|
16.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 290/28 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Regolament Nru 63 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi tal-kategorija L1 fir-rigward tal-emissjoni tal-ħoss [2018/1705]
Jinkorpora t-test validu kollu sa:
Suppliment 4 tas-serje ta' emendi 02 – Data tad-dħul fis-seħħ: 29 ta' Diċembru 2018
KONTENUT
REGOLAMENT
|
1. |
Kamp ta' applikazzjoni |
|
2. |
Definizzjonijiet |
|
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
|
4. |
Marki |
|
5. |
Approvazzjoni |
|
6. |
Speċifikazzjonijiet |
|
7. |
Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni ta' tip tal-vettura jew tat-tip ta' sistema/i tal-egżost jew tas-silenzjar |
|
8. |
Konformità tal-produzzjoni |
|
9. |
Penali għal nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni |
|
10. |
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali |
|
11. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
|
12. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
Annessi
|
1. |
Komunikazzjoni |
|
2. |
Arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni |
|
3. |
Il-metodi u l-istrumenti għall-kejl tal-ħoss emess minn vetturi tal-kategorija L1 |
|
4. |
Limiti tal-livell massimu tal-ħoss (vetturi ġodda) |
|
5. |
Speċifikazzjonijiet tal-korsa tat-test |
1. KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Dan ir-Regolament japplika għall-vetturi tal-kategorija L1 (1) fir-rigward tal-emissjoni tal-ħoss. Il-vetturi purament elettriċi, inklużi l-vetturi bi propulsjoni elettrika awżiljarja, mhumiex fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament,
|
2.1. |
“Approvazzjoni ta' vettura” tfisser l-approvazzjoni ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-emissjoni tal-ħoss u s-sistema tal-egżost oriġinali bħala unità teknika ta' tip ta' vettura b'żewġ roti; |
|
2.2. |
“Tip ta' vettura” tfisser kategorija ta' vetturi li ma jvarjawx f'aspetti essenzjali bħal:
|
|
2.3. |
“Sistema/i tal-egżost jew tas-silenzjar” tfisser sett sħiħ ta' komponenti meħtieġa sabiex jiġi limitat il-ħoss emess mill-magna tal-vettura u l-egżost tagħha. |
|
2.4. |
“Sistema oriġinali tal-egżost jew tas-silenzjar” tfisser sistema tat-tip installata fuq il-vettura fi żmien l-approvazzjoni jew l-estensjoni tal-approvazzjoni. Din tista' tkun tagħmir oriġinali jew ta' sostituzzjoni. |
|
2.5. |
“Sistema mhux oriġinali tas-silenzjar jew tal-egżost” tfisser sistema ta' tip differenti minn dik installata fuq vettura meta tingħata l-approvazzjoni jew l-estensjoni tal-approvazzjoni. Din tista' tiġi użata biss bħala sistema tal-egżost jew tas-silenzjar ta' sostituzzjoni. |
|
2.6. |
“Potenza netta massima nominali” Għal vetturi b'magna bil-kombustjoni “potenza netta massima nominali” tfisser il-potenza nominali tal-magna kif definita fl-ISO 4106:2012. Is-simbolu Pn jindika l-valur numeriku tal-potenza netta massima nominali espressa f'kW. |
|
2.7. |
“Veloċità nominali tal-magna” tfisser il-veloċità tal-magna li biha l-magna tiżviluppa l-potenza netta massima nominali tagħha kif iddikjarat mill-manifattur (2). Is-simbolu nrated jindika l-veloċità nominali tal-magna espressa f'min– 1. |
|
2.8. |
“Sistemi tas-silenzjar ta' tipi differenti” tfisser sistemi tas-silenzjar li jvarjaw f'aspetti essenzjali bħal:
|
|
2.9. |
“Komponent tas-sistema tal-egżost” tfisser waħda mill-partijiet kostitwenti individwali li, meta mmuntati, jikkostitwixxu s-sistema tal-egżost (eż. il-pajpijiet tal-egżost, is-silenzjatur) u, fejn applikabbli, l-apparat tal-intake (il-filtru tal-arja). Jekk il-magna tkun mgħammra b'apparat tal-intake (filtru tal-arja u/jew assorbitur tal-ħoss fl-intake li jkun essenzjali sabiex tiġi żgurata konformità mal-limiti tal-livell tal-ħoss), dan l-apparat għandu jitqies bħala komponent tal-istess importanza bħas-sistema tal-egżost proprja, u jiġi inkluż fil-lista msemmija fil-paragrafu 3.2.2 ta' hawn taħt u jkollu l-marki preskritti fil-paragrafu 4.1 ta' hawn taħt. |
|
2.10. |
Massa ta' referenza
|
|
2.11. |
Massa tat-test Il-massa tat-test hija l-massa ta' referenza miżjuda mal-massa tas-sewwieq u t-tagħmir tat-test. Il-massa kkombinata tas-sewwieq u tat-tagħmir tat-test użat fuq il-vettura għandha tkun mhux aktar minn 90 kg u mhux inqas minn 70 kg. Jekk il-limitu ta' 70 kg minimu ma jintlaħaqx, għandhom jitqiegħdu piżijiet fuq il-vettura. |
|
2.12. |
Veloċità massima tal-vettura il-veloċità massima tal-vettura hija l-veloċità massima skont id-disinn tal-vettura kif imkejla skont ISO 7116:2011. |
3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-ħoss emess mill-vetturi għandha titressaq mill-manifattur tagħha jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu.
