar-riskju għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kapital għar-riskju tal-kreditu. |
|
(11) |
Għall-finijiet tal-Artikolu 142 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-ekwivalenza jenħtieġ li tkun limitata għall-arranġamenti superviżorji u regolatorji applikabbli għal impriżi ta’ pajjiżi terzi b’operat prinċipali komparabbli ma’ dak ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment, f’konformità mad-definizzjonijiet fl-Artikolu 4(1)(27) ta’ dak ir-Regolament, u b’kont meħud tad-definizzjoni fl-Artikolu 4(1)(3) tiegħu. |
|
(12) |
Għall-finijiet tal-Artikolu 391 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li l-ekwivalenza tkun limitata għall-arranġamenti superviżorji u regolatorji applikabbli għal impriżi ta’ pajjiżi terzi b’operat prinċipali komparabbli ma’ dak ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment, f’konformità mad-definizzjoni fl-Artikolu 4(1)(3) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(13) |
Billi kkunsidrat il-valutazzjonijiet indipendenti mill-organizzazzjonijiet internazzjonali, bħal dawk imwettqa mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli, il-Kummissjoni vvalutat l-arranġamenti superviżorji u regolatorji ta’ ċerti pajjiżi terzi applikabbli għal istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditti tal-investiment, u boroż. Din l-analiżi ppermettiet lill-Kummissjoni tadotta d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/908/UE li tistabbilixxi lista inizjali ta’ pajjiżi u territorji terzi meqjusa bħala ekwivalenti f’termini ta’ arranġamenti superviżorji u regolatorji, biex jiġi ddeterminat it-trattament tal-kategoriji rilevanti ta’ skoperturi msemmija fl-Artikoli 107, 114, 115, 116 u 142 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
(14) |
Il-lista ta’ pajjiżi ekwivalenti identifikati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/908/UE la kienet maħsuba biex tkun eżawrjenti u lanqas definittiva. Fuq il-bażi ta’ monitoraġġ regolari tal-evoluzzjoni tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji ta’ pajjiżi u territorji terzi sabiex tiġi vvalutata l-ekwivalenza tagħhom ma’ dawk tal-Unjoni, dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni ġiet sussegwentement emendata bid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/230 (4), (UE) 2016/2358 (5), (UE) 2019/536 (6) u (UE) 2019/2166 (7). Dawn id-Deċiżjonijiet estendew il-listi ta’ pajjiżi u territorji terzi meqjusa ekwivalenti, b’kont meħud tas-sorsi ta’ informazzjoni disponibbli, inkluża l-valutazzjoni li saret mill-organizzazzjonijiet internazzjonali, u aktar tard mill-Awtorità Bankarja Ewropea (European Banking Authority, EBA). |
|
(15) |
Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2166, il-Kummissjoni kompliet timmonitorja l-iżviluppi rilevanti fl-oqfsa superviżorji u regolatorji ta’ pajjiżi terzi, b’kont meħud tas-sorsi ta’ informazzjoni disponibbli, inklużi l-valutazzjonijiet li saru mill-EBA. B’riżultat ta’ valutazzjoni minnhom, l-EBA rrakkomandat li l-oqfsa superviżorji u regolatorji applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-Bożnija-Ħerzegovina u fil-Maċedonja ta’ Fuq jenħtieġ li jitqiesu bħala ekwivalenti għall-qafas legali tal-Unjoni għall-finijiet tal-Artikolu 107(4), tal-Artikolu 114(7), tal-Artikolu 115(4), tal-Artikolu 116(5), tal-Artikolu 142(2) u tal-Artikolu 391 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
(16) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-valutazzjoni tal-qafas superviżorju u regolatorju applikabbli għall-istituzzjonijiet fil-Bożnija-Ħerzegovina u l-Maċedonja ta’ Fuq imwettqa mill-EBA kienet tkopri biss l-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati skont il-liġi nazzjonali rispettiva. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal entitajiet oħra stabbiliti fil-Bożnija-Ħerzegovina u fil-Maċedonja ta’ Fuq. |
|
(17) |
B’kont meħud tar-rakkomandazzjoni tal-EBA u abbażi tal-valutazzjoni tagħha stess, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Bożnija-Ħerzegovina u l-Maċedonja ta’ Fuq għandhom fis-seħħ arranġamenti superviżorji u regolatorji li jikkonformaw ma’ sensiela ta’ standards operattivi, organizzattivi u superviżorji li jirriflettu l-elementi essenzjali tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Għalhekk, huwa xieraq li r-rekwiżiti superviżorji u regolatorji applikati għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jinsabu fil-Bożnija-Ħerzegovina u fil-Maċedonja ta’ Fuq jiġu kkunsidrati bħala mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni għall-finijiet tal-Artikolu 107(4), tal-Artikolu 114(7), tal-Artikolu 115(4), tal-Artikolu 116(5), tal-Artikolu 142(2) u tal-Artikolu 391 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
