<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-18/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0018</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:511">EU:C:2020:511</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20200702">2.7.2020</DATE> – Kawża C‑18/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Stadt Frankfurt am Main</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20200702">2 ta’ Lulju 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2008/115/KE</KEYWORD><KEYWORD>Standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet ta’ detenzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 16(1)</KEYWORD><KEYWORD>Detenzjoni f’faċilità korrettiva għal finijiet ta’ tneħħija</KEYWORD><KEYWORD>Ċittadin ta’ pajjiżi terzi li jirrappreżenta theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑18/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20181122">22 ta’ Novembru 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20190111">11 ta’ Jannar 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">WM</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Stadt Frankfurt am Main,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, R. Silva de Lapuerta (Relatur), Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, M. Safjan, L. Bay Larsen u C. Toader, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Pikamäe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal WM, minn S. Basay-Yildiz, Rechtsanwältin,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller u R. Kanitz, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Svediż, inizzjalment minn A. Falk, C. Meyer-Seitz, H. Shev, J. Lundberg u H. Eklinder, sussegwentement minn M. Olof Simonsson kif ukoll minn C. Meyer-Seitz, H. Shev u H. Eklinder, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Cattabriga u M. Wasmeier, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20200227">27 ta’ Frar 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE> dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="348" PAGE.FIRST="98" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 348, p. 98</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn WM, ċittadin Tuneżin, u l-iStadt Frankfurt am Main (il-Belt ta’ Frankfurt am Main, il-Ġermanja), fir-rigward tal-legalità tad-deċiżjoni ta’ detenzjoni f’faċilità korrettiva għal finijiet ta’ tneħħija adottata kontrih.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 2 u 4 tad-Direttiva 2008/115 huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>(2)</NO.P><TXT>Il-Kunsill Ewropew ta’ Brussell ta’ l-4 u l-<DATE ISO="20041105">5 ta’ Novembru 2004</DATE> sejjaħ għat-twaqqif ta’ politika effettiva ta’ tneħħija u ripatrijazzjoni, mibnija fuq standards komuni, għar-ritorn ta’ persuni b’mod uman u b’rispett sħiħ lejn id-drittijiet fundamentali u tad-dinjità tagħhom.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Hemm bżonn li jitfasslu regoli ċari, trasparenti u ġusti biex ikun hemm politika ta’ ritorn effettiva bħala element neċessarju ta’ politika tal-migrazzjoni li tkun ġestita b’mod tajjeb.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi standards u proċeduri komuni li għandhom jiġu applikati fl-Istati Membri biex jiġu rritornati ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, skond id-drittijiet fundamentali bħala prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja kif ukoll tal-liġi internazzjonali, inkluż il-protezzjoni tar-refuġjati u l-obbligi dwar id-drittijiet tal-bniedem<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva tapplika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx din id-Direttiva għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>huma soġġetti għal ċaħda ta’ dħul, skond l-Artikolu 13 tar-[Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20060315">15 ta’ Marzu 2006</DATE> li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="105" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 105, p. 1</REF.DOC.OJ>)], jew li jkunu arrestati jew interċettati mill-awtoritajiet kompetenti b’konnessjoni mal-qsim irregolari bl-art, bil-baħar jew bl-ajru tal-fruntiera esterna ta’ Stat Membru u li ma jkunux sussegwentement kisbu awtorizzazzjoni jew dritt biex joqogħdu f’dak l-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>huma soġġetti għal ritorn bħala sanzjoni tal-liġi kriminali jew bħala konsegwenza ta’ sanzjoni tal-liġi kriminali, skond il-liġi nazzjonali jew li huma soġġetti għal proċeduri ta’ estradizzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(4) tal-istess direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Jekk ikun hemm riskju ta’ ħarba, jew jekk applikazzjoni għal soġġorn legali tkun ġiet miċħuda għax kienet bla bażi jew ibbażata fuq frodi jew jekk il-persuna konċernata tippreżenta riskju [perikolu] għall-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika jew is-sigurtà nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu ma jagħtux perijodu ta’ żmien għat-tluq volontarju, jew jistgħu jagħtu perijodu iqsar minn sebat ijiem.