3.2. Din għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti msemmija hawn taħt, fi tliet kopji, u mid-dettalji li ġejjin:
|
3.2.1. |
Deskrizzjoni tat-tip ta' vettura fir-rigward tal-elementi msemmija fil-paragrafu 2.2 ta' hawn fuq. Għandhom jiġu speċifikati n-numri u/jew is-simboli li jidentifikaw it-tip tal-magna u t-tip ta' vettura; |
|
3.2.2. |
Lista tal-komponenti, debitament identifikati, li jikkostitwixxu s-sistema tal-egżost jew tas-silenzjar; |
|
3.2.3. |
Tpinġija tas-sistema tal-egżost jew tas-silenzjar assemblata u indikazzjoni tal-pożizzjoni tagħha fuq il-vettura; |
|
3.2.4. |
Disinji dettaljati ta' kull komponent sabiex ikun jista' jinstab u jiġi identifikat faċilment, u speċifikazzjoni tal-materjali użati. |
3.3. Fuq it-talba tas-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, il-manifattur tal-vettura għandu jressaq ukoll kampjun tas-sistema tal-egżost jew tas-silenzjar.
3.4. Vettura rappreżentattiva tat-tip ta' vettura li għandu jiġi approvat għandha tiġi ppreżentata lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni.
4. MARKI
4.1. Il-komponenti tas-sistema tal-egżost jew tas-silenzjar għandu jkollhom fuqhom il-marki ta' identifikazzjoni li ġejjin:
|
4.1.1. |
L-isem kummerċjali jew il-marka kummerċjali tal-manifattur tas-sistema tal-egżost jew tas-silenzjar u tal-komponenti tagħha; |
|
4.1.2. |
Id-deskrizzjoni kummerċjali mogħtija mill-manifattur; |
|
4.1.3. |
In-numri ta' identifikazzjoni tal-parts; u |
|
4.1.4. |
Għas-silenzjaturi oriġinali kollha, il-marka “E” segwita bl-identifikazzjoni tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip lill-komponent. |
|
4.1.5. |
Kwalunkwe imballaġġ ta' parts ta' sostituzzjoni oriġinali għas-sistemi tal-egżost jew tas-silenzjar għandu jiġi mmarkat b'mod leġibbli bil-kelmiet “original part” [“part oriġinali]” u bir-referenzi għall-għamla u għat-tip integrati flimkien mal-marka “E” u anki r-referenza tal-pajjiż ta' oriġini. |
|
4.1.6. |
Dawn il-marki ma għandhomx ikunu jistgħu jitħassru, għandhom ikunu leġibbli b'mod ċar u għandhom ikunu viżibbli, fil-pożizzjoni fejn ikun irid jiġi mmuntat fuq il-vettura. |
5. APPROVAZZJONI
5.1. Jekk it-tip ta' vettura mressaq għall-approvazzjoni skont il-paragrafu 3 ta' dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 6 u 7 ta' hawn taħt, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta' vettura fir-rigward tal-emissjoni tal-ħoss.
5.2. Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu għandhom jindikaw is-serje ta' emendi (bħalissa, 02) li tinkorpora l-emendi tekniċi importanti l-aktar reċenti li saru fir-Regolament fi żmien il-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lill-istess tip ta' vettura mgħammra b'tip ieħor ta' sistema tal-egżost jew tas-silenzjar jew lil tip ieħor ta' vettura.
