|
9.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 322/39 |
DEĊIŻJONI MEĦUDA BI FTEHIM KOMUNI BEJN IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tas-7 ta’ Diċembru 2009
dwar il-post tas-sede tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija
(2009/913/UE)
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI,
Wara li kkunsidraw l-Artikolu 341 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-istabbiliment ta' Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija ġie deċiż bir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (1) |
|
(2) |
Il-post tas-sede ta' din l-Aġenzija għandu jiġi ddeterminat, |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għandu jkollha s-sede tagħha f'Ljubljana.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni, li ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandha tieħu effett fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2009.
Ghall-Kunsill
Il-President
M. OLOFSSON