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/115 jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jinfurzaw id-deċiżjoni ta’ ritorn jekk ma jkun ingħata l-ebda perijodu għal tluq volontarju skond l-Artikolu 7(4) jew jekk l-obbligu ta’ ritorn ma jkunx ġie rispettat f’dan il-perijodu għat-tluq volontarju mogħti skond l-Artikolu 7.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-Istati Membri jużaw - bħala l-aħħar possibbiltà - miżuri koerżivi biex iwettqu t-tneħħija ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jirreżisti t-tneħħija, tali miżuri għandhom ikunu proporzjonali u m’għandhomx jeċċedu forza raġonevoli. Dawn għandhom jiġu implimentati kif previst fil-leġislazzjoni nazzjonali skond id-drittijiet fundamentali u bir-rispett dovut għad-dinjità u l-integrità fiżika taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat.</ALINEA><ALINEA>[…].<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/115, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Detenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Dment li ma jistgħux jiġu applikati b’mod effettiv miżuri oħrajn suffiċjenti iżda inqas koersivi fil-każ speċifiku, l-Istati Membri jistgħu biss iżommu f’detenzjoni ċittadin ta’ pajjiż terz, li hu suġġett għal proċeduri ta’ ritorn biex jitħejja r-ritorn u/jew jitwettaq il-proċess ta’ tneħħija, partikolarment meta:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jkun hemm riskju ta’ ħarba, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat jevita jew ifixkel it-tħejjija tar-ritorn jew il-proċess ta’ tneħħija.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Kwalunkwe detenzjoni għandha tkun għal perijodu kemm jista’ jkun qasir u għandha tinżamm biss sakemm l-arranġamenti ta’ tneħħija jkunu qed isiru u jitwettqu bid-diliġenza dovuta.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Kundizzjonijiet tad-detenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="016.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-detenzjoni għandha titwettaq bħala regola f’faċilitajiet speċjalizzati ta’ detenzjoni. Meta Stat Membru ma jkunx jista’ jipprovdi akkomodazzjoni f’faċilità speċjalizzata ta’ detenzjoni u jkun obbligat jirrikorri għal akkomodazzjoni f’ħabs, iċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jkunu detenuti għandhom ikunu mifrudin mill-priġunieri ordinarji.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="016.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’detenzjoni għandhom jitħallew - fuq talba - jistabbilixxu kuntatt fi żmien dovut ma’ rappreżentanti legali, membri tal-familja u awtoritajiet konsulari kompetenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="016.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni ta’ persuni vulnerabbli. Għandhom jingħataw kura tas-saħħa f’emerġenza u trattament essenzjali għal mard.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="016.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Organizzazzjonijiet u korpi nazzjonali, internazzjonali u non-governattivi rilevanti u kompetenti għandu jkollhom il-possibbiltà li jżuru l-faċilitajiet ta’ detenzjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 1 sa fejn huma wżati għad-detenzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi skond dan il-Kapitolu. Żjarat bħal dawn jistgħu jkunu soġġetti għal awtorizzazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="016.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Ċittadini ta’ pajjiżi terzi miżmumin f’detenzjoni għandhom ikunu sistematikament provduti b’informazzjoni li tispjega r-regoli applikati fil-faċilità u li tindika d-drittijiet u l-obbligi tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar id-dritt tagħhom skond il-liġi nazzjonali li jagħmlu kuntatt ma’ l-organizzazzjonijiet u l-korpi msemmijin fil-paragrafu 4<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 17(2) tal-imsemmija direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Familji miżmumin f’detenzjoni sakemm titwettaq it-tneħħija għandhom jiġu provduti b’akkomodazzjoni separata li tiggarantixxi privatezza adegwata.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 18(1) tal-istess direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>F’każijiet fejn għadd eċċezzjonalment kbir ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li għandhom jintbagħtu lura jkun ta’ piż kbir mhux previst fuq il-kapaċità tal-faċilitajiet ta’ detenzjoni ta’ Stat Membru jew fuq il-persunal amministrattiv jew ġudizzjarju tiegħu, dak l-Istat Membru jista’, sakemm tippersisti s-sitwazzjoni eċċezzjonali, jiddeċiedi li jippermetti perijodi għar-reviżjoni ġudizzjarja itwal minn dawk stabbiliti fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 15(2) u li jieħu miżuri urġenti dwar il-kondizzjonijiet tad-detenzjoni li jidderogaw minn dawk stabbiliti fl-Artikoli 16(1) u 17(2).