5.3. In-notifika ta' approvazzjoni jew ta' rifjut ta' approvazzjoni ta' tip ta' vettura skont dan ir-Regolament għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formula konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament, flimkien ma' disinji tas-sistema tal-egżost jew tas-silenzjar ipprovduti mill-applikant għall-approvazzjoni, f'format mhux akbar minn A4 (210 × 297 mm), jew mitwijin għal dak il-format, u fuq skala xierqa.
5.4. Ma' kull vettura li tikkonforma ma' tip ta' vettura approvat skont dan ir-Regolament, b'mod kospikwu u f'post faċilment aċċessibbli kif speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:
|
5.4.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (3); |
|
5.4.2. |
In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni, fuq il-lemin taċ-ċirku kif preskritt fil-paragrafu 5.4.1 ta' hawn fuq. |
5.5. Jekk il-vettura tikkonforma ma' tip ta' vettura approvat skont Regolament(i) anness(i) mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.4.1 ta' hawn fuq ma għandux għalfejn jiġi ripetut; f'każ bħal dan, in-numri tar-Regolament u tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jitqiegħdu f'kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.4.1 ta' hawn fuq.
5.6. Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista' tinqara b'mod ċar u ma tkunx tista' titħassar.
5.7. Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta' jew fuq il-pjanċa tad-dejta tal-vettura.
5.8. L-Anness 2 ta' dan ir-Regolament jagħti arranġamenti ta' marki tal-approvazzjoni.
6. SPEĊIFIKAZZJONIJIET
6.1. Speċifikazzjonijiet ġenerali
6.1.1. Il-vettura, il-magna tagħha u s-sistema tal-egżost jew tas-silenzjar tagħha għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u mmuntati b'tali mod li l-vettura, waqt l-użu normali, minkejja l-vibrazzjoni li tista' tkun soġġetta għaliha, tkun tista' tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
6.1.2. Is-sistema tal-egżost jew tas-silenzjar għandha tkun iddisinjata, mibnija u mmuntata b'tali mod li tkun kapaċi tirreżisti l-azzjoni ta' korrużjoni li għaliha tiġi esposta.
6.1.3. L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fuq vettura f'post faċilment aċċessibbli imma mhux bilfors viżibbli immedjatament:
|
(a) |
Isem il-manifattur; |
|
(b) |
Il-veloċità mira tal-magna u r-riżultat finali tat-test bil-vettura wieqfa kif definit fil-paragrafu 3.2 tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament. |
6.2. Speċifikazzjonijiet fir-rigward tal-livelli tal-ħoss
6.2.1. Metodi tal-kejl
6.2.1.1. Il-ħoss emess mit-tip ta' vettura mressaq għall-approvazzjoni għandu jitkejjel bil-metodu/i deskritt(i) fl-Anness 3 ta' dan ir-Regolament għall-vettura miexja u għall-vettura wieqfa (4). Fil-każ ta' vettura b'magna bil-kombustjoni interna li ma taħdimx meta l-vettura tkun wieqfa, il-ħoss emess għandu jitkejjel biss meta l-vettura tkun miexja.
6.2.1.2. Il-valur(i) mkejla skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.2.1.1 ta' hawn fuq għandhom jitniżżlu fir-rapport tat-test u fuq formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
6.2.1.3. Il-livell tal-ħoss imkejjel permezz tal-metodu deskritt fil-paragrafu 3.1 tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament, meta l-vettura miexja, ma għandux ikun ogħla mil-limiti preskritti (għal vetturi ġodda u għal sistemi tal-egżost jew tas-silenzjar ġodda) fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament għall-kategorija li l-vettura tappartjeni għaliha.
6.3. Rekwiżiti addizzjonali
6.3.1. Dispożizzjonijiet dwar protezzjoni mit-tbagħbis
Is-sistemi tal-egżost jew tas-silenzjar kollha għandhom jiġu mibnija b'tali mod li ma jippermettux it-tneħħija tal-baffles, tal-exit-cones u ta' partijiet oħra li l-funzjoni primarja tagħhom hija bħala parti mill-kompartimenti tas-silenzjar/egżost. Meta l-inkorporazzjoni ta' part bħal din tkun inevitabbli, il-metodu tat-twaħħil tagħha għandu jkun tali li t-tneħħija ma tkunx iffaċilitata (eż. b'fixings bil-kamin konvenzjonali) u għandha tkun imwaħħla b'tali mod ukoll li t-tneħħija tagħha tikkawża ħsara permanenti/irrikoverabbli lill-assemblaġġ.
