|
16.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 298/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1035/2010
tal-15 ta’ Novembru 2010
li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-melamina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Tnedija
|
(1) |
Fl-4 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni rċeviet ilment li jikkonċerna l-importazzjonijiet tal-melamina li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku minn Borealis Agrolinz Melamine GmbH, DSM Melamine B.V. and Zaklady Azotowe Pulawy(“l-entitajiet li għamlu l-ilment”), li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ aktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-melamina. |
|
(2) |
Dan l-ilment kien fih evidenza prima facie ta’ dumping u ta’ ħsara materjali li tirriżulta minnu, li tqieset li hija biżżejjed biex tiġġustifika l-ftuħ ta’ proċediment. |
|
(3) |
Fis-17 ta’ Frar 2010, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż li ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“avviż tal-inizjazzjoni”), l-inizjazzjoni ta’ proċediment anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-melamina li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ir-“RPĊ” jew il-“pajjiż ikkonċernat”). |
2. Il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment
|
(4) |
Il-Kummissjoni uffiċjalment tat parir lill-entitajiet li għamlu l-ilment, lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, lill-importaturi, lill-kummerċjanti, lill-utenti, lill-fornituri u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati u lir-rappreżentanti tar-RPĊ bil-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż tal-inizjazzjoni. |
|
(5) |
Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ, it-teħid ta’ kampjuni kien previst fl-avviż tal-inizjazzjoni għad-determinazzjoni tad-dumping u l-ħsara skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk hux meħtieġ it-teħid ta’ kampjuni, u jekk iva, li tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ ntalbu jippreżentaw irwieħhom lill-Kummissjoni u jipprovdu, kif speċifikat fl-avviż tal-inizjazzjoni, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom li huma relatati mal-prodott ikkonċernat fil-perjodu tal-investigazzjoni (mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009). |
|
(6) |
Waslu seba' tweġibiet għall-eżerċizzju ta’ kampjunar mill-produtturi esportaturi jew il-gruppi ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ. Madankollu, żewġ kumpaniji ma komplewx jikkooperaw mal-investigazzjoni fi stadju bikri. Għalhekk, it-teħid ta’ kampjuni ma baqax bżonnjuż u l-partijiet kollha ġew infurmati li ma kienx se jintgħażel kampjun. |
|
(7) |
Sabiex il-produtturi esportaturi fir-RPĊ jkunu jistgħu jitolbu trattament tal-ekonomija tas-suq (“MET”) jew trattament individwali (“IT”), jekk jixtiequ jagħmlu hekk, il-Kummissjoni bagħtet formoli xierqa lill-produtturi esportaturi Ċiniżi magħrufa li huma kkonċernati, lill-awtoritajiet Ċiniżi u lil produtturi esportaturi Ċiniżi oħra li rrappurtaw l-interess tagħhom qabel l-iskadenzi stipulati fl-avviż tal-inizjazzjoni. Tliet gruppi ta’ produtturi esportaturi u kumpanija individwali waħda talbu MET skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, jew IT jekk l-investigazzjoni tistabbilixxi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet għal MET. Grupp ieħor wieħed talab IT biss. |
|
(8) |
Intbagħtu kwestjonarji lill-partijiet kollha magћrufa li huma kkonċernati u lill-kumpaniji l-oћra kollha li ppreżentaw ruћhom fi żmien l-iskadenzi stipulati fl-avviż tal-inizjazzjoni. Waslu tweġibiet minn ħames produtturi esportaturi u kumpaniji relatati fir-RPĊ, produttur wieħed fl-Istati Uniti tal-Amerika li kien il-pajjiż analogu propost kif imsemmi fl-avviż tal-inizjazzjoni, u produttur wieħed f'pajjiż analogu possibbli ieħor, l-Indoneżja. Waslu wkoll tweġibiet għall-kwestjonarju minn tliet produtturi tal-Unjoni u seba' utenti kkooperaw billi bagħtu tweġiba għall-kwestjonarju. L-ebda wieħed mill-importaturi ma bagħat lill-Kummissjoni xi tagħrif jew ippreżenta lilu nnifsu fl-andament tal-investigazzjoni. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset li kien meħtieġ gћad-determinazzjoni provviżorja tad-dumping, tal-ħsara li rriżultat u tal-interess tal-Unjoni u għamlet żjarat ta’ verifika fil-post fil-kumpaniji li ġejjin:
|
|
(10) |
Minћabba l-ћtieġa li jiġi stabbilit valur normali gћall-produttur esportatur li talab biss IT u lill-produtturi esportaturi li ma jingћatalhomx MET, saret verifika sabiex jiġi stabbilit il-valur normali fuq il-bażi tad-dejta mill-Indoneżja bħala pajjiż analogu fuq il-post tal-kumpanja li ġejja:
|
3. Il-perjodu tal-investigazzjoni
|
(11) |
L-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009 (“il-perjodu tal-investigazzjoni” jew “PI”). L-analiżi tax-xejriet rilevanti għall-evalwazzjoni tal-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-aħħar tal-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu meqjus”). |
B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
1. Il-prodott ikkonċernat
|
(12) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-melamina, li bħalissa għandu l-kodiċi tan-NM 2933 61 00 u li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. |
|
(13) |
Il-melamina huwa trab kristallin abjad miksub mill-urea. Il-melamina jintuża l-iktar fil-laminati, it-trabijiet għall-iffurmar, il-pjanċi abbażi tal-injam u r-reżina tal-kisi. |
2. Il-prodott simili
|
(14) |
L-investigazzjoni wriet li l-melamina prodotta u mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni, il-melamina prodotta u mibjugħa fis-suq domestiku tar-RPĊ u l-melamina impurtata fl-Unjoni mir-RPĊ, kif ukoll dik prodotta u mibjugħa fl-Indoneżja, li serviet ta’ pajjiż analogu, essenzjalment għandha l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u l-istess użi aħħarija bażiċi. |
|
(15) |
Għalhekk, dawn il-prodotti jitqiesu provviżorjament li huma simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
C. DUMPING
1. Trattament tal-Ekonomija tas-Suq
|
(16) |
Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-investigazzjonijiet anti-dumping li jikkonċernaw importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat skont il-paragrafi 1 sa 6 tal-Artikolu msemmi għal dawk il-produtturi li nstabu li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Fil-qosor, u gћall-finijiet ta’ referenza biss, dawn il-kriterji huma stipulati hawn taћt f’forma mqassra:
|
|
(17) |
Tliet produtturi esportaturi u produttur esportatur wieħed mir-RPĊ talbu MET u bagħtu l-formola għall-għoti tal-MET qabel l-iskadenza mitluba. |
|
(18) |
Għal dawn il-kumpaniji kollha li kkooperaw fir-RPĊ, il-Kummissjoni fittxet l-informazzjoni kollha li qieset li kienet meħtieġa u vverifikat l-informazzjoni li tressqet fil-formola għall-MET fuq il-post tal-kumpaniji kkonċernati. |
