<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-379/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0379</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:660">EU:C:2021:660</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20210902">2.9.2021</DATE> – Kawża C‑379/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Udlændingenævnet</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20210902">2 ta’ Settembru 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: id-Daniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE‑Turkija</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni Nru 1/80</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 13</KEYWORD><KEYWORD>Klawżola ta’ standstill</KEYWORD><KEYWORD>Restrizzjoni ġdida</KEYWORD><KEYWORD>Riunifikazzjoni tal-familja ta’ wlied minuri ta’ ħaddiema Torok</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjoni tal-età</KEYWORD><KEYWORD>Rekwiżit ta’ raġunijiet speċifiċi sabiex wieħed jibbenefika mir-riunifikazzjoni tal-familja</KEYWORD><KEYWORD>Raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali</KEYWORD><KEYWORD>Integrazzjoni b’suċċess</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑379/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Østre Landsret (il-Qorti tal-Appell tar-Reġjun tal-Lvant, id-Danimarka), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20200703">3 ta’ Lulju 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑<DATE ISO="20200811">11 ta’ Awwissu 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">B</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Udlændingenævnet,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, R. Silva de Lapuerta (Relatriċi), Viċi Presidenta tal-Qorti tal-Ġustizzja, L. Bay Larsen, C. Toader u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Hogan,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal B, minn C. Friis Bach Ryhl u T. Ryhl, advokater,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn J. Nymann-Lindegren u M. Wolff, bħala aġenti, assistiti minn R. Holdgaard, advokat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Martin u L. Grønfeldt, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tad‑<DATE ISO="19800919">19 ta’ Settembru 1980</DATE> dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija. Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni twaqqaf permezz tal-Ftehim dwar il-ħolqien ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, li ġie ffirmat f’Ankara fit‑<DATE ISO="19630912">12 ta’ Settembru 1963</DATE> mir-Repubblika tat-Turkija, minn naħa, kif ukoll mill-Istati Membri tal-KEE u mill-Komunità, min-naħa l-oħra, u li ġie konkluż, approvat u kkonfermat f’isem din tal-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE tat‑<DATE ISO="19631223">23 ta’ Diċembru 1963</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 11, p. 10).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn B., ċittadin Tork, u l-Udlændingenævnet (il-Bord tal-Appell dwar l-Immigrazzjoni) dwar iċ-ċaħda, minn dan tal-aħħar, tal-applikazzjoni ta’ B għal ksib ta’ permess ta’ residenza fid-Danimarka għar-riunifikazzjoni tal-familja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Deċiżjoni Nru 1/80</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>L-Istati Membri tal-Komunità u t-Turkija ma jistgħux jintroduċu restrizzjonijiet ġodda fuq il-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-impjieg tal-ħaddiema u tal-membri tal-familja tagħhom legalment residenti u impjegati fit-territorji rispettivi tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 14 ta’ din id-deċiżjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet ta’ din it-taqsima għandhom jiġu applikati bla ħsara għal-limitazzjonijiet iġġustifikati minn raġunijiet ta’ ordni pubbliku, ta’ sigurtà pubblika jew ta’ saħħa pubblika.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Huma ma għandhomx jippreġudikaw id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn leġiżlazzjonijiet nazzjonali jew minn ftehimiet bilaterali eżistenti bejn it-Turkija u l-Istati Membri tal-Komunità, sa fejn huma jipprevedu, favur iċ-ċittadini tagħhom, sistema iktar favorevoli.