6.3.2. Sistemi multimodali tal-egżost jew tas-silenzjar
Is-sistemi tal-egżost jew tas-silenzjar b'modalitajiet ta' tħaddim multipli, aġġustabbli manwalment jew elettronikament, li jintgħażlu mis-sewwieq, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha fil-modalitajiet ta' tħaddim kollha. Il-livelli ta' ħoss irrapportati għandhom ikunu dawk li jirriżultaw mill-modalità bl-ogħla livelli ta' ħoss.
6.3.3. Projbizzjoni tal-apparat ta' manipulazzjoni
Il-manifattur tal-vettura ma għandux ibiddel, jaġġusta jew jintroduċi intenzjonalment kwalunkwe apparat jew proċedura biss sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tal-emissjoni tal-ħoss ta' dan ir-Regolament, jekk dawn ma jkunux operattivi waqt tħaddim tipiku fit-triq.
7. MODIFIKA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TA' TIP TAL-VETTURA JEW TAT-TIP TA' SISTEMA/I TAL-EGŻOST JEW TAS-SILENZJAR
7.1. Kull modifika tat-tip ta' vettura jew tas-sistema tal-egżost jew tas-silenzjar għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip tal-vettura. L-Awtorità msemmija tista' mbagħad jew:
|
7.1.1. |
Tqis li l-modifiki li jkunu saru x'aktarx mhux se jkollhom effetti avversi sinifikanti; jew |
|
7.1.2. |
Tirrikjedi rapport tat-test ieħor mingħand is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet. |
7.2. Il-konferma jew ir-rifjut ta' approvazzjoni, bl-ispeċifikazzjoni tal-alterazzjonijiet, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.3 ta' dan ir-Regolament lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.
7.3. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun ħarġet l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal din l-estensjoni u għandha tinnotifika b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
8. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma' dawk stabbiliti fil-Ftehim, Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), skont dawn ir-rekwiżiti:
8.1. Kull vettura li jkollha fuqha marka tal-approvazzjoni kif preskritt skont dan ir-Regolament għandha tikkonforma mat-tip ta' vettura approvat, tkun mgħammra b'sistema tal-egżost jew tas-silenzjar li biha tkun ġiet approvata u tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6 ta' hawn fuq.
8.2. Sabiex tiġi vverifikata l-konformità kif preskritta fil-paragrafu 8.1 ta' hawn fuq, mill-produzzjoni tas-serja għandha tittieħed vettura li jkollha fuqha l-marka tal-approvazzjoni meħtieġa f'dan ir-Regolament. Il-produzzjoni għandha titqies bħala konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jekk il-livell imkejjel bl-użu tal-metodu deskritt fil-paragrafu 3.1 tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament ma jkunx ogħla b'aktar minn 3 dB(A) mill-valur imkejjel waqt l-approvazzjoni tat-tip u lanqas b'aktar minn 1 dB(A) mil-limiti preskritti fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament.
9. PENALI GĦAL NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
9.1. L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta' tip ta' vettura skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ma tinżammx il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 8.1 ta' hawn fuq jew jekk il-vettura ma tgħaddix mit-testijiet previsti fil-paragrafu 8.2 ta' hawn fuq.
9.2. Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li tkun tat qabel, għandha mill-ewwel tgħarraf b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' formola ta' komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
10. DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI
10.1. Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 02, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti jew tirrifjuta li taċċetta approvazzjonijiet tat-tip skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 02.
10.2. Minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 02, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet tat-tip biss jekk it-tip ta' vettura li jrid jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 02.
10.3. Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet ta' approvazzjonijiet tat-tip għal tipi eżistenti li jkunu ngħataw skont is-serje preċedenti ta' emendi għal dan ir-Regolament.
10.4. Sa 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 02 għal dan ir-Regolament, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m'għandha tirrifjuta approvazzjoni tat-tip, nazzjonali jew reġjonali, ta' vettura, approvat skont is-serje preċedenti ta' emendi għal dan ir-Regolament.
10.5. Minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 02 għal dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma jkunux obbligati jaċċettaw, għall-fini tal-approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew reġjonali, vettura b'approvazzjoni tat-tip skont is-serje preċedenti ta' emendi għal dan ir-Regolament.
10.6. Minkejja d-dispożizzjoniet tranżizzjonali ta' hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li l-applikazzjoni tagħhom ta' dan ir-Regolament tidħol fis-seħħ wara d-data ta' dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi l-iktar reċenti mhumiex obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip li jkunu ngħataw f'konformità ma' xi waħda mis-serje preċedenti ta' emendi għal dan ir-Regolament u huma obbligati biss li jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip mogħtija skont is-serje ta' emendi 02.