|
(19) |
Instab li l-ebda produttur esportatur jew grupp li kkoopera fir-RPĊ ma ssodisfa l-kriterji biex jingħata MET. Il-kumpaniji kollha involuti fil-produzzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni tal-melamina fir-RPĊ ġew mistiedna jitolbu MET. Jekk kumpanija waħda fi grupp ma tingħatax MET, il-grupp kollu kemm hu ma jingħatalux. |
|
(20) |
Għal dawk il-kumpaniji li jipproduċu l-urea mill-gass naturali biex jimmanifatturaw il-melamina, dan ir-rifjut kien ibbażat fuq il-fatt li l-ispejjeż tal-input ewlieni, il-gass naturali, ma kienx jirrifletti sostanzjalment il-valuri tas-suq, kif rikjest mill-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. L-investigazzjoni dwar l-MET iddeterminat li dan kien minħabba ndħil min-naħa tal-Istat fis-suq tal-gass naturali fir-RPĊ. |
|
(21) |
Is-suq tal-gass naturali fir-RPĊ huwa ddominat minn tliet kumpaniji li huma proprjetà tal-Istat. Il-kumpaniji li jipproduċu l-urea, li mbagħad tintuża minnhom biex jipproduċu l-melamina, jibbenefikaw minn prezz tal-gass baxx iffissat mill-gvern għall-produzzjoni tal-urea. Kumpanija li tipproduċi l-urea, li huwa fertilizzant u importanti għall-industrija agrikola u alimentari Ċiniża, tħallas prezz ferm iktar baxx għall-gass tagħha milli kumpaniji li jeħtieġu l-gass għal użi industrijali oħra. Barra minn dan il-mekkaniżmu ta’ pprezzar doppju, il-prezz tal-gass naturali għall-użu industrijali huwa minnu nnifsu artifiċjali minħabba l-interferenza tal-Istat u huwa stess huwa ferm inqas mill-prezz tal-gass fis-suq. |
|
(22) |
Minħabba dan il-prezz baxx tal-gass, il-produtturi tal-melamina jistgħu jipproduċuha bi prezzijiet imraħħsa, billi jieħdu vantaġġ mill-prezz artifiċjalment baxx tal-gass naturali. Billi l-gass naturali huwa parti kbira mill-valur tal-urea (madwar 80 %) u billi l-urea tirrappreżenta bejn 50 % u 60 % tal-valur tal-produzzjoni tal-melamina, il-kriterju 1 ma jistax jitqies li ġie sodisfatt għal dawk il-kumpaniji fir-PRĊ li jipproduċu l-urea mill-gass naturali. |
|
(23) |
Xi kumpaniji ma jipproduċux l-urea huma stess imma jixtruha minn fornituri mhux relatati. Madankollu, is-suq tal-urea nnifsu huwa artifiċjali minħabba tliet tipi ta’ interferenza mill-Istat. L-ewwel nett, l-eżistenza ta’ kwoti stretti tal-importazzjoni għall-urea u t-taxxi tal-esportazzjoni ta’ 110 % f'nofs l-istaġun u 10 % barra l-istaġun. It-tieni, il-gvern Ċiniż eżenta l-bejgħ domestiku tal-urea mill-VAT mill-1 ta’ Lulju 2005. It-tielet, il-gvern Ċiniż huwa involut direttament fis-suq permezz tas-Sistema tal-Istat tal-Fertilizzanti, li ilha taħdem mill-2004, fejn l-Istat jixtri l-urea direttament mill-produtturi biex iżżommha f'riserva strateġika u jista’ wkoll jirrilaxxa kwantitajiet tal-urea fis-suq domestiku. Il-produtturi tal-urea jibbenefikaw minn rati tal-elettriku preferenzjali, rati preferenzjali għall-ġarr tal-merkanzija bil-ferroviji u, kif imsemmi fuq, prezzijiet preferenzjali tal-gass naturali. |
|
(24) |
Il-limiti fuq l-esportazzjonijiet, flimkien mal-benefiċċji fil-każ tal-bejgħ domestiku, għandhom l-effett li jnaqqsu l-volumi tal-esportazzjoni tal-urea u b’hekk jiddevjaw il-provvisti lejn is-suq domestiku u joħoloqu pressjoni 'l isfel fuq il-prezz domestiku. Dan il-prezz domestiku baxx jiġi kkawżat direttament mill-interferenza mill-Istat fis-suq tal-urea fir-RPĊ. Għalhekk, ma jistax jingħad li l-kriterju 1 huwa sodisfatt għal dawk il-kumpaniji fir-RPĊ li ma jipproduċux l-urea imma jixtruha minn partijiet terzi. |
|
(25) |
Barra mis-sitwazzjoni ġenerali deskritta hawn fuq, grupp wieħed ta’ kumpaniji ma ssodisfax ir-rekwiżiti l-oħra tal-kriterju 1 billi l-kumpanija possedenti hija proprjetà sħiħa tal-Istat u l-kumpaniji individwali fil-grupp, il-maġġoranza tagħhom huma proprjetà tal-Istat. Għalhekk, dan il-grupp huwa soġġett għal interferenza sinifikati mill-Istat fir-rigward tad-deċiżjonijiet kummerċjali importanti. |
|
(26) |
Żewġ kumpaniji ma ssodisfawx la l-kriterju 2 u lanqas il-kriterju 3. Waħda minnhom ma kinitx kapaċi turi rekords tal-kontabilità sħaħ u ngħatat uffiċċji minn korp pubbliku mingħajr ħlas. Il-kumpanija l-oħra ma żammitx il-kontijiet tagħha f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabilità u ma setgħetx turi li t-take-over tagħha ta’ kumpanija tal-Istat saret b’valur ġust. |
|
(27) |
Kumpanija waħda ma wrietx li tissodisfa l-kriterju 3 billi ma tħallsux interessi fuq id-dejn għall-bejgħ tal-ishma tagħha li rriżultaw mill-proċess tal-privatizzazzjoni. Iktar speċifikament, fil-bidu tal-proċess tal-privatizzazzjoni, azzjonist ġie misluf lura l-kapital li kien investa. Fi trasferimenti sussegwenti tal-ishma, l-obbligazzjoni tad-dejn intużat bħala ħlas. Wara biss 10 snin, l-ammont misluf tħallas lura mid-detentur ta’ dawk l-ishma, li sa dak iż-żmien kien sar proprjetà privata, mingħajr ma ġew mitluba jew imħallsa interessi fuq l-ammont. |
|
(28) |
Kumpanija waħda ma ngħatatx MET billi l-kumpanija tal-bejgħ relatata tagħha, li għandha x'taqsam mal-prodott ikkonċernat ukoll, ma mlietx formola għall-MET. |
|
(29) |
Il-Kummissjoni żvelat uffiċjalment ir-riżultati tas-sejbiet tal-MET lill-kumpaniji kkonċernati fir-RPĊ, lill-awtoritajiet fir-RPĊ u lil dawk li għamlu l-ilment. Huma kienu mogħtija opportunità wkoll biex iressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu seduta jekk kien hemm raġunijiet partikolari sabiex jinstemgħu. |
|
(30) |
Ngħataw bosta sottomissjonijiet bil-miktub u saret seduta ma' xi produtturi esportaturi. Il-produtturi esportaturi argumentaw li fir-RPĊ madwar 70 % tal-urea tiġi prodotta bil-faħam bħala l-input ewlieni u biss madwar 30 % tal-urea tiġi prodotta mill-gass naturali. Madankollu, billi l-Istat jinterferixxi wkoll fis-suq tal-urea, kif stipulat fil-premessi 23 u 24, dan ma jibdilx il-konklużjoni li l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-melamina huma artifiċjali ferm. Għaldaqstant, l-argument ġie miċħud. |
|
(31) |
Tressqu argumenti oħra fis-sottomissjonijiet bil-miktub u s-seduta wara l-iżvelar tas-sejbiet, li ma kinux tali li jibdlu l-proposta li tiġi miċħuda MET lill-kumpaniji kollha li talbuha. |
|
(32) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ngħad aktar 'il fuq, l-ebda waħda mill-kumpaniji li kkooperaw fir-RPĊ u li talbu MET ma setgħu juru li jissodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament Bażiku. Għalhekk, tqies li l-MET għandha tiġi miċħuda għal dawn il-kumpaniji kollha. Il-Kumitat Konsultattiv ġie kkonsultat u ma oġġezzjonax għal dawn konklużjonijiet. |
2. Trattament Individwali
|
(33) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, dazju li japplika għall-pajjiż kollu, jekk jeżisti, jiġi stabbilit għall-pajjiżi li jaqgħu taħt l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, ħlief f'dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji jkunu jistgħu juru li jissodisfaw il-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. |