<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 58a(1) tal-Gesetz über den Aufenthalt, die Erwerbstätigkeit und die Integration von Ausländern im Bundesgebiet (il-Liġi dwar ir-Residenza, ix-Xogħol u l-Integrazzjoni tal-Barranin fit-Territorju Federali), tat-<DATE ISO="20040730">30 ta’ Lulju 2004</DATE> (BGBl. 2004 I, p. 1950), fil-verżjoni tagħha applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>AufenthG<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Abbażi ta’ previżjonijiet ibbażati fuq fatti, l-awtorità suprema ta’ Land tista’ tieħu deċiżjoni ta’ tneħħija, mingħajr miżuri ta’ tkeċċija minn qabel, fil-konfront ta’ barrani sabiex teskludi periklu partikolari għas-sigurtà tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja jew theddida terroristika. Id-deċiżjoni ta’ tneħħija hija immedjatament eżekuttiva, mingħajr il-bżonn ta’ avviż ta’ tneħħija<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 62a(1) tal-AufenthG jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Id-detenzjoni għall-finijiet tat-tneħħija għandha bħala prinċipju ssir f’ċentri speċjalizzati ta’ detenzjoni. F’każ li ma jkun jeżisti ebda ċentru speċjalizzat ta’ detenzjoni fit-territorju federali jew jekk il-barrani jkun ta’ theddida serja għall-integrità fiżika u l-ħajja ta’ terzi jew għal interessi legali importanti ta’ sigurtà interna, id-detenzjoni tista’ ssir f’faċilitajiet korrettivi oħra; f’dan il-każ, id-detenuti għall-finijiet ta’ tneħħija għandhom jinżammu separatament mill-priġunieri ordinarji […]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>WM huwa ċittadin Tuneżin li kien jirrisjedi fil-Ġermanja. Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20170801">1 ta’ Awwissu 2017</DATE>, il-Ministeru kompetenti tal-Land ta’ Hesse (il-Ġermanja) ordna t-tneħħija tiegħu lejn it-Tuneżija abbażi tal-Artikolu 58a(1) tal-AufenthG, għar-raġuni li kien jirrappreżenta periklu partikolari għas-sigurtà nazzjonali, b’mod partikolari, fid-dawl tal-personalità tiegħu, tal-aġir tiegħu, tal-fehmiet Iżlamiċi<?PAGE NO="5"?> radikali tiegħu, tal-kwalifika tiegħu bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>trasportatur u reklutatur tal-organizzazzjoni terroristika tal-Istat Iżlamiku<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> mis-servizzi tal-intelligence kif ukoll f’dak tal-attività tiegħu għal din l-istess organizzazzjoni fis-Sirja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>WM, quddiem il-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali, il-Ġermanja), minn naħa, ippreżenta rikors kontra d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20170801">1 ta’ Awwissu 2017</DATE> u, min-naħa l-oħra, ippreżenta talba għal miżuri provviżorji intiża sabiex tissospendi l-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni. Permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20170919">19 ta’ Settembru 2017</DATE>, l-imsemmija qorti ċaħdet it-talba għal miżuri provviżorji għar-raġuni li kienet teżisti probabbiltà suffiċjenti li WM iwettaq attakk terroristiku fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20170818">18 ta’ Awwissu 2017</DATE>, fuq talba tal-awtoritajiet tal-immigrazzjoni kompetenti, l-Amtsgericht Frankfurt am Main (il-Qorti Distrettwali ta’ Frankfurt am Main, il-Ġermanja) ordnat li WM jiġi detenut, għall-finijiet ta’ tneħħija, f’faċilità korrettiva sat-<DATE ISO="20171023">23 ta’ Ottubru 2017</DATE>, konformement mal-Artikolu 62a(1) tal-AufenthG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>WM ippreżenta rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Landgericht Frankfurt am Main (il-Qorti Reġjonali ta’ Frankfurt am Main, il-Ġermanja), li ċaħditu permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20170824">24 ta’ Awwissu 2017</DATE>. WM ippreżenta appell ta’ kassazzjoni kontra din l-aħħar deċiżjoni quddiem il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja) sabiex tiġi kkonstatata l-illegalità tad-detenzjoni tiegħu fir-rigward tal-perijodu ta’ bejn it-<DATE ISO="20170818">18 ta’ Awwissu 2017</DATE> u t-<DATE ISO="20171023">23 ta’ Ottubru 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20180509">9 ta’ Mejju 2018</DATE>, WM tneħħa lejn it-Tuneżija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115 jippermettix li Stat Membru jqiegħed lil ċittadin ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedi irregolarment f’detenzjoni f’faċilità korrettiva għal finijiet ta’ tneħħija, isseparat mill-priġunjieri ordinarji, mhux minħabba l-assenza ta’ ċentri speċjalizzati ta’ detenzjoni