10.7. Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 1 tas-serje ta' emendi 02, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m'għandha tirrifjuta li tagħti jew tirrifjuta li taċċetta approvazzjoni tat-tip skont is-Suppliment 1 tas-serje ta' emendi 02 għal dan ir-Regolament.
10.8. Minn 60 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 1 tas-serje ta' emendi 02 għal dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet tat-tip biss jekk it-tip ta' vettura li jrid jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat bis-Suppliment 1 tas-serje ta' emendi 02 għal dan ir-Regolament.
11. PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf b'mod permanenti mill-produzzjoni ta' tip ta' vettura approvat skont dan ir-Regolament, hu għandu jinforma b'dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni, li min-naħa tagħha għandha tinnotifika b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' kopja tal-formola ta' komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
12. ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI LI JWETTQU T-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
Il-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u fejn għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni maħruġa f'pajjiżi oħra.
(1) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.4, para. 2 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
(2) Jekk il-potenza netta massima nominali tintlaħaq b'diversi veloċitajiet tal-magna, f'dan ir-Regolament il-veloċità nominali tal-magna tintuża bħala l-ogħla veloċità tal-magna li biha tintlaħaq il-potenza netta massima nominali.
(3) In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 4 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
(4) It-test fuq vettura wieqfa jsir sabiex jipprovdi valur ta' referenza għall-amministrazzjonijiet li jużaw dan il-metodu biex jiċċekkjaw il-vetturi li qed jintużaw.
ANNESS 2
ARRANĠAMENTI TAL-MARKA TA' APPROVAZZJONI
Mudell A
(Ara l-paragrafu 5.4 ta' dan ir-Regolament)
Il-marka ta' approvazzjoni ta' hawn fuq li titwaħħal mal-vettura turi li t-tip ta' vettura kkonċernat, rigward l-emissjoni tal-ħoss tiegħu, ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolament Nru 63 bin-Numru tal-approvazzjoni 022439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 63 kif emendat mis-serje ta' emendi 02.
Mudell B
(Ara l-paragrafu 5.5 ta' dan ir-Regolament)
Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq li titwaħħal mal-vettura turi li t-tip ta' vettura kkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolamenti Nru 63 u Nru 33 (1). In-numri tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 63 kien jinkludi s-serje ta' emendi 02 u r-Regolament Nru 33 kien emendat ukoll bis-serje ta' emendi 01.
(1) It-tieni numru qed jingħata biss bħala eżempju.
ANNESS 3
IL-METODI U L-ISTRUMENTI GĦALL-KEJL TAL-ĦOSS EMESS MINN VETTURI TAL-KATEGORIJA L1
1. L-ISTRUMENTI TAL-KEJL
1.1. Il-kejl akustiku
1.1.1. Ġenerali
L-apparat li jintuża biex jitkejjel il-livell ta' pressjoni tal-ħoss għandu jkun miter tal-livell tal-ħoss jew sistema ta' kejl ekwivalenti li tissodisfa r-rekwiżiti tal-istrumenti tal-Klassi 1 (inkluż il-windscreen rakkomandat, jekk jintuża). Dawn ir-rekwiżiti huma deskritti fl-IEC 61672-1:2013. Il-kejl għandu jsir bl-użu tal-ponderazzjoni tal-ħin “F” tal-istrument tal-kejl akustiku u tal-ponderazzjoni tal-kurva tal-frekwenza “A” deskritti wkoll fl-IEC 61672-1:2013. Meta tintuża sistema li tinkludi monitoraġġ perjodiku tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat-A, għandu jittieħed qari f'intervalli ta' ħin ta' mhux aktar minn 30 ms. L-istrumenti għandhom jinżammu f'kundizzjoni tajba u jiġu kkalibrati skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-istrumenti.
1.1.2. Il-kalibrazzjoni
Fil-bidu u fi tmiem ta' kull sessjoni ta' kejl, is-sistema tal-kejl akustiku kollha għandha tiġi verifikata permezz ta' kalibratur tal-ħoss li jissodisfa r-rekwiżiti għall-kalibraturi tal-ħoss tal-Klassi 1 skont l-IEC 60942:2003. Bla ebda aġġustament ulterjuri, id-differenza bejn il-qari għandha tkun ta' inqas minn jew ta' 0,5 dB(A). Jekk dan il-valur jinqabeż, ir-riżultati tal-kejl miksuba wara l-kontroll sodisfaċenti preċedenti ma għandhomx jitqiesu.