|
(34) |
Dawk il-kumpaniji u l-gruppi kollha li talbu MET talbu wkoll IT fil-każ li ma jingħatalhomx MET. Barra minn hekk, grupp wieħed biss talab IT. Fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli, ġie stabbilit b’mod provviżorju li tlieta mill-ħames kumpaniji jew gruppi produtturi esportaturi fir-RPĊ jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha għal IT. Grupp wieħed ta’ kumpaniji fir-RPĊ ma ngħatalux IT minħabba li l-kumpanija possedenti hija proprjetà sħiħa tal-Istat u l-kumpaniji individwali fil-grupp, fil-maġġoranza tagħhom, huma proprjetà tal-Istat. Kumpanija oħra ma ngħatalhiex IT billi kumpanija tal-bejgħ relatata ma mlietx formola għall-MET/IT. Għalhekk, ma kienx possibbli li jiġu evalwati l-kriterji għal IT. |
3. Il-valur normali
a) L-għażla tal-pajjiż analogu
|
(35) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali gћall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx MET, gћandu jiġi stabbilit abbażi tal-prezzijiet domestiċi jew tal-valur normali kompost f'pajjiż analogu. |
|
(36) |
Fl-avviż tal-inizjazzjoni, il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagћha li tuża lill-Istati Uniti tal-Amerika bћala pajjiż analogu xieraq bil-għan li tistabbilixxi l-valur normali, u l-partijiet interessati ġew mistiedna sabiex jikkummentaw dwar dan. |
|
(37) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk pajjiżi oħrajn ikunux għażla raġonevoli għall-pajjiż analogu u ntbagħtu kwestjonarji lill-produtturi tal-melamina fl-Indja, l-Iran, l-Indoneżja u l-Istati Uniti tal-Amerika. Il-produtturi tal-melamina fl-Istati Uniti u l-Indoneżja biss wieġbu għall-kwestjonarji. |
|
(38) |
Wara l-eżaminazzjoni tat-tweġibiet, l-Indoneżja ntgħażlet bħala pajjiż analogu li jidher li hu suq miftuħ b’dazju tal-importazzjoni baxxa u b’importazzjonijiet sinifikanti minn diversi pajjiżi terzi. Barra minn hekk, instab li l-istruttura tal-ispejjeż ta’ produttur Indoneżjan kienet iktar komparabbli ma' produttur Ċiniż mill-istruttura tal-ispejjeż ta’ produttur mill-Istati Uniti u għalhekk tirriżulta f'valur normali iktar realistiku. L-investigazzjoni ma wriet ebda raġuni biex wieħed iqis li l-Indoneżja ma kinitx tajba biex jiġi stabbilit il-valur normali. |
|
(39) |
Eventwalment, ebda parti interessata, inkluż l-entitajiet li ressqu l-ilment, ma argumentat li l-Istati Uniti kellhom jintużaw bħala l-pajjiż analogu xieraq għal din l-investigazzjoni. |
|
(40) |
Id-dejta ppreżentata fit-tweġiba tal-produttur Indoneżjan li kkoopera kienet ivverifikata fuq il-post u nstabet li hija tagħrif affidabbli li fuqu seta’ jiġi bbażat il-valur normali. |
|
(41) |
Għalhekk huwa provviżorjament konkluż li l-Indoneżja hija pajjiż analogu xieraq u raġonevoli skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. |
b) Determinazzjoni tal-valur normali
|
(42) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi tal-informazzjoni vverifikata pprovduta mill-produttur fil-pajjiż analogu. |
|
(43) |
Il-prodott ikkonċernat kien mibjugħ fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku Indoneżjan. |
|
(44) |
Billi l-bejgħ fis-suq domestiku lil klijenti mhux relatati ma kienx jagħmel qligħ matul il-perjodu tal-investigazzjoni, il-valur normali nbena billi ntużat l-ispiża għall-manifattura tal-produttur Indoneżjan flimkien ma' ammont raġonevoli għall-SG&A u għall-qligħ fis-suq domestiku. |
|
(45) |
L-ispejjeż tal-SG&A u l-profitt ġew stabbiliti skont l-Artikolu 2(6)c fuq il-bażi ta’ metodu raġonevoli ieħor billi tqabblu l-ispejjeż tal-SG&A u l-profitt mal-industrija tal-Unjoni. L-ammont għall-SG&A użat tqies li kien raġonevoli billi kien konformi mal-SG&A tal-industrija tal-Unjoni. L-ammont tal-qligħ kien qrib dak miksub mill-industrija tal-Unjoni fis-snin profittabbli. Ma kienx hemm indikazzjonijiet li dan l-ammont ta’ qligħ se jaqbeż il-profitt normalment miksub minn esportaturi jew produtturi mill-bejgħ ta’ prodotti tal-istess kategorija ġenerali fis-suq domestiku tal-pajjiż tal-oriġini. |
c) Prezzijiet għall-produtturi esportaturi li ngħataw il-IT
|
(46) |
Billi l-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ngħataw IT għamlu bejgħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezzijiet ġew ibbażati fuq il-prezzijiet li effettivament tħallsu jew li għandhom jitħallsu għall-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
d) Tqabbil
|
(47) |
Il-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ex-works. Sabiex ikun żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragunabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti, fejn kien xieraq, għat-trasport, l-assigurazzjoni, l-ispejjeż tat-tqandil u l-ispejjeż anċillari, l-ippakkjar, il-kreditu, u l-ispejjeż bankarji fil-każijiet kollha fejn instab li kienu raġonevoli, eżatti u appoġġati b’evidenza vverifikata. |
|
(48) |
Ta’ min jinnota li l-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tqabblu fl-istess livell ta’ tassazzjoni indiretta, jiġifieri bil-VAT inkluża. |
4. Il-marġnijiet tad-dumping
(a) Gћall-produttur esportatur li kkoopera u li ngћata IT
|
(49) |
Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġnijiet tad-dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ngħataw IT ġew stabbiliti fuq il-bażi ta’ tqabbil ta’ valur normali medju differenzjat stabbilit għall-pajjiżi analogu mal-prezz tal-esportazzjoni medju differenzjat tal-prodott ikkonċernat ta’ kull kumpanija lill-Unjoni kif ġie stabbilit hawn fuq. |
|
(50) |
Fuq din il-bażi, il-marġnijiet tad-dumping provviżorji, espressi bћala perċentwali tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma:
|
(b) Gћall-produtturi esportaturi l-oћra kollha
|
(51) |
Sabiex jiġi kkalkluat il-marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu applikabbli għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha fir-RPĊ, il-livell ta’ kooperazzjoni ġie stabbilit l-ewwel billi tqabblu l-volumi tal-esportazzjonijiet lill-Unjoni rrappurtati mill-produtturi esportaturi li kkooperaw mal-istatistika ekwivalenti tal-Eurostat. |
|
(52) |
Jekk wieħed iqis li l-kooperazzjoni mir-RPĊ kienet baxxa, jiġifieri 30 %, il-marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu applikabbli għall-esportaturi l-oħra kollha fir-RPĊ ġie stabbilit billi tqabbel il-valur normali kif stabbilit għall-Indoneżja mad-dejta dwar il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma ngħatalhom la MET u lanqas IT. |
|
(53) |
Fuq din il-bażi, il-livell ta’ dumping mal-pajjiż kollu ġie stabbilit b’mod provviżorju gћal 65,6 % tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas. |
D. ĦSARA
1. Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni
|
(54) |