(18) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Bożnija-Ħerzegovina u l-Maċedonja ta’ Fuq jiġu inklużi fil-listi rilevanti ta’ pajjiżi u territorji terzi li r-rekwiżiti superviżorji u regolatorji tagħhom jitqiesu bħala ekwivalenti għall-iskema tal-Unjoni għall-finijiet tat-trattament ta’ skoperturi f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
(19) |
Wara l-valutazzjonijiet li saru s’issa, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Arġentina, l-Awstralja, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, il-Gżejjer Faeroe, Greenland, Guernsey, Hong Kong, l-Indja, Isle of Man, il-Ġappun, Jersey, il-Messiku, Monaco, New Zealand, il-Maċedonja ta’ Fuq, l-Arabja Sawdija, is-Serbja, Singapore, l-Afrika t’Isfel, il-Korea t’Isfel, l-Iżvizzera, it-Turkija u l-Istati Uniti tal-Amerka għandhom fis-seħħ arranġamenti superviżorji u regolatorji li jikkonformaw ma’ sensiela ta’ standards operazzjonali, organizzattivi u superviżorji li jirriflettu l-elementi essenzjali tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-Unjoni applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Għalhekk, huwa xieraq li r-rekwiżiti superviżorji u regolatorji applikati għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jinsabu f’dawn il-pajjiżi jiġu kkunsidrati bħala mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni għall-finijiet tal-Artikolu 107(4), tal-Artikolu 114(7), tal-Artikolu 115(4), tal-Artikolu 116(5), tal-Artikolu 142(2) u tal-Artikolu 391 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
(20) |
Wara l-valutazzjonijiet li saru s’issa, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, Hong Kong, l-Indoneżja, il-Ġappun (b’mod limitat għall-Operaturi tan-Negozju fi Strumenti Finanzjarji tat-Tip I), il-Messiku, il-Korea t’Isfel, l-Arabja Sawdija, Singapore, l-Afrika t’Isfel u l-Istati Uniti tal-Amerka għandhom fis-seħħ arranġamenti superviżorji u regolatorji li jikkonformaw ma’ sensiela ta’ standards operazzjonali, organizzattivi u superviżorji li jirriflettu l-elementi essenzjali tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-Unjoni applikabbli għad-ditti tal-investiment. Għalhekk, huwa xieraq li r-rekwiżiti superviżorji u regolatorji li japplikaw għal ditti tal-investiment li jinsabu f’dawn il-pajjiżi terzi jiġu kkunsidrati bħala mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni għall-finijiet tal-Artikolu 107(4), tal-Artikolu 114(7), tal-Artikolu 115(4), tal-Artikolu 116(5), tal-Artikolu 142(2) u tal-Artikolu 391 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
(21) |
Wara l-valutazzjonijiet li saru s’issa, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, l-Indja, l-Indoneżja, il-Ġappun, il-Messiku, il-Korea t’Isfel, l-Arabja Sawdija, Singapore, l-Afrika t’Isfel u l-Istati Uniti tal-Amerka għandhom fis-seħħ arranġamenti superviżorji u regolatorji li jikkonformaw ma’ sensiela ta’ standards operazzjonali li jirriflettu l-elementi essenzjali tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-Unjoni applikabbli għall-boroż. Għalhekk, huwa xieraq li r-rekwiżiti superviżorji u regolatorji ta’ dawn il-pajjiżi terzi applikati għal boroż jitqiesu bħala mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni għall-finijiet tal-Artikolu 107(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, b’mod limitat għal skoperturi fil-konfront ta’ boroż li jinsabu f’dawn il-pajjiżi terzi. |
|
(22) |
Il-listi ta’ pajjiżi u territorji terzi kkunsidrati bħala ekwivalenti għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 mhumiex eżawrjenti. Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-EBA, se tkompli tagħmel monitoraġġ fuq bażi regolari tal-evoluzzjoni tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji ta’ pajjiżi u territorji terzi bil-għan li taġġorna, kif xieraq u mill-inqas kull ħames snin, il-listi ta’ pajjiżi u territorji terzi stipulati f’din id-Deċiżjoni, fejn tqis, b’mod partikolari, l-iżviluppi fl-arranġamenti superviżorji u regolatorji, fl-Unjoni u fil-livell globali, u fid-dawl tad-disponibbiltà ta’ sorsi ġodda ta’ informazzjoni rilevanti. |
|
(23) |
Ir-rieżami regolari tar-rekwiżiti prudenzjali u superviżorji applikabbli fil-pajjiżi u territorji terzi elenkati fl-Annessi minn I sa VI ta’ din id-Deċiżjoni jenħtieġ li jkun mingħajr ħsara għall-possibbiltà li l-Kummissjoni twettaq fi kwalunkwe ħin, lil hinn mill-qafas tar-rieżami ġenerali, rieżami speċifiku relatat ma’ pajjiż jew territorju terz individwali, meta l-iżviluppi rilevanti jagħmluha neċessarja għall-Kummissjoni li tivvaluta mill-ġdid ir-rikonoxximent mogħti minn din id-Deċiżjoni. Valutazzjoni mill-ġdid bħal din tista’ twassal għall-irtirar tar-rikonoxximent tal-ekwivalenza. |
