Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 2(k) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]) (ĠU L 108, p. 33) – Definizzjoni ta’ abbonat.
Dispożittiv
1) Billi ma ttrasponietx korrettament id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(k) tagħha, fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta’ “abbonat”, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
2) Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.