1.1.3. Il-konformità mar-rekwiżiti
Il-konformità tal-kalibratur tal-ħoss mar-rekwiżiti tal-IEC 60942:2003 għandha tiġi vverifikata darba fis-sena. Il-konformità tas-sistema tal-istrumentazzjoni mar-rekwiżiti tal-IEC 61672-1:2013 għandha tiġi vverifikata darba kull sentejn. L-ittestjar għall-konformità kollu għandu jsir minn laboratorju awtorizzat biex iwettaq kalibrazzjonijiet skont l-istandards xierqa.
1.2. L-istrumentazzjoni għall-kejl tal-veloċità
Il-veloċità rotazzjonali tal-magna għandha titkejjel bi strument bi preċiżjoni ta' mill-inqas ± 2 fil-mija jew aħjar bil-veloċitajiet tal-magna meħtieġa għall-kejl li jkun qed isir.
Il-veloċità tal-vettura fit-triq għandha titkejjel bi strumenti bi preċiżjoni minima ta' ± 0,5 km/h, fejn jintużaw apparati ta' kejl kontinwu. Jekk l-ittestjar juża kejl indipendenti tal-veloċità tal-vettura, din l-istrumentazzjoni għandu jkollha preċiżjoni minima ta' ± 0,2 km/h (1).
1.3. L-istrumentazzjoni meteoroloġika
L-istrumentazzjoni meteoroloġika li tintuża għall-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet ambjentali waqt it-test għandha tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:
|
|
± 1 °C jew inqas għal apparat li jkejjel it-temperatura; |
|
|
± 1,0 m/s għal apparat li jkejjel il-veloċità tar-riħ; |
|
|
± 5 hPa għal apparat li jkejjel il-pressjoni barometrika; |
|
|
± 5 fil-mija għal apparat li jkejjel l-umdità relattiva. |
2. IL-KUNDIZZJONIJIET TAL-KEJL
2.1. Is-sit tat-test, il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi u l-korrezzjoni tal-ħoss fl-isfond
2.1.1. Is-sit tat-test
Is-sit tat-test għandu jikkonsisti f'korsa ċentrali tal-aċċelerazzjoni mdawra b'żona tat-test sostanzjalment ċatta. Il-korsa tat-test għandha tkun ċatta; is-superfiċe tal-korsa għandu jkun niexef u ddisinjat b'mod tali li l-ħoss tad-dawrien tat-tajers jibqa' baxx.
Fis-sit tat-test, għandhom jinzammu kundizzjonijiet ta' kamp akustiku ħieles bi preċiżjoni ta' ± 1 dB bejn is-sors tal-ħoss ippożizzjonat fin-nofs bejn is-sezzjoni tal-aċċelerazzjoni u l-mikrofonu. Din il-kundizzjoni għandha titqies li ġiet issodisfata jekk ma jkunx hemm xi oġġetti kbar li jirriflettu l-ħoss bħalma huma ċnut, ġebel, pontijiet, jew bini sa 50 m miċ-ċentru tas-sezzjoni tal-aċċelerazzjoni.
Ma għandu jkun hemm l-ebda ostaklu li jista' jaffettwa l-kamp akustiku qrib tal-mikrofonu u ma għandu jkun hemm l-ebda persuna bejn il-mikrofonu u s-sors tal-ħoss. L-osservatur li jkun qed jieħu l-kejl għandu jsib tali pożizzjoni li fiha ma jinfluwenzax il-qari tal-miter.
Is-superfiċe tal-korsa tat-test għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-Anness 5 ta' dan ir-Regolament jew ikun skont l-ISO 10844:2014. Wara tmiem il-perjodu indikat fil-paragrafu 10.8 ta' dan ir-Regolament, bħala referenza għandu jintuża biss l-ISO 10844:2014.
2.1.2. Il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi u l-korrezzjoni tal-ħoss fl-isfond
Il-kejl ma għandux jittieħed f'kundizzjonijiet tat-temp ħżiena. It-testijiet m'għandhomx jitwettqu jekk, waqt l-intervall tal-kejl tal-ħoss, il-veloċità tar-riħ, inklużi l-buffuri, tkun aktar minn 5 m/s.
