Brussell, 22.4.2015

COM(2015) 172 final

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru .../2015
ta'
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE
dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

mal-

proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea,
fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet
(EaSI)


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru .../2015


ta'


li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE

dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)Ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali ("EaSI") u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress għall-Impjiegi u l-Inklużjoni Soċjali 1 , kien inkorporat fil-Ftehim ŻEE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 151/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 2 .

(2)Il-parteċipazzjoni limitata tan-Norveġja fil-Programm għandha tiġi estiża għall-assi Progress.

(3)Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex ikun possibbli li din il-kooperazzjoni estiża sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2015,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-paragrafu 8 tal-Artikolu 15 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, il-kliem “assi EURES” huma sostitwiti bil-kliem “Progress u assi EURES”:

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE?.

3Hija tapplika mill-1 ta’ Jannar 2015.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

   Il-President
   
   
   
   Is-Segretarji
   għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
   

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 238.
(2) ĠU L ...
(3) [L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]