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2003/86/KEE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(6) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat‑<DATE ISO="20030922">22 ta’ Settembru 2003</DATE> dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224) jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Permezz ta’ deroga, Stati Membri jistgħu jitolbu li l-applikazzjonijiet dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja ta’ tfal minorenni għandhom ikunu sottomessi qabel l-età ta’ 15, kif tipprovdi l-leġislazzjoni eżistenti tagħhom fid-data ta’ l-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva. Jekk l-applikazzjoni tkun sottomessa wara l-età ta’ 15, l-Istati Membri li jiddeċiedu [li] japplikaw din id-deroga għandhom jawtorizzaw id-dħul u residenza ta’ tfal tali fuq raġunijiet differenti minn dawk ta’ riunifikazzjoni tal-familja.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Daniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-punt 2 tal-Artikolu 9(1) tal-Udlændingeloven (il-Liġi dwar il-Barranin), kif emendata bil-lov nr. 427 (il-Liġi Nru 427), tad‑<DATE ISO="20040609">9 ta’ Ġunju 2004</DATE>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Fuq talba, permess ta’ residenza jista’ jinħareġ:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>lil wild minuri taħt l-età ta’ inqas minn 15-il sena, mhux miżżewweġ, ta’ persuna residenti fid-Danimarka jew tal-konjuġi tagħha jekk dan il-wild jgħix għand id-detentur tal-kustodja legali u ma jifformax familja indipendenti minħabba relazzjoni stabbli, u meta l-persuna residenti fid-Danimarka:</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>jkollha permess ta’ residenza għal żmien indeterminat jew anki permess ta’ residenza bil-possibbiltà ta’ residenza permanenti.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-punt 1 tal-Artikolu 9c(1) tal-Liġi dwar il-Barranin, kif emendata bil-lov nr. 567 (il-Liġi Nru 567), tat‑<DATE ISO="20120618">18 ta’ Ġunju 2012</DATE>, jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Fuq talba, permess ta’ residenza jista’ jingħata lil barrani jekk raġunijiet speċifiċi ħafna, b’mod partikolari l-unità tal-familja u, jekk il-barrani jkollu inqas minn 18-il sena, l-aħjar interess tal-wild, jimmilitaw f’dan is-sens.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>B huwa ċittadin Tork imwieled fil‑<DATE ISO="19940805">5 ta’ Awwissu 1994</DATE> fit-Turkija. Fil‑<DATE ISO="20120131">31 ta’ Jannar 2012</DATE>, huwa ppreżenta quddiem l-Udlændingestyrelsen (l-Uffiċċju tal-Immigrazzjoni, id-Danimarka), applikazzjoni għal permess ta’ residenza fid-Danimarka, għall-finijiet ta’ riunifikazzjoni tal-familja ma’ missieru, F, ħaddiem Tork li jirrisjedi legalment f’dan l-Istat Membru mit‑<DATE ISO="20031013">13 ta’ Ottubru 2003</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20121106">6 ta’ Novembru 2012</DATE>, l-Uffiċċju Daniż tal-Immigrazzjoni ċaħad din l-applikazzjoni abbażi tal-punt 2 tal-Artikolu 9(1) u tal-punt 1 tal-Artikolu 9c(1) tal-Liġi dwar il-Barranin, għar-raġuni li B, li kellu iktar minn 15-il sena fid-data tal-preżentata tal-applikazzjoni tiegħu, kien wera biss raġunijiet speċifiċi ħafna, marbuta b’mod partikolari mal-unità tal-familja u mal-aħjar interess tal-wild, li ġġustifikaw li jingħatalu permess ta’ residenza skont din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20170105">5 ta’ Jannar 2017</DATE>, B ippreżenta rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem l-Udlændinge- og Integrationsministeriet (il-Ministeru għall-Barranin u għall-Integrazzjoni, id-Danimarka), li, permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20170130">30 ta’ Jannar 2017</DATE>, bagħat dan ir-rikors lill-Uffiċċju tal-Immigrazzjoni billi talbu jeżamina l-kwistjoni dwar jekk B setax jibbenefika minn dritt ta’ residenza bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1/80.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20170705">5 ta’ Lulju 2017</DATE>, l-Uffiċċju tal-Immigrazzjoni, billi bbaża ruħu fuq is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Dogan</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑138/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2066">EU:C:2014:2066</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ikkunsidra li ma kienx hemm lok li tiġi eżaminata mill-ġdid l-applikazzjoni ppreżentata minn B.