f’dan l-Istat Membru, iżda minħabba li dan iċ-ċittadin jirrapreżenta perikolu serju għall-integrità fiżika u għall-ħajja ta’ terzi jew għas-sigurtà nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, l-eżitu tat-tilwima li hija adita biha jiddependi mill-interpretazzjoni tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva [2008/115] jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tgħid li d-detenzjoni għall-finijiet ta’ tneħħija tista’ ssir f’faċilità korrettiva ordinarja jekk il-barrani jkun ta’ perikolu serju għall-integrità fiżika u l-ħajja ta’ terzi jew għal interessi legali importanti ta’ sigurtà interna, u d-detenut għall-finijiet tat-tneħħija jkollu, anki f’dan il-każ, jinżamm separatament mill-priġunieri ordinarji?<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li ċittadin ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedi irregolarment jiġi detenut f’faċilità korrettiva għal finijiet ta’ tneħħija, separatament mill-priġunjieri ordinarji, għar-raġuni li huwa jirrappreżenta perikolu serju għall-integrità fiżika u għall-ħajja ta’ terzi jew għas-sigurtà nazzjonali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-applikabbiltà ratione temporis tad-Direttiva 2008/115</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Gvern Svediż jikkuntesta l-applikabbiltà tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2008/115 għat-tilwima fil-kawża prinċipali. Dan il-gvern jenfasizza li, skont l-Artikolu 72 TFUE, il-politika komuni tal-immigrazzjoni tal-Unjoni Ewropea, li taħtha taqa’ d-Direttiva 2008/115, ma għandhiex tippreġudika l-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għaż-żamma tal-ordni pubbliku u s-salvagwardja tas-sigurtà interna, b’tali mod li dawn tal-aħħar jibqgħu kompetenti sabiex jieħdu miżuri ta’ sigurtà effettivi fil-kuntest tad-detenzjoni għall-finijiet ta’ tneħħija ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jirresjedi irregolarment. Madankollu, fl-opinjoni tal-imsemmi gvern, l-Artikolu 62a(1) tal-AufenthG jikkostitwixxi miżura neċessarja għaż-żamma tal-ordni pubbliku u għas-salvagwardja tas-sigurtà intena tal-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, hekk kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 29 tal-konklużjonijiet tiegħu, li l-portata tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/115 għandha tiġi evalwata billi tittieħed inkunsiderazzjoni l-istruttura ġenerali ta’ din tal-aħħar li kienet adottata b’mod partikolari abbażi tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 63(3)(b) KE, dispożizzjoni riprodotta fl-Artikolu 79(2)(c) TFUE li jinsab fit-Titolu V tat-tielet parti tat-Trattat FUE dwar l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 2(1) tagħha, id-Direttiva 2008/115 tapplika għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu irregolarment fit-territorju ta’ Stat Membru. L-Artikolu 2(2) tal-istess direttiva jelenka s-sitwazzjonijiet li fihom l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li ma japplikawx din id-direttiva. Madankollu, l-ebda element tal-proċess imqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jissuġġerixxi li s-sitwazzjoni tar-rikkorent fil-kawża prinċipali taqa’ taħt waħda mis-sitwazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 2(2) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Jidher li s-sitwazzjoni tar-rikorrent fil-kawża prinċipali, li huwa s-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ detenzjoni f’faċilità korrettiva adottata abbażi tal-Artikolu 62a(1) tal-AufenthG; li huwa intiż li jittrasponi l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115 fl-ordinament ġuridiku Ġermaniż; taqa’ tabilħaqq taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva u b’mod iktar partikolari tal-Artikolu 16(1) tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan il-każ, is-sempliċi invokazzjoni tal-Artikolu 72 TFUE ma tistax tkun biżżejjed sabiex titwarrab l-applikazzoni tad-Direttiva 2008/115, anki jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tagħmel riferiment għall-eżistenza ta’ perikolu serju għall-integrità fiżika u għall-ħajja tat-terzi u għall-interessi ġuridiċi maġġuri ta’ sigurtà interna sabiex tkun tista’ titwettaq l-eżekuzzjoni ta’ detenzjoni f’faċilità korrettiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, għalkemm huma l-Istati Membri li għandhom jadottaw il-miżuri xierqa sabiex jiżguraw l-ordni pubbliku fit-territorju tagħhom kif ukoll is-sigurtà interna u esterna tagħhom, madankollu minn dan ma jirriżultax li tali miżuri jaqgħu kompletament barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200402">2 ta’ April 2020</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Polonja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Mekkaniżmu temporanju ta’ rilokazzjoni ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑715/17, C‑718/17 