|
(24) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Banek Ewropej, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ekwivalenza ta’ rekwiżiti applikati għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-finijiet tal-Artikolu 107(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
Għall-finijiet tal-Artikolu 107(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-pajjiżi u territorji terzi elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitqiesu li japplikaw arranġamenti superviżorji u regolatorji għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.
Artikolu 2
Ekwivalenza ta’ rekwiżiti applikati għal ditti tal-investiment għall-finijiet tal-Artikolu 107(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
Għall-finijiet tal-Artikolu 107(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitqiesu li japplikaw arranġamenti superviżorji u regolatorji għal ditti tal-investiment li huma ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.
Artikolu 3
Ekwivalenza ta’ rekwiżiti applikati għal boroż għall-finijiet tal-Artikolu 107(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
Għall-finijiet tal-Artikolu 107(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitqiesu li japplikaw arranġamenti superviżorji u regolatorji għal boroż li huma ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.
Artikolu 4
Ekwivalenza ta’ rekwiżiti applikati għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali, banek ċentrali, gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku għall-finijiet tal-Artikoli 114, 115 u 116 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
Għall-finijiet tal-Artikolu 114(7), l-Artikolu 115(4) u l-Artikolu 116(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-pajjiżi u territorji terzi elenkati fl-Anness IV ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitqiesu li japplikaw arranġamenti superviżorji u regolatorji ekwivalenti għal dawk applikati għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Unjoni.
Artikolu 5
Ekwivalenza ta’ rekwiżiti għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment għall-finijiet tal-Artikolu 142 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
Għall-finijiet tal-Artikolu 142(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-pajjiżi u territorji terzi elenkati fl-Anness V ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitqiesu li japplikaw arranġamenti superviżorji u regolatorji ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.
Artikolu 6
Ekwivalenza ta’ rekwiżiti applikati għal istituzzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 391 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
Għall-finijiet tal-Artikolu 391 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-pajjiżi u territorji terzi elenkati fl-Anness VI ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitqiesu li japplikaw arranġamenti superviżorji u regolatorji ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.
Artikolu 7
Tħassir
Id-Deċiżjoni 2014/908/UE hija mħassra. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VII.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, il-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/908/UE tat-12 ta’ Diċembru 2014 dwar l-ekwivalenza ta’ rekwiżiti superviżorji u regolatorji ta’ ċerti pajjiżi u territorji terzi għall-finijiet tat-trattament ta’ skoperturi skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 155).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/230 tas-17 ta’ Frar 2016 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/908/UE fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi u territorji terzi li r-rekwiżiti superviżorji u regolatorji tagħhom jitqiesu bħala ekwivalenti għall-finijiet tat-trattament ta’ skoperturi skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 41, 18.2.2016, p. 23).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2358 tal-20 ta’ Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/908/UE fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi u territorji terzi li r-rekwiżiti superviżorji u regolatorji tagħhom jitqiesu bħala ekwivalenti għall-finijiet tat-trattament ta’ skoperturi skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 21.12.2016, p. 75).
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/536 tad-29 ta’ Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/908/UE fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi u territorji terzi li r-rekwiżiti superviżorji u regolatorji tagħhom jitqiesu bħala ekwivalenti għall-finijiet tat-trattament ta’ skoperturi f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 92, 1.4.2019, p. 3).