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>B ippreżenta rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem l-Udlændingenævnet (il-Bord tal-Appell dwar l-Immigrazzjoni, id-Danimarka). Permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20180115">15 ta’ Jannar 2018</DATE>, dan il-bord ikkonferma d-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Immigrazzjoni tal‑<DATE ISO="20170705">5 ta’ Lulju 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20170105">5 ta’ Jannar 2017</DATE>, B ippreżenta rikors quddiem il-Københavns Byret (il-Qorti Muniċipali ta’ Kopenħagen, id-Danimarka) intiż sabiex l-Uffiċċju tal-Immigrazzjoni jiġi ordnat jagħtih dritt ta’ residenza fid-Danimarka, skont id-dritt tal-Unjoni. Fil‑<DATE ISO="20171215">15 ta’ Diċembru 2017</DATE>, din il-qorti tal-aħħar bagħtet il-kawża lura quddiem l-Østre Landsret (il-Qorti tal-Appell tar-Reġjun tal-Lvant, id-Danimarka), peress li d-dritt nazzjonali jawtorizza lill-qrati tal-ewwel istanza sabiex jibagħtu quddiem il-qrati tal-appell il-kawżi li jqajmu kwistjonijiet ta’ prinċipju, sabiex dawn ikunu jistgħu jagħtu deċiżjoni fl-ewwel istanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Filwaqt li tibda mill-prinċipju, bħall-partijiet fit-tilwima fil-kawża prinċipali, li l-limitu tal-età previst fil-punt 2 tal-Artikolu 9(1) tal-Liġi dwar il-Barranin, li tnaqqas matul l-2004 minn 18 għal 15-il sena, jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>restrizzjoni ġdida<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, fis-sens tal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk tali restrizzjoni tistax tiġi ġġustifikata mir-raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, invokata mill-Bord tal-Appell tal-Immigrazzjoni, li tikkonsisti f’li tiġi ggarantita integrazzjoni b’suċċess taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, din il-qorti tqis, fl-ewwel lok, li kundizzjoni marbuta ma’ limitu tal-età tista’ tikkontribwixxi b’mod favorevoli għall-integrazzjoni ta’ wild fi Stat Membru. Fil-fatt, li wild jasal tal-iżgħar età possibbli fid-Danimarka jiffavorixxi l-integrazzjoni tiegħu f’dan l-Istat Membru, sa fejn huwa jgħaddi l-parti l-kbira tat-tfulija tiegħu u jkompli fih il-parti l-kbira tal-iskola u tal-edukazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-imsemmija qorti tirrileva li l-punt 2 tal-Artikolu 9(1) tal-Liġi dwar il-Barranin għandu jinqara flimkien mal-punt 1 tal-Artikolu 9c(1) ta’ din il-liġi. Minn dan jirriżulta li l-limitu tal-età previst fil-punt 2 tal-Artikolu 9(1) tal-imsemmija liġi ma jikkostitwixxix kundizzjoni assoluta, sa fejn permess ta’ residenza jista’ jingħata wkoll lil wild ta’ inqas minn 18-il sena, abbażi tal-punt 1 tal-Artikolu 9c(1) tal-istess liġi, bil-kundizzjoni li raġunijiet speċifiċi ħafna, marbuta b’mod partikolari mal-unità tal-familja u mal-aħjar interess tal-wild, jimmilitaw f’dan is-sens.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Østre Landsret (il-Qorti tal-Appell tar-Reġjun tal-Lvant) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-Artikolu 13 tad-[Deċiżjoni Nru 1/80] jipprekludu l-introduzzjoni u l-applikazzjoni ta’ miżura nazzjonali ġdida li permezz tagħha riunifikazzjoni tal-familja bejn ċittadin Tork ekonomikament attiv li jirrisjedi legalment fl-Istat Membru inkwistjoni u l-wild ta’ dik il-persuna li għandu 15-il sena hija suġġetta għall-kundizzjoni li raġunijiet speċifiċi ħafna, inkluża l-kunsiderazzjoni tal-unità tal-familja u l-kunsiderazzjoni tal-aħjar interessi tal-wild, isostnu din ir-riunifikazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 għandux jiġi interpretat fis-sens li miżura nazzjonali li tnaqqas minn 18 sa 15-il sena l-limitu tal-età sabiex il-wild ta’ ħaddiem Tork li jirrisjedi legalment fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti jkun jista’ jippreżenta applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja tikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>restrizzjoni ġdida<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u, jekk dan huwa l-każ, jekk tali miżura tistax tiġi ġġustifikata mill-għan li tiġi ggarantita integrazzjoni b’suċċess taċ-ċittadini ta’ Stati terzi kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-klawżola ta’ standstill imsemmija fl-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tipprojbixxi b’mod ġenerali l-introduzzjoni ta’ kwalunkwe miżura interna ġdida li għandha l-għan jew l-effett li tissuġġetta l-eżerċizzju minn ċittadin Tork tal-moviment liberu tal-ħaddiema fit-territorju nazzjonali għal kundizzjonijiet iktar restrittivi minn dawk li kienu japplikaw għalih fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-imsemmija deċiżjoni Nru 1/80 fl-Istat Membru kkonċernat (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190710">10 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>A</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑89/18</NO.CASE>,Tekdemir, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:580">EU:C:2019:580</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li