u C‑719/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:257">EU:C:2020:257</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0143">143</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>L-Artikolu 72 TFUE, li jipprevedi li t-Titolu V tat-Trattat FUE ma jippreġudikax l-eżerċizzju mill-Istati Membri tar-responsabbiltajiet li huma għandhom għaż-żamma tal-ordni pubbliku u s-salvagwardja tas-sigurtà interna, ma jistax jiġi interpretat b’mod li jagħti lill-Istati Membri s-setgħa li ma japplikawx dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, f’dan il-każ l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2008/115, billi jinvokaw biss dawn ir-responsabbiltajiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200402">2 ta’ April 2020</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Polonja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Mekkaniżmu temporanju ta’ rilokazzjoni ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑715/17, C‑718/17 u C‑719/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:257">EU:C:2020:257</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0145">145</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0152">152</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li t-tilwima fil-kawża prinċipali taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/115 u li għandha tingħata risposta għad-domanda preliminari.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-ewwel sentenza tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115 tistabbilixxi l-prinċipju li d-detenzjoni għall-finijiet ta’ tneħħija ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu irregolarment għandha ssir f’ċentri speċjalizzati ta’ detenzjoni. It-tieni sentenza ta’ din id-dispożizzjoni tipprevedi deroga minn dan il-prinċipju li, bħala tali, għandha tiġi interpretata b’mod strett (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140717">17 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Bero u Bouzalmate</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑473/13 u C‑514/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2095">EU:C:2014:2095</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li t-tieni sentenza tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115 ma hijiex ifformulata b’mod identiku fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha. Fil-fatt, fil-verżjoni tagħha bil-Ġermaniż, din id-dispożizzjoni tipprovdi li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>meta Stat Membru ma jkollux faċilitajiet speċjalizzati ta’ detenzjoni u meta d-detenzjoni jkollha ssir f’faċilità korrettiva, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’detenzjoni għandhom ikunu mifrudin mill-priġunieri ordinarji<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. Fil-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra, l-imsemmija dispożizzjoni ma tagħmilx riferiment għall-fatt li ma jeżistux ċentri speċjalizzati ta’ detenzjoni, iżda għaċ-ċirkustanza li Stat Membru <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>ma jistax<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> iżomm lill-imsemmija ċittadini f’tali ċentri (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140717">17 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Bero u Bouzalmate</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑473/13 u C‑514/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2095">EU:C:2014:2095</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi ta’ test tad-dritt tal-Unjoni, id-dispożizzjoni inkwistjoni għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-istruttura ġenerali u tal-iskop tal-leġiżlazzjoni li tagħha tikkostitwixxi element (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190514">14 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>M <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Revoka tal-istatus ta’ refuġjat)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑391/16, C‑77/17 u C‑78/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:403">EU:C:2019:403</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, l-istruttura ġenerali tad-Direttiva 2008/115, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 16(1) ta’ din id-direttiva teżiġi li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati jinżammu, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>bħala regola<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, f’ċentri speċjalizzati ta’ detenzjoni. L-użu ta’ dan il-kliem jenfasizza li d-Direttiva 2008/115 tippermetti eċċezzjonijiet għal din ir-regola ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tad-Direttiva 2008/115, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Sitwazzjonijiet ta’ emerġenza<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li, f’każijiet fejn għadd eċċezzjonalment kbir ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li għandhom jintbagħtu lura jkun ta’ piż kbir mhux previst fuq il-kapaċità tal-faċilitajiet ta’ detenzjoni ta’ Stat Membru jew fuq il-persunal amministrattiv jew ġudizzjarju tiegħu, dak l-Istat Membru jista’, sakemm tippersisti s-sitwazzjoni eċċezzjonali, jieħu miżuri urġenti dwar il-kundizzjonijiet tad-detenzjoni li jidderogaw minn dawk stabbiliti fl-Artikoli 16(1) u 17(2) tad-Direttiva 2008/115.