(7) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2166 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/908/UE fir-rigward tas-Serbja u tal-Korea t’Isfel fil-listi ta’ pajjiżi u territorji terzi li r-rekwiżiti superviżorji u regolatorji tagħhom jitqiesu bħala ekwivalenti għall-finijiet tat-trattament ta’ skoperturi f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 18.12.2019, p. 84).
ANNESS I
LISTA TA’ PAJJIŻI U TERRITORJI TERZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1 (ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU)
|
(1) |
L-Arġentina |
|
(2) |
L-Awstralja |
|
(3) |
Il-Bożnija-Ħerzegovina |
|
(4) |
Il-Brażil |
|
(5) |
Il-Kanada |
|
(6) |
Iċ-Ċina |
|
(7) |
Il-Gżejjer Faeroe |
|
(8) |
Greenland |
|
(9) |
Guernsey |
|
(10) |
Hong Kong |
|
(11) |
L-Indja |
|
(12) |
Isle of Man |
|
(13) |
Il-Ġappun |
|
(14) |
Jersey |
|
(15) |
Il-Messiku |
|
(16) |
Monaco |
|
(17) |
New Zealand |
|
(18) |
Il-Maċedonja ta’ Fuq |
|
(19) |
L-Arabja Sawdija |
|
(20) |
Is-Serbja |
|
(21) |
Singapore |
|
(22) |
L-Afrika t’Isfel |
|
(23) |
Il-Korea t’Isfel |
|
(24) |
L-Iżvizzera |
|
(25) |
It-Turkija |
|
(26) |
L-Istati Uniti tal-Amerka |
ANNESS II
LISTA TA’ PAJJIŻI U TERRITORJI TERZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2 (DITTI TA’ INVESTIMENT)
|
(1) |
L-Awstralja |
|
(2) |
Il-Brażil |
|
(3) |
Il-Kanada |
|
(4) |
Iċ-Ċina |
|
(5) |
Hong Kong |
|
(6) |
L-Indoneżja |
|
(7) |
Il-Ġappun (limitati għall-Operaturi tan-Negozju fi Strumenti Finanzjarji tat-Tip I) |
|
(8) |
Il-Messiku |
|
(9) |
Il-Korea t’Isfel |
|
(10) |
L-Arabja Sawdija |
|
(11) |
Singapore |
|
(12) |
L-Afrika t’Isfel |
|
(13) |
L-Istati Uniti tal-Amerka |
ANNESS III
LISTA TA’ PAJJIŻI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3 (BOROŻ TA’ SKAMBJU)
|
(1) |
L-Awstralja |
|
(2) |
Il-Brażil |
|
(3) |
Il-Kanada |
|
(4) |
Iċ-Ċina |
|
(5) |
L-Indja |
|
(6) |
L-Indoneżja |
|
(7) |
Il-Ġappun |
|
(8) |
Il-Messiku |
|
(9) |
Il-Korea t’Isfel |
|
(10) |
L-Arabja Sawdija |
|
(11) |
Singapore |
|
(12) |
L-Afrika t’Isfel |
|
(13) |
L-Istati Uniti tal-Amerka |
ANNESS IV
LISTA TA’ PAJJIŻI U TERRITORJI TERZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4 (ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU)
|
(1) |
L-Arġentina |
|
(2) |
L-Awstralja |
|
(3) |
Il-Bożnija-Ħerzegovina |
|
(4) |
Il-Brażil |
|
(5) |
Il-Kanada |
|
(6) |
Iċ-Ċina |
|
(7) |
Il-Gżejjer Faeroe |
|
(8) |
Greenland |
|
(9) |
Guernsey |
|
(10) |
Hong Kong |
|
(11) |
L-Indja |
|
(12) |
Isle of Man |
|
(13) |
Il-Ġappun |
|
(14) |
Jersey |
|
(15) |
Il-Messiku |
|
(16) |
Monaco |
|
(17) |
New Zealand |
|
(18) |
Il-Maċedonja ta’ Fuq |
|
(19) |
L-Arabja Sawdija |
|
(20) |
Is-Serbja |
|
(21) |
Singapore |
|
(22) |
L-Afrika t’Isfel |
|
(23) |
Il-Korea t’Isfel |
|
(24) |
L-Iżvizzera |
|
(25) |
It-Turkija |
|
(26) |
L-Istati Uniti tal-Amerka |
ANNESS V