leġiżlazzjoni nazzjonali li twebbes il-kundizzjonijiet tar-riunifikazzjoni tal-familja tal-ħaddiema Torok li jirrisjedi legalment fl-Istat Membru kkonċernat, meta mqabbla ma’ dawk applikabbli waqt id-dħul fis-seħħ f’dan l-Istat Membru tad-Deċiżjoni Nru 1/80, tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>restrizzjoni ġdida<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, fis-sens tal-Artikolu 13 ta’ din id-deċiżjoni, għall-eżerċizzju tal-moviment liberu tal-ħaddiema min-naħa ta’ dawn il-ħaddiema Torok fl-imsemmi Stat Membru (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190710">10 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>A</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑89/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:580">EU:C:2019:580</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’din il-kawża, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-punt 2 tal-Artikolu 9(1) tal-Liġi dwar il-Barranin, li naqqas minn 18 għal 15-il sena l-limitu tal-età sabiex l-ulied minuri jkunu jistgħu jitolbu r-riunifikazzjoni tal-familja, ġie introdott wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni Nru 1/80 fid-Danimarka u li webbes, fil-qasam tar-riunifikazzjoni tal-familja, il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-ewwel ammissjoni fit-territorju Daniż tal-ulied minuri ta’ ċittadini Torok li jirrisjedu f’dan l-Istat Membru, meta mqabbla ma’ dawk applikabbli mad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni Nru 1/80.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li miżura nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>restrizzjoni ġdida<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, fis-sens tal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Issa, għandu jitfakkar li tali restrizzjoni hija pprojbita sa fejn taqa’ taħt limitazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 jew jekk tkun iġġustifikata minn raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, tkun xierqa sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan leġittimu li jkun irid jintlaħaq u ma tkunx tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarji sabiex dan jintlaħaq (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190710">10 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>A</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑89/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:580">EU:C:2019:580</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-proċess disponibbli lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-miżura nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma taqax fil-limitazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni Nru 1/80.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, minn dan il-proċess jirriżulta li l-għan imfittex minn din il-miżura jikkonsisti, essenzjalment, f’li tiġi ggarantita integrazzjoni b’suċċess taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi fid-Danimarka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li tali għan jista’ jikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, għall-finijiet tal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190710">10 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>A</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑89/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:580">EU:C:2019:580</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi eżaminat jekk miżura nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tillimita r-riunifikazzjoni tal-familja ta’ wlied minuri ta’ iktar minn 15-il sena, hijiex xierqa sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan imfittex u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan jintlaħaq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tan-natura xierqa ta’ tali miżura sabiex jiġi ggarantit l-għan li jrid jintlaħaq, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-miżura nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija intiża li tieħu inkunsiderazzjoni l-kapaċità ta’ integrazzjoni tal-ulied minuri li jixtiequ jibbenefikaw mir-riunifikazzjoni tal-familja. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà speċifikat li l-età tikkostitwixxi wieħed mill-fatturi li jikkaratterizzaw is-sitwazzjoni personali tal-wild li jista’ jkollu effett fuq l-integrazzjoni tiegħu fl-Istat Membru kkonċernat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160412">12 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Genc</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑561/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:247">EU:C:2016:247</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, l-integrazzjoni tal-ulied fl-Istat Membru ospitanti hija ffavorita jekk jaslu f’dan l-Istat Membru sa mill-iżgħar età tagħhom. Tali ċirkustanza tippermetti, b’mod partikolari, lill-ulied ikkonċernati jattendu l-iskola fl-imsemmi Stat Membru kif ukoll li jiksbu għarfien lingwistiku essenzjali għall-integrazzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-leġiżlatur tal-Unjoni stess ippreveda, fid-Direttiva 2003/86, il-possibbiltà, għall-Istati Membri, li jillimitaw ir-riunifikazzjoni tal-familja ta’ wlied minuri li jkunu laħqu ċerta età. Għalkemm din id-direttiva ma hijiex applikabbli fid-Danimarka, għandu jiġi rrilevat, bħala element ta’ kuntest, li l-Artikolu 4(6) tal-imsemmija direttiva jipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-applikazzjonijiet għar-riunifikazzjoni tal-familja ta’ wlied minuri jiġu ppreżentati qabel ma dawn ikunu laħqu l-età ta’ 15-il sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat li miżura nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija xierqa sabiex tiggarantixxi l-għan imfittex.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, in-natura proporzjonata ta’ kundizzjoni ta’ età bħal dik prevista fil-punt 2 tal-Artikolu 9(1) tal-Liġi dwar il-Barranin, għandu jiġi rrilevat li d-dritt Daniż jipprevedi eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-qorti tar-rinviju tindika li l-punt 1 tal-Artikolu 9c(1) tal-Liġi dwar il-Barranin, li jipprevedi li permess ta’ residenza jista’ jingħata lil barrani jekk raġunijiet speċifiċi ħafna, marbuta b’mod partikolari mal-unità tal-familja u, jekk il-barrani jkollu inqas minn 18-il sena, fl-aħjar interess tal-wild, jimmilita f’dan is-sens, huwa applikabbli meta permess ta’ residenza ma jkunx jista’ jinħareġ lil wild minuri abbażi tal-punt 2 tal-Artikolu 9(1) ta’ din il-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>B’hekk, permess ta’ residenza jista’ wkoll jingħata lil wild minuri ta’ iktar minn 15-il sena jekk dan ikun iġġustifikat minn raġunijiet dwar l-unità tal-familja jew tal-aħjar interess tal-wild. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti huma għalhekk obbligati li jwettqu evalwazzjoni individwali tas-sitwazzjoni tal-wild u, f’kull każ, li jieħdu inkunsiderazzjoni dawn l-interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, fil-prattika, diversi permessi ta’ residenza ngħataw lil ulied ta’ iktar minn 15-il sena, abbażi tal-punt 1 tal-Artikolu 9c(1) tal-Liġi dwar il-Barranin. Għalhekk ma jidhirx li teżisti prassi amministrattiva ta’ rifjut sistematiku ta’ dawn l-applikazzjonijiet għal riunifikazzjoni tal-familja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jidhirx li l-miżura nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan imfittex, fatt li madankollu, fl-aħħar lok, għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura nazzjonali li tnaqqas minn 18 sa 15-il sena l-età limitu sabiex il-wild ta’ ħaddiem Tork li jirrisjedi legalment fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti jkun jista’ jippreżenta applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>restrizzjoni ġdida<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Tali restrizzjoni tista’ madankollu tiġi ġġustifikata mill-għan li tiġi ggarantita integrazzjoni b’suċċess taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati, sakemm il-modalitajiet ta’ implementazzjoni tagħha ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan segwit.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tad‑<DATE ISO="19800919">19 ta’ Settembru 1980</DATE> dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura nazzjonali li tnaqqas minn 18 sa 15-il sena l-età limitu sabiex il-wild ta’ ħaddiem Tork li jirrisjedi legalment fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti jkun jista’ jippreżenta applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>restrizzjoni ġdida<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Tali restrizzjoni tista’ madankollu tiġi ġġustifikata mill-għan li tiġi ggarantita integrazzjoni b’suċċess taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati, sakemm il-modalitajiet ta’ implementazzjoni tagħha ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan segwit.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><?PAGE NO="8"?><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>