L-ilment tressaq mit-tliet produtturi ewlenin tal-Unjoni tal-melamina, li għandhom faċilitajiet tal-produzzjoni fl-Awstrija, il-Ġermanja u l-Italja (Borealis), il-Pajjiżi l-Baxxi (DSM) u l-Polonja (Pulawy) li flimkien jirrappreżentaw iktar minn 90 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-PI. Żewġ produtturi oħra bi produzzjoni limitata ma oġġezzjonawx għall-ftuħ tal-investigazzjoni. |
|
(55) |
L-informazzjoni kollha disponibbli rigward il-produtturi tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni pprovduta fl-ilment u d-dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, intużat sabiex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni. |
|
(56) |
Abbażi ta’ dan, il-produzzjoni totali tal-Unjoni kienet stmata li hija madwar 340 000 tunnellata matul il-PI. Dan l-ammont kien jinkludi l-produzzjoni tal-produtturi kollha tal-Unjoni li ppreżentaw irwieħhom u l-produzzjoni stmata ta’ produtturi li baqgħu siekta fil-proċediment (“produtturi siekta”). Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra, id-dejta indikata fl-ilment dwar il-produtturi siekta ntużat biex jiġu stabbiliti l-produzzjoni u l-konsum totali tal-Unjoni. |
2. Il-konsum tal-Unjoni
|
(57) |
Il-konsum kien stabbilit fuq il-bażi tal-importazzjonijiet totali, meħuda minn Eurostat, il-bejgħ totali fis-suq tal-Unjoni tal-industrija tal-Unjoni, inkluża stima tal-bejgħ tal-produtturi li ma ppreżentawx irwieħhom. L-istima kienet ibbażata fuq id-dejta mogħtija fl-ilment. Tabella 1
|
||||||||||||||||||||
|
(58) |
Il-konsum żdied b’5 % bejn l-2006 u l-2007 u mbagħad naqas bi 17 % bejn l-2007 u l-2008, u b’16 % matul il-PI. B’kollox, tul il-perjodu meqjus il-konsum naqas b’28 %. |
|
(59) |
It-tnaqqis fil-konsum tal-melamina jista’ jiġi attribwit lill-konġettura, u partikolarment lit-tnaqqis temporanju tas-swieq tal-proprjetà u tal-bini li huma s-swieq ewlenin għall-applikazzjonijiet ewlenin tal-melamina. Il-melamina hija materja prima importanti f'dan is-settur u mhux mistenni li jeħdulha postha materjali oħrajn. Għalhekk, id-domanda tal-melamina mistennija terġa' tiġi f'tagħha bl-irkupru ekonomiku ġenerali. |
3. Importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat
a) Volum, prezz u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ
|
(60) |
L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet tal-melamina mir-RPĊ żviluppaw kif ġej: Tabella 2
|
||||||||||||||||||||
|
(61) |
L-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu fis-suq tal-Unjoni bejn l-2006 u l-2008. Filwaqt li l-konsum totali fis-suq tal-UE naqas bi 12 % fl-istess perjodu, l-esportaturi Ċiniżi żiedu l-volum tal-bejgħ tagħhom lis-suq tal-Unjoni bi 30 %. Kif jidher fit-tabella hawn taħt, kien hemm żieda wkoll fis-sehem mis-suq f'dak il-perjodu. |
|
(62) |
Is-sitwazzjoni marret lura matul il-PI: filwaqt li l-konsum naqas bi 18 %, il-volum tal-produtturi Ċiniżi tal-esportazzjoni naqas iktar. Bħal bil-volum tal-esportazzjoni, l-importazzjonijiet Ċiniżi tilfu s-sehem mis-suq matul il-PI. Tabella 3
Abbażi tal-Eurostat, jidher li l-prezz tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdied b’mod ġenerali b’10 % matul il-perjodu meqjus. Tabella 4
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(63) |
Madankollu, kien hemm livell għoli ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi u l-investigazzjoni wriet li l-prezz medju tal-importazzjoni tal-esportaturi Ċiniżi li kkooperaw, li jirrappreżentaw madwar 30 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi totali, kien ħafna inqas mill-prezz tal-Eurostat u inqas mill-prezz tal-industrija tal-Unjoni u kien medja ta’ 806 EUR/tunnellata matul il-PI. |
|
(64) |
Għalhekk, f'dan l-istadju tal-investigazzjoni, huwa meqjus li l-prezz ivverifikat fuq il-post tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fiċ-Ċina għandu jitqies għall-analiżi tal-ħsara u l-kawżalità. |
|
(65) |
Matul l-investigazzjoni, xi partijiet saħqu li l-melamina importata miċ-Ċina kienet ta’ kwalità iktar baxxa minn dik prodotta mill-Industrija tal-Unjoni u li ma setgħetx tintuża għal ċerti applikazzjonijiet bħall-applikazzjonijiet tal-wiċċ. Billi din id-dikjarazzjoni ma setgħetx tiġi sostanzjata, ma setgħetx titqies f'dan l-istadju tal-investigazzjoni. |
b) It-twaqqigħ tal-prezz
|
(66) |
Għall-iskop li jiġi analizzat it-twaqqigħ tal-prezz, il-prezzijiet medji differenzjati tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati partikolarment għall-ispejjeż tat-trasport u t-tqandil, għal livell ex-works, tqabblu mal-prezzijiet medji differenzjati korrispondenti tal-esportaturi li kkooperaw mill-RPĊ lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF. |
|
(67) |
It-tqabbil wera li matul il-PI il-prodott dumped ikkonċernat li joriġina mill-RPĊ mibjugħ fl-Unjoni kien iktar baxx mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’10,3 %. |
4. Qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
a) Kummenti preliminari
|
(68) |
B’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha għal evalwazzjoni tal-istat tal-industrija tal-Unjoni mill-2006 sal-aħħar tal-PI. |
b) Il-produzzjoni , il-kapaċità ta’ produzzjon u l-użu tal-kapaċità
Tabella 5
|
|
2006 |
2007 |
2008 |
PI |
|
Produzzjoni (tunnellati) |
378 961 |
371 564 |
358 794 |
304 028 |
|
Indiċjat |
100 |
98 |
95 |
80 |
|
Kapaċità (tunnellati) |
442 000 |
442 000 |
396 200 |
396 200 |
|
Indiċjat |
100 |
100 |
90 |
90 |
|
L-użu tal-kapaċità |
86 % |
84 % |
91 % |
77 % |
|
Indiċjat |
100 |
98 |
106 |
90 |
|
Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju. |
||||
|
(69) |
Kif muri fit-tabella ta’ hawn fuq, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset b’20 % matul dak il-perjodu. Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset b’10 % fil-perjodu meqjus. |
|
(70) |
L-industrija tal-Unjoni naqqset il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha għal madwar 396 200 tunnellata fl-2008. Madankollu, minħabba l-istaġnar fil-bejgħ u t-tnaqqis fil-volumi tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità disponibbli naqset minn 86 % fl-2006 għal 77 % fil-PI. L-ikbar żieda seħħet bejn l-2008 u l-PI. |
c) L-ammont ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq
|
(71) |
Iċ-ċifri tal-bejgħ fit-tabella hawn taħt huma relatati mal-ammont mibjugħ lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni. Tabella 6
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(72) |
Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni naqas b’28 % matul l-2006 u l-PI, il-volum tal-bejgħ tal-prodott simili mill-industrija tal-Unjoni lill-konsumaturi indipendenti fis-suq tal-Unjoni naqas b’15 %. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni setgħet iżżid is-sehem mis-suq tagħha minn 74 % fl-2006 għal 86 % fil-PI. |
d) Prezzijiet unitarji medji tal-industrija tal-Unjoni u l-ispiża tal-produzzjoni
|
(73) |
