30.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/48


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 194/2014

tal-25 ta' Settembru 2014

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2015/1262]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2013/39/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Awwissu 2013 li temenda d-Direttivi 2000/60/KE u 2008/105/KE rigward sustanzi prijoritarji fil-qasam tal-politika dwar l-ilma (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 13ca (id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32013 L 0039: Id-Direttiva 2013/39/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Awwissu 2013 (ĠU L 226, 24.8.2013, p. 1).”

2.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 13cad (id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat bi:

—

32013 L 0039: Id-Direttiva 2013/39/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Awwissu 2013 (ĠU L 226, 24.8.2013, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2013/39/UE bil-lingwa Islandiż u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 226, 24.8.2013, p. 1.

(*1)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.