Għal finijiet tal-kejl, il-livell tal-pressjoni tal-ħoss ponderat (A) tas-sorsi tal-ħoss għajr fuq il-vettura tat-test u l-livell tal-ħoss prodott mill-effett tar-riħ għandhom ikunu mill-inqas 10 dB(A) taħt il-livell tal-ħoss prodott mill-vettura. Il-mikrofonu jista' jkun mgħammar bi lqugħ xieraq tar-riħ, dment li jitqiesu l-effetti tiegħu fuq is-sensittività u l-karatteristiċi direzzjonali tal-mikrofonu.
Jekk id-differenza bejn il-livell tal-ħoss ambjentali u dak tal-ħoss imkejjel tkun bejn 10 u 15 dB(A), sabiex jiġi kkalkulat ir-riżultat tat-test, il-korrezzjoni rilevanti għandha titnaqqas mill-qari fuq il-miter tal-livell tal-ħoss, kif indikat fit-Tabella 1.
Tabella 1
Korrezzjoni applikata lil valur individwali mkejjel tat-test
|
Id-differenza tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss fl-isfond mil-livell imkejjel ta' pressjoni tal-ħoss, f'dB |
10 |
11 |
12 |
13 |
14 |
≥ 15 |
|
Korrezzjoni, f'dB(A) |
0,5 |
0,4 |
0,3 |
0,2 |
0,1 |
0,0 |
2.2. Il-kundizzjoni tal-vettura
2.2.1. Kundizzjoni ġenerali
Qabel ma jibda jittieħed il-kejl, il-magna għandha tinġieb għall-kundizzjonijiet tat-tħaddim normali tagħha fir-rigward ta':
|
— |
Temperaturi; |
|
— |
Tuning; |
|
— |
Fjuwil; |
|
— |
Sparking plugs, karburatur(i), eċċ., (kif ikun xieraq). |
Jekk il-vettura tkun mgħammra b'fannijiet li jkollhom mekkaniżmu ta' attwazzjoni awtomatiku, din is-sistema m'għandiex tiġi mbagħbsa waqt il-kejl tal-livell tal-ħoss.
Jekk il-vettura tkun mgħammra b'apparati li mhumiex meħtieġa għall-propulsjoni tagħha, iżda li jintużaw waqt li l-vettura tkun qed tinsaq normali fit-triq, dawk l-apparati għandhom jitħaddmu skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur.
Fil-każ ta' magni tal-arja kumpressata, il-kundizzjonijiet tat-tħaddim normali, li ma jaqgħux taħt dawk imsemmija hawn fuq f'dan il-paragrafu, għandhom jiġu miftiehma bejn il-manifattur u l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip u għandhom ikunu annessi mal-applikazzjoni tal-manifattur għall-approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament.
2.2.2. Massa tat-test u għażla tat-tajers
2.2.2.1. Il-vettura għandha tiġi ttestjata bil-massa tat-test tagħha kif definita fil-paragrafu 2.9 ta' dan ir-Regolament.
2.2.2.2. L-għażla u l-kundizzjoni tat-tajers
It-tajers għandhom ikunu dawk xierqa għall-vettura u għandhom jintefħu għall-pressjoni rakkomandata mill-manifattur tal-vettura għall-massa tat-test tal-vettura.
It-tajers għandhom jintgħażlu mill-manifattur tal-vettura u għandhom jikkorrispondu għal wieħed mid-daqsijiet u mit-tipi tat-tajers indikati għall-vettura mill-manifattur tal-vettura. Il-fond minimu tal-wiċċ tat-tajer għandu jkun mill-inqas ta' 80 fil-mija tal-fond sħiħ tal-wiċċ tat-tajer.
3. METODI TA' TTESTJAR
3.1. Il-kejl tal-emissjoni tal-ħoss tal-vettura miexja
3.1.1. L-arranġament tat-test u l-pożizzjonijiet tal-mikrofonu
3.1.1.1. L-arranġament tat-test huwa indikat fil-Figura 1.
Figura 1
Il-pożizzjonijiet tal-kejl għall-vetturi mixjin
Fuq il-korsa tat-test għandhom jiġu mmarkati żewġ linji, AA′ u BB′, paralleli mal-linja tal-mikrofonu PP′ u li jkunu rispettivament 10 m 'il quddiem u 10 m lura minn dik il-linja.
3.1.1.2. Id-distanza tal-pożizzjonijet tal-mikrofoni mil-linja CC′, fuq il-linja tal-mikrofonu PP′, perpendikulari mal-linja ta' referenza CC′ fuq il-korsa tat-test (ara l-Figura 1), għandha tkun ta' 7,5 ± 0,05 m.
