Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - Protokolli u annessi - 21.Protokoll dwar ir-relazzjonijiet esterni ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-qsim ta' fruntieri esterni
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0361 - 0361
21. PROTOKOLL DWAR IR-RELAZZJONIJIET ESTERNI TA' L-ISTATI MEMBRI FIR-RIGWARD TAL-QSIM TA' FRUNTIERI ESTERNI IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA, FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-bżonn ta' l-Istati Membri li jiżguraw kontrolli effikaċi mal-fruntieri esterni tagħhom, bil-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi meta jkun l-każ, FTEHMU fuq id-disposizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa: Artikolu uniku Id-disposizzjonijiet fir-rigward tal-miżuri dwar il-qsim tal-fruntieri esterni inklużi fl-Artikolu III-265 (2)(b) tal-Kostituzzjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kompetenza ta' l-Istati Membri li jinnegozjaw jew jikkonkludu ftehim ma' pajjiżi terzi sakemm dawn jirrispettaw id-dritt ta' l-Unjoni u ftehim internazzjonali pertinenti. --------------------------------------------------