|
10.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 379/14 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8633 — Lufthansa/certain Air Berlin assets)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 379/08)
|
1. |
Fil-31 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Lufthansa, takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ partijiet tal-Air Berlin Group, jiġifieri NIKI u LGW kollha kemm huma. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Lufthansa: kumpanija azzjonarja ta’ grupp ta’ kumpaniji tal-ajru, notevolment attivi fit-trasport tal-passiġġieri bl-ajru, u ċentri operattivi fi Frankfurt, Munich, Brussell, Zurich u Vjenna, — għal NIKI: NIKI hija trasportatur minn punt sa punt li jiffoka fuq dawk li jivvjaġġaw għad-divertiment. Hija topera minn ajruporti Ġermaniżi, Awstrijaċi u Żvizzeri u sservi l-aktar destinazzjonijiet turistiċi fi u madwar il-Mediterran (bħall-Gżejjer Baleariċi, il-Gżejjer Griegi) kif ukoll il-Gżejjer Kanarji, — għal LGW: Sat-28 ta’ Ottubru 2017, LGW tajret ajurplani mikrija bl-ekwipaġġ (wet-leased) lil Air Berlin, fuq rotot qosra lejn Düsseldorf u Berlin, primarjament bħala feeder għall-operazzjonijiet ta’ Air Berlin. LGW hija maħsuba biex isservi bħala mezz biex ikompli jitħaddem il-programm ta’ titjiriet li bħalissa huwa mħaddem minn Air Berlin permezz ta’ ftehim ta’ kiri tal-ajruplani bl-ekwipaġġ stabbilit f’Diċembru 2016 mal-Lufthansa Group. Qabel it-tranżazzjoni, il-pakkett ta’ slots għall-istaġun tax-xitwa 2017/2018 kif ukoll l-istaġun tas-sajf 2018 (inklużi slots fl-ajruporti ta’ Berlin-TXL, DUS, FRA u MUC) huwa maħsub biex jiġi trasferit lil LGW għall-użu mil-Lufthansa Group. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8633 — Lufthansa/certain Air Berlin assets Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).