Il-prezzijiet tal-bejgħ ex-works medji tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni naqsu b’5 % matul il-perjodu kkunsidrat. Tnaqqis sinifikanti fil-prezz tal-bejgħ b’26 % seħħ bejn l-2008 u l-PI. Tabella 7(a)
|
||||||||||||||||||||
|
(74) |
Instab li l-ispiża medja tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset bi 2 % bejn l-2006 u l-PI. Madankollu, matul l-istess perjodu, l-industrija tal-Unjoni kienet imġiegħla żżomm il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha baxxi sabiex tikkompeti mal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezzijiet baxxi. Konsegwentement, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kienu inqas ferm mill-ispejjeż tal-produzzjoni matul il-PI. |
|
(75) |
L-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żviluppat kif ġej matul il-perjodu meqjus: Table 7(b)
|
||||||||||||||||||||
e) Stokks
|
(76) |
L-istokks irrappreżentaw madwar 5 % tal-volum tal-produzzjoni fil-PI. L-industrija tal-Unjoni naqqset il-livelli tal-istokks tagħha bi 68 % matul il-perjodu meqjus, b’mod partikolari bejn l-2008 u l-PI. Madankollu, dan it-tnaqqis fl-istokks għandu jitqies fid-dawl tal-livell aktar baxx ta’ attività wara t-tnaqqis tal-industrija tal-Unjoni. Tabella 8
|
||||||||||||||||||||
f) Impjiegi, salarji u produttività
Tabella 9
|
|
2006 |
2007 |
2008 |
PI |
|
Impjiegi – ekwivalenti għal full-time (EFT) |
706 |
688 |
613 |
606 |
|
Indiċi |
100 |
97 |
87 |
86 |
|
Spiża għall-ħaddiema (EUR/ EFT) |
57 736 |
57 248 |
63 273 |
61 025 |
|
Indiċi |
100 |
99 |
110 |
106 |
|
Produttività (unità/EFT) |
537 |
540 |
585 |
502 |
|
Indiċi |
100 |
101 |
109 |
94 |
|
Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju. |
||||
|
(77) |
Minħabba l-attivitajiet ta’ downsizing tal-industrija tal-Unjoni, l-għadd ta’ impjegati tnaqqas bi 13 % fl-2008, u b’1 % ieħor matul il-PI. It-tnaqqis fil-produttività għandhu jitqies fid-dawl tan-natura ġenerali ta’ downsizing fl-attivitajiet, fejn it-tnaqqis fin-numru tal-impjegati jsegwi t-tnaqqis fil-produzzjoni biss wara ċertu dewmien. Fir-rigward tal-ispejjeż tax-xogħol, dawn jiżdiedu ftit b’6 % matul il-perjodu meqjus. |
g) Il-profitabbiltà, il-likwidità, l-investimenti, l-introjtu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jinġabar il-kapital
Tabella 10
|
|
2006 |
2007 |
2008 |
PI |
|
Il-profittabilità |
–9,9 % |
–2,4 % |
–1,3 % |
–18,0 % |
|
Sena/sena |
|
–7,5 % |
+1,1 % |
–16,7 % |
|
Il-likwidità '000 euro |
–5 091 |
36 162 |
19 682 |
–20 847 |
|
Sena/sena |
|
41 253 |
–18 480 |
–40 529 |
|
L-investimenti '000 euro |
29 070 |
14 630 |
32 540 |
21 465 |
|
Indiċi |
100 |
50,3 |
112 |
74 |
|
L-introjtu mill-investimenti |
–10 % |
–3 % |
–2 % |
–25 % |
|
Sena/sena |
|
+7 % |
+1 % |
–23 % |
|
Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju. |
||||
|
(78) |
Il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni ġiet stabbilita billi ġie espress il-qligħ nett qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili bħala perċentwali tal-fatturat ta’ dan il-bejgħ. Matul il-perjodu meqjus il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni naqset b’mod drammatiku minn telf ta’ 9,9 % fl-2006 għal telf ta’ 18 % fil-PI. Din is-sitwazzjoni seħħet minkejja tnaqqis fl-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni b’14 % bejn l-2008 u l-PI kif jidher fit-tabella 7(b) fuq. |
|
(79) |
Ix-xejra tal-likwidità, li hija l-kapaċità tal-industrija li tiffinanzja waħedha l-attivitajiet tagħha, tirrifletti fil-biċċa l-kbira l-iżviluppi fil-profittabilità. Konsegwentement, il-likwidità turi tnaqqis sostanzjali matul il-perjodu kkunsidrat. Jistgħu jsiru l-istess kummenti dwar l-introjtu fuq l-investimenti, li wera żvilupp simili f’konformità mar-riżultati negattivi miksuba mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu meqjus. |
|
(80) |
Wara dak li ntqal hawn fuq, il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tinvesti saret limitata minħabba li l-likwidità ddeterjorat b’mod sinifikanti matul il-perjodu meqjus. B’konsegwenza ta’ dan, l-investimenti niżlu b’26,2 % matul il-perjodu meqjus. |
h) Tkabbir
|
(81) |
Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni naqas bi 28 % bejn l-2006 u l-PI, l-industrija tal-Unjoni naqqset il-volum tal-bejgħ tagħha fis-suq tal-Unjoni bi 15 %. Meta wieħed iħares lejn l-iżvilupp matul il-perjodu meqjus, it-tnaqqis ta’ 15 % fil-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien ħafna inqas qawwi mit-tnaqqis ta’ 28 % fil-konsum tal-Unjoni. B’konsegwenza ta’ dan, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied bi 12-il punt perċentwali matul l-istess perjodu. |
i) Daqs tal-marġini effettiv tad-dumping
|
(82) |
Il-marġinijiet tad-dumping għar-RPĊ, speċifikati hawn fuq fit-taqsima tad-dumping, huma ’l fuq mil-limitu de minimis. Minħabba l-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, l-impatt tal-marġini effettivi tad-dumping ma jistax jiġi kkunsidrat bħala negliġibbli. |
5. Konklużjoni dwar il-ħsara
|
(83) |
L-investigazzjoni wriet li għadd ta’ indikaturi marbuta mas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni marru għall-agħar ferm matul il-perjodu meqjus. |
|
(84) |
Il-volum tal-bejgħ naqas bi 15 %, il-volum tal-produzzjoni b’20 %, l-utilizzazzjoni tal-faċilitajiet tal-produzzjoni naqset minn 86 % għal 77 %, l-impjiegi kellhom jitnaqqsu b’14 %. Fl-istess perjodu l-prezzijiet tnaqqsu b’5 %. Seħħ tnaqqis fil-prezz tal-bejgħ b’26 % bejn l-2008 u l-PI u għalhekk il-profitabbiltà kienet drammatikament baxxa b’konsegwenzi negattivi fuq l-investimenti u l-indikaturi finanzjarji bħal-likwidità u l-introjtu mill-investiment. |
|
(85) |
Anki jekk, fil-kuntest ta’ tnaqqis fil-konsum, l-industrija tal-Unjoni rnexxilha żżid is-sehem mis-suq tagħha bi 12-il punt perċentwali fis-suq tal-Unjoni, il-livell baxx tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni partikolarment matul il-PI wassal għal deterjorament kbir matul il-PI partikolarment tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. Tabilħaqq, il-prezzijiet ma jippermettux li tiġi koperta l-ispiża tal-produzzjoni u t-telf imġarrab kien saħansitra – 18 % fuq il-fatturat. |
|
(86) |
Abbażi ta’ dan, jitqies li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali matul il-PI. |
E. IL-KAWŻALITÀ
1. Introduzzjoni
|
(87) |
Skont l-Artikolu 3(6) u 3(7) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk il-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni ġietx ikkawżata mill-importazzjonijiet l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat. Minbarra dan, fatturi magħrufa oħra għajr l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, li setgħu għamlu ħsara lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati biex ikun żgurat li kwalunkwe ħsara kkawżata minn dawk il-fatturi l-oħra ma kinitx attribwita għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