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għalkemm dawn il-miżuri urġenti japplikaw biss fis-sitwazzjonijiet eċċezzjonali stipulati fl-Artikolu 18(1) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi kkonstatat, hekk kif essenzjalment osserva l-Avukat Ġenerali fil-punti 64 u 69 tal-konklużjonijiet tiegħu, li la minn kliem din id-direttiva u lanqas mill-istruttura tagħha ma jirriżulta li dawn is-sitwazzjonijiet eċċezzjonali jikkostitwixxu l-uniċi raġunijiet li Stat Membru jista’ jinvoka sabiex jidderoga mill-prinċipju ta’ detenzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal finijiet ta’ tneħħija f’ċentri speċjalizzati previst fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, l-iskop tad-Direttiva 2008/115, din hija intiża, hekk kif jirriżulta mill-premessi 2 u 4 tagħha, li tistabbilixxi politika effettiva ta’ tneħħija u ta’ ripatrijazzjoni b’rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u tad-dinjità tal-persuni kkonċernati (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180619">19 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Gnandi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑181/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:465">EU:C:2018:465</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li, kull detenzjoni ordnata li taqa’ taħt id-Direttiva 2008/115 hija rregolata b’mod strett mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV tal-imsemmija direttiva b’mod li jiġu żgurati, minn naħa, l-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità f’dak li jirrigwarda l-mezzi użati u l-għanijiet imfittxija u, min-naħa l-oħra, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140605">5 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mahdi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑146/14 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1320">EU:C:2014:1320</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).<?PAGE NO="8"?> Skont il-premessa 6 tad-Direttiva 2008/115, id-deċiżjonijiet meħuda abbażi ta’ din id-direttiva għandhom jittieħdu każ b’każ u għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni kriterji oġġettivi (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140605">5 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mahdi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑146/14 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1320">EU:C:2014:1320</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Minn dak li ġie espost iktar ’il fuq jirriżulta li t-tieni sentenza tal-Artikolu 16(1) tal-imsemmija direttiva jawtorizza lill-Istati Membri, b’mod eċċezzjonali u lil hinn mis-sitwazzjonijiet espliċitament previsti fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2008/115, jqegħdu ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu irregolarment f’detenzjoni, għal finijiet ta’ tneħħija, f’faċilità korrettiva meta, minħabba ċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ inkwistjoni, huma ma jistgħux josservaw l-għanijiet imfittxija minn din id-direttiva billi jiżguraw id-detenzjoni tagħhom f’ċentri speċjalizzati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-Artikolu 62a(1) tal-AufenthG jipprevedi li d-detenzjoni għal finijiet ta’ tneħħija għandha titwettaq, bħala prinċipju, f’ċentri speċjalizzati ta’ detenzjoni u, b’mod eċċezzjonali, f’faċilità korrettiva meta l-barrani jirrapreżenta theddida serja għall-integrità fiżika u għall-ħajja ta’ terzi jew għall-interessi ġuridiċi maġġuri ta’ sigurtà interna. F’dan il-każ, il-barranin detenuti għal finijiet ta’ tneħħija jinżammu separatament mill-priġunjieri ordinarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-raġunijiet magħżula minn din il-leġiżlazzjoni bħala ġustifikazzjoni għall-eżekuzzjoni tad-detenzjoni, għal finijiet ta’ tneħħija, f’faċilità korrettiva jaqgħu taħt l-ordni pubbliku u s-sigurtà pubblika. Tali theddida hija ta’ natura li tiġġustifika, b’mod eċċezzjonali, l-eżekuzzjoni tad-detenzjoni għal finijiet ta’ tneħħija ta’ ċittadin ta’ pajjiżi terzi f’faċilità korrettiva, separatament mill-priġunjieri ordinarji, b’applikazzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115, għall-finijiet li jiġi żgurat l-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura ta’ tneħħija, konformement mal-għanijiet imfittxija minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li, għalkemm, essenzjalment, l-Istati Membri jibqgħu liberi li jistabbilixxu, konformement mal-ħtiġijiet nazzjonali tagħhom li jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor u minn żmien għal ieħor, ir-rekwiżiti tal-ordni pubbliku, xorta jibqa’ l-fatt li, fil-kuntest tal-Unjoni, u, b’mod partikolari, bħala ġustifikazzjoni ta’ deroga minn obbligi maħsuba bil-għan li jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet fundamentali ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz meta jitneħħew mill-Unjoni, dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu interpretati b’mod strett, b’tali mod li l-portata tagħhom ma tistax tiġi ddeterminata unilateralment minn kull wieħed mill-Istati Membri mingħajr kontroll mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Zh. u O</NAME.CASE>., <NO.CASE>C‑554/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:377">EU:C:2015:377</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>riskju għall-ordni pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, previst fl-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dan il-kunċett jippreżupponi, fi kwalunkwe każ, l-eżistenza, minbarra t-tfixkil tal-ordni soċjali li jikkostitwixxi kull ksur tal-liġi, ta’ theddida reali, attwali u suffiċjentement serju, li taffettwa interess fundamentali tas-soċjetà (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Zh. u O</NAME.CASE>., <NO.CASE>C‑554/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:377">EU:C:2015:377</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>sigurtà pubblika<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li dan il-kunċett ikopri s-sigurtà interna ta’ Stat Membru u s-sigurtà esterna tiegħu, u li, għalhekk, it-theddida għall-funzjonament tal-istituzzjonijiet u tas-servizzi pubbliċi essenzjali kif ukoll is-sopravivenza tal-popolazzjoni, kif ukoll ir-riskju ta’ perturbazzjoni serja tar-relazzjonijiet esterni jew tal-koeżistenza paċifika tal-popli, jew anki t-theddida għall-interessi militari, jistgħu jaffettwaw is-sigurtà pubblika (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160215">15 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>N.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑601/15 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:84">EU:C:2016:84</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 77 tal-konklużjonijiet tiegħu, ir-rekwiżit ta’ theddida reali, attwali u suffiċjentement serja, li taffettwa interess fundamentali tas-soċjetà, bħala bażi għat-tnaqqis jew għat-tneħħija tat-terminu ta’ tluq volontarju taċ-ċittadin ta’ pajjiżi terzi abbażi tal-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115, huwa impost <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> sabiex tiġi ġġustifikata l-eżekuzzjoni tad-detenzjoni, għal finijiet ta’ tneħħija, f’faċilità korrettiva, b’applikazzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għalhekk, preġudizzju għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika jista’ jiġġustifika d-detenzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiżi terzi għal finijiet ta’ tneħħija f’faċilità korrettiva b’applikazzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115, biss jekk l-aġir individwali tiegħu jirrappreżenta theddida reali, attwali u suffiċjentement serja, li taffettwa interess fundamentali tas-soċjetà jew is-sigurtà interna jew esterna tal-Istat Membru kkonċernat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160215">15 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>N.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑601/15 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:84">EU:C:2016:84</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex issodisfatti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha esposti iktar ’il fuq, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li ċittadin ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedi irregolarment jiġi detenut f’faċilità korrettiva għal finijiet ta’ tneħħija, separatament mill-priġunjieri ordinarji, għar-raġuni li huwa jirrappreżenta theddida reali, attwali u suffiċjentement serja li taffettwa interess fundamentali tas-soċjetà jew is-sigurtà interna jew esterna tal-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE> dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li ċittadin ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedi irregolarment jiġi detenut f’faċilità korrettiva għal finijiet ta’ tneħħija, separatament mill-priġunjieri ordinarji, għar-raġuni li huwa jirrappreżenta theddida reali, attwali u suffiċjentement serja li taffettwa interess fundamentali tas-soċjetà jew is-sigurtà interna jew esterna tal-Istat Membru kkonċernat.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>