LISTA TA’ PAJJIŻI U TERRITORJI TERZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5 (ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU U DITTI TA’ INVESTIMENT)
Istituzzjonijiet ta’ kreditu:
|
(1) |
L-Arġentina |
|
(2) |
L-Awstralja |
|
(3) |
Il-Bożnija-Ħerzegovina |
|
(4) |
Il-Brażil |
|
(5) |
Il-Kanada |
|
(6) |
Iċ-Ċina |
|
(7) |
Il-Gżejjer Faeroe |
|
(8) |
Greenland |
|
(9) |
Guernsey |
|
(10) |
Hong Kong |
|
(11) |
L-Indja |
|
(12) |
Isle of Man |
|
(13) |
Il-Ġappun |
|
(14) |
Jersey |
|
(15) |
Il-Messiku |
|
(16) |
Monaco |
|
(17) |
New Zealand |
|
(18) |
Il-Maċedonja ta’ Fuq |
|
(19) |
L-Arabja Sawdija |
|
(20) |
Is-Serbja |
|
(21) |
Singapore |
|
(22) |
L-Afrika t’Isfel |
|
(23) |
Il-Korea t’Isfel |
|
(24) |
L-Iżvizzera |
|
(25) |
It-Turkija |
|
(26) |
L-Istati Uniti tal-Amerka |
Ditti ta’ investiment ekwivalenti għal “istituzzjoni” kif definita fl-Artikolu 4(1)(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013:
|
(1) |
L-Awstralja |
|
(2) |
Il-Brażil |
|
(3) |
Il-Kanada |
|
(4) |
Iċ-Ċina |
|
(5) |
Hong Kong |
|
(6) |
L-Indoneżja |
|
(7) |
Il-Ġappun (limitati għall-Operaturi tan-Negozju fi Strumenti Finanzjarji tat-Tip I) |
|
(8) |
Il-Messiku |
|
(9) |
Il-Korea t’Isfel |
|
(10) |
L-Arabja Sawdija |
|
(11) |
Singapore |
|
(12) |
L-Afrika t’Isfel |
|
(13) |
L-Istati Uniti tal-Amerka |
ANNESS VI
LISTA TA’ PAJJIŻI U TERRITORJI TERZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6 (ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU U DITTI TA’ INVESTIMENT)
Istituzzjonijiet ta’ kreditu:
|
(1) |
L-Arġentina |
|
(2) |
L-Awstralja |
|
(3) |
Il-Bożnija-Ħerzegovina |
|
(4) |
Il-Brażil |
|
(5) |
Il-Kanada |
|
(6) |
Iċ-Ċina |
|
(7) |
Il-Gżejjer Faeroe |
|
(8) |
Greenland |
|
(9) |
Guernsey |
|
(10) |
Hong Kong |
|
(11) |
L-Indja |
|
(12) |
Isle of Man |
|
(13) |
Il-Ġappun |
|
(14) |
Jersey |
|
(15) |
Il-Messiku |
|
(16) |
Monaco |
|
(17) |
New Zealand |
|
(18) |
Il-Maċedonja ta’ Fuq |
|
(19) |
L-Arabja Sawdija |
|
(20) |
Is-Serbja |
|
(21) |
Singapore |
|
(22) |
L-Afrika t’Isfel |
|
(23) |
Il-Korea t’Isfel |
|
(24) |
L-Iżvizzera |
|
(25) |
It-Turkija |
|
(26) |
L-Istati Uniti tal-Amerka |
Ditti ta’ investiment ekwivalenti għal “istituzzjoni” kif definita fl-Artikolu 4(1)(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013:
|
(1) |
L-Awstralja |
|
(2) |
Il-Brażil |
|
(3) |
Il-Kanada |
|
(4) |
Iċ-Ċina |
|
(5) |
Hong Kong |
|
(6) |
L-Indoneżja |
|
(7) |
Il-Ġappun (limitati għall-Operaturi tan-Negozju fi Strumenti Finanzjarji tat-Tip I) |
|
(8) |
Il-Messiku |
|
(9) |
Il-Korea t’Isfel |
|
(10) |
L-Arabja Sawdija |
|
(11) |
Singapore |
|
(12) |
L-Afrika t’Isfel |
|
(13) |
L-Istati Uniti tal-Amerka |
ANNESS VII
Tabella ta’ korrelazzjoni
|
Din id-Deċiżjoni |
Deċiżjoni 2014/908/UE |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 6 |
- |
|
Artikolu 7 |
- |
|
Artikolu 8 |
- |