European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2467

28.4.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11980 — PSPIB / CPPIB / CINTRA / 407)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/2467)

1.   

Fil-15 ta’ April 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Public Sector Pension Investment Board (“PSPIB”, il-Kanada),

—

Canada Pension Plan Investment Board (‘“CPPIB’”, il-Kanada),

—

Cintra 4352238 Investments Inc. (“ ‘Cintra’ ”, il-Kanada), ikkontrollata minn Ferrovial SE, (“ ‘Ferrovial Group’ ”, in-Netherlands),

—

407 International Inc. (“ ‘407’ ”, il-Kanada) bħalissa kkontrollata b’mod konġunt minn CPPIB, Cintra u AtkinsRéalis Group Inc. (“ ‘ATRL’’, il-Kanada).

PSPIB, CPPIB u Cintra se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ 407.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

PSPIB hija maniġer tal-l-investimenti tal-pensjonijiet tal-pjanijiet tal-pensjoni tas-Servizz Pubbliku Federali Kanadiż, tal-Forzi Kanadiżi, tal-Pulizija tal-Kavallerija Rjali Kanadiża u tal-Forza ta’ Riżerva. Hija tiġġestixxi portafoll globali diversifikat li jinkludi ishma, bonds u titoli oħra bi dħul fiss, u investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura, riżorsi naturali u dejn privat,

—

CPPIB hija organizzazzjoni professjonali għall-ġestjoni tal-investiment, stabbilita fil-Kanada. CPPIB tinvesti l-fondi ttrasferiti lilha minn Canada Pension Plan Fund li mhumiex meħtieġa mis-CPP Fund biex jitħallsu l-benefiċċji kurrenti fl-aħjar interessi ta’ aktar minn 22 miljun kontributur u benefiċjarju,

—

Cintra hija diviżjoni tan-negozju f’Ferrovial Group, li twettaq attivitajiet fir-rigward tal-iżvilupp u l-ġestjoni tat-toroq b’pedaġġ. Cintra (stabbilita fil-Kanada) għandha preżenza fl-Amerika ta” Fuq, fl-Amerika t’Isfel, fl-Indja, fl-Awstralja, fl-UE u fir-Renju Unit. Il-Ferrovial Group huwa stabbilit fin-Netherlands u huwa żviluppatur globali ta’ infrastruttura tat-trasport, soluzzjonijiet ta’ mobbiltà, inġinerija, u huwa involut fil-kostruzzjoni ta’ xogħlijiet ċivili u bini,

—

407 għandha konċessjoni u topera l-407 Express Toll Route f’Ontario.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11980 — PSPIB / CPPIB / CINTRA / 407

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2467/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)