32003D0910



Official Journal L 342 , 30/12/2003 P. 0051 - 0052


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-22 ta' Diċembru 2003

dwar il-ħatra tal-Kordinatur Speċjali għall-Patt tal-Istabbilità għall-Ewropa tax-Xlokk

(2003/910/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1080/200 tat-22 ta' Mejju 2000 dwar is-sostenn għall-Missjoni Transitorja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo (UNMIK) u l-Uffiċċju tar-Rapreżentant Għoli fil-Bosnja u Ħerżegovina (OHR) u l-Patt tal-Istabbilità għall-Ewropa tax-Xlokk (SP) [1], u partikolarment l-Artikolu 1a tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Fl-10 ta' Ġunju 1999 il-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-parteċipanti l-oħrajn fil-Patt tal-Istabbilità għall-Ewropa tax-Xlokk qablu li jistabbilixxu Patt tal-Istabbilità għall-Ewropa tax-Xlokk, minn hawn il-quddiem imsejjaħ bħala il-"Patt tal-Istabilità".

(2) L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2002/964/CFSP ta' l-10 ta' Diċembru 2002 li temenda u testendi l-mandatt tar-Rapreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea sabiex jaġixxi bħala Kordinatur Speċjali għall-Patt tal-Istabbilità għall-Ewropea tax-Xlokk [2], għandu jeskadi fil-31 ta' Diċembru 2003.

(3) L-Artikolu 1a tar-Regolament (KE) Nru 1080/2000 jipprovdi għall-proċedura għall-ħatra ta' Kordinatur Speċjali għall-Patt tal-Istabbilità sa mill-1 ta' Jannar 2004.

(4) Huwa meħtieġ li jkun stabbilit, flimkien mal-ħatra, mandatt għall-Kordinatur Speċjali. Il-mandatt stabbilit fl-Azzjoni Konġunta 2002/964/CFSP għar-Rapreżentant Speċjali huwa adatt sabiex ikun japplika għall-Kordinatur Speċjali.

(5) Huwa xieraq li jkunu stabbiliti linji ċari tar-responsabiltà kif ukoll il-linji ta' gwida dwar ikl-kordinazzjoni u r-raportaġġ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dr Erhard BUSEK huwa b'dan maħrur Kordinatur Speċjali għall-Patt tal-Istabbilità għall-Ewropa tax-Xlokk.

Artikolu 2

IL-Kordinatur Speċjali għandu jwettaq il-funzjonijiet li hemm provvediment dwarhom fil-punt 13 tad-dokument tal-Patt tal-Istabbilità ta' l-10 ta' Ġunju 1999.

Artikolu 3

Sabiex jintlaħaq l-għan referut fl-Artikolu 2, il-mandatt tal-Kordinatur Speċjali għandu jkun:

(a) li jħeġġeġ l-akkwista ta' l-għanijiet tal-Patt tal-Istabilità fi ħdan, u bejn il-pajjiżi individwali, meta l-Patt tal-Istabbilità jkun juri li jkollu valur miżjud;

(b) jippresjedi dwar il-Laqgħa Reġjonali ta' l-Ewropa tax-Xlokk;

(ċ) iżomm kuntatt mill-qrib mal-parteċipanti kollha u l-Istati faċilitanti, l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet tal-Patt tal-Istabbilità, kif ukoll l-inizjattivi u l-organizzazzjonijiet relevanti reġjonali, bil-għan li jkabbar il-koperazzjoni reġjonali u jqawwi il-propjetà reġjonali;

(d) jikkopera mill-qrib ma l-istituzzjonijiet kollha ta' l-Unjoni Ewropea u mal-Istati Membri tagħha sabiex iħeġġeġ ir-rwol ta' l-Unjoni Ewropea fil-Patt tal-Istabilità b'konformità mal-punti 18, 19, u 20 tad-dokument tal-Patt tal-Istabilità u sabiex jassigura komplimentarjetà bejn ix-xogħol tal-Patt tal-Istabbilità u l-Proċess tal-Istabilizzazzjoni u ta' l-Asoċċjazzjoni;

(e) jiltaqgħa perjodikament u kollwttivament skond kif xieraq mall-Presidenti tal-Laqgħat ta' Ħidma sabiex jasigura kordinazzjonu globali strateġika u jipprovdi s-segretarjat għal-Laqgħa REġjonali ta' l-Ewropa tax-Xlokk u ta' l-istrumenti tagħha;

(f) jaħdem fuq il-bażi ta' lista, mifthiema bil-quddiem u b'konsultazzjoni mall-parteċipanti tal-Patt tal-Istabbilità, ta' azzjonijiet ta' priorità għall-Patt tal-Istabilità sabiex ikunu mplementati matul il-2004, u jżomm il-metodi u l-istrutturi tax-xogħol tal-Patt tal-Istabbilità taħt reviżjoni, jassigura l-konsistenza u l-użu effiċjenti tar-riżorsi.

Artikolu 4

Il-Kordinatur Speċjali għandu jikkonkludi ftehim finanzjarju mal-Kummissjoni.

Artikolu 5

L-attivitajiet tal-Kordinatur Speċjali għandhom ikunu kordinati ma dawk tas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill/Rapreżentant Għoli għall-CFSP, il-Presidenza tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, notevolemnt fil-qafas tal-Kumitat Informali Konsultattiv. F'dak il-qasam, kuntatt mill-qrib għandu jkun miżmum mal-Presidenza tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, u mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri, ir-Rapreżentanti Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll ma l-Uffiċċju tar-Rapreżentant Għoli ġewwa l-Bosnja u Ħerżegovina ua l-Amministrazzjoni ¬ivili tan-Nazzjonijiet Uniti ġewwa l-Kosovo.

Artikolu 6

Il-Kordinatur Speċjali għandu jwettaq rapporti, kif xieraq, lejn il-Kunsill u l-Kummissjoni. Għandu jibqa' jinforma regolarment lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet tiegħu.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-jun li jsegwi dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2004 sal-31 ta' Diċembru 2004.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Matteoli

[1] ĠU L 122, ta' l-24.5.2000, p. 27. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2098/2003 (ĠU L 316, tad-29.11.2003, p. 1).

[2] ĠU L 334, tal-11.12.2002, p. 9. L-Azzjoni Konġunta kif estiża bl-Azzjoni Konġunta 2003/499/CFSP (ĠU L 150, tat-18.6.2003, p. 74).

--------------------------------------------------