2. L-effett tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
|
(88) |
Ta’ min ifakkar li l-kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi kienet baxxa ħafna f'din l-investigazzjoni. Il-produtturi esportaturi li kkooperaw jirrappreżentaw madwar 29 % tal-importazzjonijiet totali tal-melamina matul il-PI. |
|
(89) |
L-istatistika tal-importazzjoni tal-Eurostat uriet li kollox ma' kollox, il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina naqas ferm b’34 % matul il-perjodu meqjus. Fi kliem ieħor, dawn l-importazzjonijiet naqsu relattivament b’rata aktar mgħaġġla mill-konsum (-28 %) matul dak il-perjodu. |
|
(90) |
Fir-rigward tal-prezzijiet, Eurostat indikat li l-prezz tal-importazzjoni tal-melamina Ċiniża żdiedet b’10 % matul il-perjodu meqjus. Naqas sostanzjalment b’31 % fil-perjodu mill-2008 sal-PI. Madankollu, l-informazzjoni vverifikata tal-esportaturi Ċiniżi li kkooperaw li jirrappreżentaw madwar 30 % tal-importazzjonijiet totali miċ-Ċina, uriet li l-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien ferm inqas minn dak tal-Eurostat. Instab li l-produtturi li kkooperaw kienu qed iwaqqgħu l-prezz b’medja ta’ 10,3 % meta mqabbel mal-prezz tal-industrija tal-Unjoni matul il-PI. |
|
(91) |
Jekk wieħed iqis il-livell għoli ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni mir-RPĊ, jitqies li l-prezz ivverifikat fuq il-post tal-produtturi li kkooperaw għandu jirbaħ fuq id-dejta tal-Eurostat dwar il-prezzijiet. |
|
(92) |
Analiżi ta’ kull xahar tal-volum tal-importazzjonijiet tal-melamina wriet li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu preżenti f'ammonti kbar fis-suq tal-Unjoni fl-ewwel semestru tal-PI, meta l-kriżi fis-settur kienet fil-quċċata tagħha, u żammew sehem ta’ 15 % mis-suq tal-Unjoni fl-ewwel semestru tal-PI. Jekk wieħed iqis l-istruttura u l-proċess tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, din ma kellhiex għażla ħlief li tbaxxi l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha biex iżżomm is-sehem mis-suq. Anki jekk l-esportaturi Ċiniżi naqsu ferm l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni fit-tieni semestru tal-PI, l-effett negattiv tal-preżenza kbira tagħhom fil-bidu tal-PI u l-livell baxx tal-prezz tal-bejgħ tagħhom baqgħu jaffettwaw lis-suq tal-Unjoni u lill-industrija tal-Unjoni fil-bqija tal-PI. |
|
(93) |
L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet tnaqqis serju fil-produzzjoni, tnaqqis fir-rata tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità, telf fil-volum tal-bejgħ u fl-impjiegi fil-perjodu meqjus. L-istruttura tal-industrija tal-Unjoni u l-iżvilupp tal-fatturi tal-ħsara msemmija fuq, jissuġġerixxu li d-deterjorament fis-sitwazzjoni ekonomika tagħha sa ċertu punt kienet minħabba s-sitwazzjoni ta’ kriżi u d-domanda baxxa fis-suq kif spjegat fil-premessi (97) sa (100) hawn taħt. Iżda huwa wkoll minħabba l-livell baxx tal-prezzijiet u l-pressjoni mill-esportazzjonijiet Ċiniżi partikolarment bejn l-2008 u l-PI li ma ppermettewhiex tkopri l-ispejjeż tagħha. B’riżultat ta’ dan, it-telf akkumulat matul il-PI kien saħansitra – 18 % fuq il-fatturat. |
|
(94) |
Jekk titqies id-distorsjoni li nstabet matul l-investigazzjoni tal-MET fir-RPĊ, il-livell għoli ta’ dumping misjub, u fid-dawl tas-sejbiet li saru partikolarment fil-premessa (92) hawn fuq, jitqies li anki b’sehem mis-suq li qed jonqos, il-preżenza ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx li huwa inqas mill-prezz tal-industrija tal-Unjoni b’iktar minn 10 % fis-suq tal-Unjoni, kellha rwol biex ix-xejra negattiva fil-prezzijiet tal-bejgħ tkompli sejra lura fis-suq tal-Unjoni matul il-PI kollu. |
|
(95) |
Abbażi ta’ dan, tista’ tiġi stabbilita rabta kawżali bejn l-importazzjoni dumped u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. |
3. Effett ta’ fatturi oħra
|
(96) |
Il-fatturi l-oħra li ġew eżaminati fil-kuntest tal-kawżalità huma l-iżvilupp tad-domanda fis-suq tal-Unjoni, il-kriżi ekonomika, l-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ir-rendiment tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet tal-melamina minn pajjiżi terzi oħra. |
a) L-iżvilupp tad-domanda fis-suq tal-Unjoni u l-kriżi ekonomika
|
(97) |
Għandu jiġi mfakkar li l-applikazzjonijiet ewlenin tal-melamina huma fis-swieq tal-proprjetà u tal-bini. Wara l-kriżi ekonomika, is-swieq tal-proprjetà u tal-bini ċkienu u dan irriżulta wkoll fi tnaqqis tal-konsum mhux biss fis-suq tal-Unjoni iżda fuq skala globali. Billi l-UE hija l-ikbar suq dinji għall-melamina bil-bosta, il-kriżi kellha impatt negattiv fuq dak is-suq. Dan intwera bi tnaqqis ta’ 28 % fil-konsum, waqfiet fil-produzzjoni mill-industrija tal-Unjoni u tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ. |
|
(98) |
Il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq għalhekk juru li parti mill-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni tista’ tkun riżultat tal-kriżi ekonomika. |
|
(99) |
Madankollu, kif spjegat fil-premessi (88) sa (95) hawn fuq, wieħed għandu jżomm f'moħħu li kien hemm tbagħbis ċar fis-suq Ċiniż tal-melamina. Madankollu, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ kellhom prezzijiet b’medja ta’ 10 % iktar baxxi mill-prezz tal-industrija tal-Unjoni matul il-PI u b’hekk komplew jgħarrqu l-effetti negattivi fuq il-livell tal-prezzijiet, partikolarment matul il-PI. |
|
(100) |
Fid-dawl tat-twaqqigħ tal-prezzijiet mill-esportaturi Ċiniżi u ż-żieda selettiva tal-preżenza tagħhom matul il-PI kif deskritta fil-premessa (92) fuq, anki jekk jitqies li parti mill-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni tista’ tiġi attribwita għall-kriżi ekonomika, din ir-rabta mhijiex tali li tikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u l-ħsara materjali tal-industrija tal-Unjoni. |
b) L-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(101) |
L-investigazzjoni wriet li l-produzzjoni tal-melamina tirrikjedi ħafna kapital u għandha proporzjon kbir ta’ spejjeż fissi. L-ispiża tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni biex tipproduċi l-melamina baqgħet stabbli matul il-perjodu meqjus iżda naqset b’14 % bejn l-2008 u l-PI kif jidher fit-tabella 7(b) hawn fuq. Dan kellu jippermetti ċertu rkupru fil-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni iżda l-livell baxx tal-prezz fis-suq tal-Unjoni u t-twaqqigħ fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumpin bi prezzijiet baxxi mir-RPĊ ma ppermettewx li din is-sitwazzjoni timmaterjalizza. |
|
(102) |
Skont dan, huwa konkluż li l-ispiża tal-produzzjoni mhijiex kawża tal-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. |
c) Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(103) |
Għalkemm l-analiżi tal-ħsara u l-kawżalità kkonċentrat fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tagħha kienet eżaminata bħala fattur possibbli ieħor li jista’ jispjega l-ħsara mġarrba. Tabella 11
|
||||||||||||||||||||
|
(104) |
L-analiżi wriet li l-bejgħ tal-esportazzjoni lil partijiet mhux relatati li sar mill-industrija tal-Unjoni baqa’ stabbli f'madwar 85 000 tunnellati jew 28 % tal-produzzjoni matul il-perjodu meqjus. Ir-rendiment tal-esportazzjoni għalhekk kien tajjeb ħafna anki matul il-kriżi. Għalhekk, is-sitwazzjoni ta’ ħsara tal-industrija tal-Unjoni ma tistax tiġi spjegata jew attribwita għall-esportazzjonijiet. |
d) Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra
|
(105) |
Ix-xejriet fil-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra bejn l-2006 u l-PI kienu kif ġej: Tabella 12
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(106) |
Minbarra l-Iran u l-Arabja Sawdita, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi individwali kienu taħt il-livell de minimis ta’ 1 % tas-sehem mis-suq tas-suq tal-Unjoni matul il-PI. L-investigazzjoni wriet li l-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi naqas fil-perjodu meqjus. Fir-rigward tal-Iran u l-Arabja Sawdita li jirrappreżentaw rispettivament 4,4 % u 1,4 % tal-konsum tal-UE matul il-PI, instab li l-ipprezzar tagħhom kien ogħla minn dak tal-esportaturi Ċiniżi li kkooperaw. Għalhekk, jitqies li dawn il-kwantitajiet u l-prezzijiet seta’ jkollhom biss impatt limitat fuq is-suq tal-UE, jekk kellhom. |
|
(107) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż provviżorjament li l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi terzi ma kkontribwewx b’mod sinifikanti għall-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
4. Il-konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(108) |
L-analiżi ta’ hawn fuq uriet li kien hemm żieda sostanzjali fil-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx li joriġinaw mir-RPĊ matul il-perjodu meqjus. Madankollu, dawn l-importazzjonijiet saru bi prezzijiet oġġett ta’ dumping sinifikanti li kienu inqas mill-prezzijiet iċċarġjati mill-industrija tal-Unjoni b’10 % fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. Dan l-effett negattiv fuq il-prezz tal-bejgħ li ppredomina fis-suq tal-Unjoni dam għall-perjodu kollu tal-investigazzjoni. Abbażi tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet kollha, tqies li kien hemm rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumpin u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni matul il-PI. |
|
(109) |
L-eżami tal-fatturi l-oħra magħrufa li setgħu kkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni żvela li dawn il-fatturi ma jidhrux li huma tali li jiksru r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping fir-RPĊ u l-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(110) |
Skont l-analiżi ta’ hawn fuq, li għamlet distinzjoni xierqa u firdet l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin dwar il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, huwa konkluż b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ kkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. |
F. L-INTERESS TAL-UNJONI
1. Kumment preliminari
|
(111) |
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni provviżorja dwar dumping dannuż, kinux jeżistu raġunijiet serji għall-konklużjoni li mhux fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri provviżorji anti-dumping f’dan il-każ partikolari. L-analiżi tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq evalwazzjoni tad-diversi interessi kollha involuti, inkluż dawk tal-industrija tal-Unjoni, l-importaturi u l-utenti tal-prodott ikkonċernat. |
2. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(112) |
L-industrija tal-Unjoni tikkonsisti minn tliet produtturi li jinsabu f'fabbriki f'diversi Stati Membri tal-Unjoni, li jimpjegaw direttament aktar minn 600 persuna relatata mal-prodott simili. |
|
(113) |
L-industrija tal-Unjoni sofriet ħsara materjali kkawżata mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. Wieħed ifakkar li ħafna mill-indikaturi ta’ ħsara relevanti wrew xejra negattiva matul il-perjodu meqjus. B’mod partikolari l-indikaturi tal-ħsara relatati mar-rendiment finanzjarju tal-industrija tal-Unjoni, bħall-profitabbiltà, il-likwidità u l-introjtu mill-investimenti ġew affettwati serjament. Fin-nuqqas ta’ miżuri, jitqies li l-irkupru fis-settur tal-melamina ma jkunx biżżejjed biex ikun jista’ jseħħ l-irkupru tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(114) |
Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping provviżorji terġa’ tistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ kummerċ effettivi fis-suq tal-Unjoni, u b’hekk il-prezz tal-melamina jkun jista’ jirrifletti l-ispejjeż tal-komponenti diversi u l-kundizzjonijiet tas-suq. Jista’ jkun mistenni li l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji u l-irkupru fis-settur jippermetti lill-industrija tal-Unjoni li tagħmel ekonomiji tal-iskala biex iżżomm is-sehem mis-suq tagħha b’impatt pożittiv fuq is-sitwazzjoni ekonomika u l-profitabbiltà tagħha. |
|
(115) |
Għalhekk, ġie konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping provviżorji għall-importazzjonijiet tal-melamina li joriġinaw mill-RPĊ tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
3. Interess tal-utenti
|
(116) |
Il-kooperazzjoni tal-utenti kienet relattivament baxxa f'dan il-każ. Intbagħtu 44 kwestjonarju lil utenti magħrufa fis-suq tal-Unjoni u seba' tweġibiet biss setgħu jitqiesu sinifikanti biżżejjed biex tiġi evalwata s-sitwazzjoni ekonomika tagħhom u l-impatt possibbli tal-miżuri anti-dumping fuq l-attività tagħhom. L-utenti li kkooperaw irrappreżentaw madwar 10 % mill-konsum tal-UE. |
|
(117) |
Skont l-industrija tal-Unjoni, is-sehem tal-melamina fl-ispiża għall-produzzjoni tal-industrija tal-utenti tkun l-aktar 3 % u medja ta’ 2 %. Jekk dan jiġi kkonfermat miż-żjajjar ulterjuri ta’ verifika li se jsiru fil-bqija tal-investigazzjoni fuq il-post tal-utenti, l-impatt tal-miżuri anti-dumping proposti fuq l-industrija tal-utenti jkun limitat. |
|
(118) |
Abbażi tal-ftit tweġibiet sinifikanti mill-utenti, jidher li s-sehem tal-melamina fl-ispiża tal-produzzjoni tal-utenti tkun madwar 10 %. L-impatt possibbli tal-miżuri jista’ għalhekk ikun negattiv skont il-livell tal-profittabbiltà tagħhom li ma ġiex żvelat b’mod ċar mill-utenti. Kif imsemmi fuq, iż-żjajjar ta’ verifika se jsiru fuq il-post tal-utenti ewlenin fil-bqija tal-investigazzjoni. Il-Kummissjoni se titlob ukoll iktar kooperazzjoni mill-industrija tal-utenti. |
|
(119) |
Xi partijiet issuġġerew ukoll li minħabba li s-sehem mis-suq miżmum mill-industrija tal-Unjoni huwa għoli ħafna, iż-żieda fil-prezz li dik l-industrija se timponi fuq il-melamina ladarba jiġu imposti l-miżuri tista’ tkun l-impatt ewlieni tal-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping f'dan il-każ. |
|
(120) |
Madankollu, huwa meqjus li jekk ma jiġux impost l-miżuri fuq l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping Ċiniżi, dan jista’ jwassal għal iktar tnaqqis fil-produzzjoni minn ċerti produtturi tal-Unjoni u mbagħad għal problemi possibbli bħal nuqqas ta’ provvista fis-suq tal-Unjoni, l-ikbar suq għall-melamina fid-dinja. |
|
(121) |
Abbażi tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet imsemmija fuq, huwa meqjus f'dan l-istadju li ma hemmx elementi sostanzjati li juru li l-impatt tal-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji ma jkunux proporzjonati fir-rigward tal-attività tal-industrija tal-utenti. Għalhekk, jitqies li ma hemmx raġunijiet konvinċenti biex jiġu imposti miżuri provviżorji. |
4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(122) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż b’mod provviżorju li globalment, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli dwar l-interess tal-Unjoni, ma hemmx raġunijiet serji kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-melamina li joriġinaw mill-RPĊ. |
G. MIŻURI PROVVIŻORJI ANTI-DUMPING
1. Livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara
|
(123) |
Minħabba l-konklużjonijiet li ntlaħqu rigward id-dumping, il-ħsara, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri provviżorji anti-dumping sabiex ma jiġix ikkawżat aktar ħsara lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li oġġett tad-dumping. |
|
(124) |
Bl-iskop li jiġi ddeterminat il-livell ta’ dawn il-miżuri, ġew ikkunsidrati l-marġnijiet tad-dumping li nstabu u l-ammont ta’ dazju neċessarju biex tiġi eliminata l-ħsara sostnuta mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(125) |
Meta kien qed jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tad-dumping li jagħmel il-ħsara, tqies li kwalunkwe miżura li tittieħed għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb qligħ qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li oġġett ta’ dumping, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Huwa meqjus li l-qligħ li jista’ jinkiseb fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping għandu jkun ibbażat fuq is-sena 2003 li hi l-unika sena fejn inkiseb qligħ mill-industrija tal-Unjoni u fejn l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu inqas preżenti fis-suq tal-Unjoni. Huwa għalhekk ikkunsidrat li marġini ta’ qligħ ta’ 5 % ta’ fatturat jista’ jkun ikkunsidrat bħala minimu xieraq li l-industrija tal-Unjoni setgħat stenniet li takkwista fin-nuqqas ta’ dumping ta’ ħsara. |
|
(126) |
Fuq din il-bażi, ġie kkalkulat prezz li ma jagћmilx ħsara għall-prodott simili gћall-industrija tal-Unjoni. Il-prezz li ma jagћmilx ħsara nkiseb billi ġie miżjud il-marġini ta’ qligħ ta’ 5 % li ssemma aktar 'il fuq mal-ispejjeż tal-produzzjoni. |
|
(127) |
Iż-żieda neċessarja fil-prezz ġiet imbagħad maħduma fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-medja differenzjata tal-prezz tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ, aġġustata b’mod xieraq għall-ispejjeż tal-importazzjoni u d-dazji tad-dwana mal-prezz mhux ta’ ħsara tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. Kwalunkwe differenza li rriżultat minn dan it-tqabbil imbagħad ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur medju tal-importazzjoni CIF tat-tipi mqabbla. |
2. Il-miżuri provviżorji
|
(128) |
Skont dak li ntqal, huwa kkunsidrat li, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, miżuri anti-dumping provviżorji għandhom ikunu imposti fir-rigward ta’ importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ fil-livell tal-marġini l-iktar baxx tad-dumping u tal-ħsara, skont ir-regola tal-inqas dazji. |
|
(129) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping ta’ kumpaniji individwali li ġew speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba waqt dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju (għall-kuntrarju tad-dazju għall-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma għalhekk applikabbli esklussivament għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u prodotti mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. Il-prodotti impurtati magħmulin minn xi kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom jiġu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. |
|
(130) |
Kwalunkwe talba għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping gћal kumpaniji individwali (eż. wara bdil fl-isem tal-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgћ) gћandha tiġi minnufih indirizzata lill-Kummissjoni (3) bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u tal-esportazzjoni u li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgћ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament jiġi emendat skont dan billi tiġi aġġornata l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali. |
|
(131) |
Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju anti-dumping, il-livell tad-dazju residwali ma għandux japplika biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma esportawx lejn l-Unjoni matul il-PI. |
|
(132) |
Il-marġnijiet tad-dumping u tal-ħsara stabbiliti huma kif ġej:
|
H. ŻVELAR
|
(133) |
Is-sejbiet provviżorji ta’ hawn fuq se jkunu żvelati lill-partijiet interessati kollha li se jkunu mistiedna jibgħatu fehmiethom bil-miktub u jitolbu seduta ta’ smigħ. Il-kummenti tagħhom se jiġu analizzati u se jitqiesu fejn ikun iġġustifikat qabel ma ssir kwalunke determinazzjoni definittiva. Barra minn hekk, irid jiġi ddikjarat li s-sejbiet dwar l-impożizzjoni tad-dazji anti-dumping magћmula gћall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jistgħu jkollhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid għall-finijiet ta’ kwalunkwe sejba definittiva, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. B’dan qed jiġi impost dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-melamina li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2933 61 00 u li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
2. Ir-rata tad-dazju anti-dumping provviżorja applikabbli għall-prezz nett, ħieles fuq il-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun:
|
Kumpanija |
Dazju (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Sichuan Golden Elephant |
44,9 |
A986 |
|
Shandong Liaherd |
47,6 |
A987 |
|
Henan Junhua |
49,0 |
A988 |
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
65,2 |
A999 |
3. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji tad-dwana.
Artikolu 2
1 Bla ħsara għall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw sabiex jinstemgħu oralment mill-Kummissjoni sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU C 40, 17.2.2010, p. 10.
(3) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat-Ġenerali gћall-Kummerċ, id-Direttorat B, 1049 Brussell, il-Belġju.