Il-mikrofoni għandhom ikunu 1,2 m ± 0,02 m 'il fuq mill-art. Id-direzzjoni ta' referenza għal kundizzjonijiet ta' kamp akustiku ħieles (ara l-IEC 61672-1:2013) għandha tkun orizzontali u diretta b'mod perpendikulari lejn il-mogħdija tal-linja CC′ tal-vettura.
3.1.2. It-twettiq tat-test tal-aċċelerazzjoni, il-veloċità tal-avviċinament tal-vettura u l-użu tal-gerijiet
3.1.2.1. It-twettiq tat-test tal-aċċelerazzjoni
Il-vettura għandha tavviċina l-linja AA′ b'veloċità inizjali stabbli kif speċifikat hawn taħt. Meta quddiem tal-vettura jilħaq il-linja AA′ il-kontroll tal-aċċelleratur għandu jiġi miftuħ kollu kemm jista' jkun malajr u miżmum f'dik il-pożizzjoni sakemm wara tal-vettura jilħaq il-linja BB′; il-kontroll tal-aċċelleratur għandu mbagħad jiġi rritornat kemm jista' jkun malajr fil-pożizzjoni idle.
Għall-kejl kollu, il-vettura għandha tinsaq f'linja dritta tul il-korsa tat-test b'tali mod li l-korsa tal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura tkun kemm jista' jkun qrib tal-linja CC′.
3.1.2.2. Veloċità tal-avviċinament tal-vettura
Il-vettura għandha tavviċina l-linja AA′ b'veloċità stabbli tal-vettura ugwali għall-veloċità massima tal-vettura kif definita fil-paragrafu 2.12 ta' dan ir-Regolament, jekk din tal-aħħar tkun 30 km/h jew inqas. Jekk il-veloċità massima tal-vettura tkun aktar minn 30 km/h, il-vettura għandha tavviċina l-linja AA′ b'veloċità stabbli ta' 30 km/h.
3.1.2.3. L-użu tal-gerijiet
Jekk il-vettura tkun mgħammra b'gearbox manwali, għandu jintgħażel l-ogħla ger li jippermettilha tgħaddi mil-linja AA′ b'veloċità tal-magna ta' 50 fil-mija jew aktar tal-veloċità nominali tal-magna kif definita fil-paragrafu 2.7 ta' dan ir-Regolament.
Jekk il-vettura tkun mgħammra b'gearbox awtomatika, din għandha tinstaq bil-veloċitajiet tal-vettura indikati fil-paragrafu 3.1.2.2 ta' hawn fuq.
3.1.3. Determinazzjoni tal-livell tal-ħoss
Il-livell massimu tal-ħoss irrekordjat fuq kull naħa tal-vettura għandu jitnaqqas b'1 dB(A) sabiex titqies l-ineżattezza tal-kejl u, matematikament, għandu jitqarreb għall-eqreb l-ewwel post deċimali (pereżempju, 68,45 għandu jitniżżel bħala 68,5 filwaqt li 68,44 għandu jitniżżel bħala 68,4). Dawn il-valuri jikkostitwixxu r-riżultati tal-kejl.
Il-kejl ikun invalidu jekk tiġi rrekordjata d-diskrepanza mhux normali bejn l-ogħla valur u l-livell tal-ħoss ġenerali.
Għandhom jittieħdu mill-inqas żewġ kejlijiet validi fuq kull naħa tal-vettura.
Il-kejl għandu jitqies validu jekk id-differenza bejn ir-riżultati ta' żewġ kejlijiet konsekuttivi fuq l-istess naħa tal-vettura ma tkunx akbar minn 2 dB(A).
Il-kejlijiet preliminari jistgħu jittieħdu għal finijiet ta' aġġustament, iżda ma għandhomx jitqiesu għad-determinazzjoni tar-riżultati tal-kejl.
3.1.4. Kalkolu tar-riżultat finali tat-test
Ir-riżultat finali tat-test huwa l-medja tal-erba' riżultati tat-test imqarrba għall-eqreb decibel sħiħ. Jekk iċ-ċifra ta' wara l-punt deċimali tkun bejn 0 u 4, it-total jitqarreb 'l isfel u jekk ikun bejn 5 u 9 jitqarreb 'il fuq.
3.2. Il-kejl tal-ħoss emess minn vetturi wieqfa (il-kundizzjonijiet u l-metodu tal-kejl għall-ittestjar ta' vetturi fl-użu).
Barra minn hekk, sabiex jiġi ffaċilitat l-ittestjar sussegwenti ta' vetturi fl-użu, il-livell tal-pressjoni tal-ħoss għandu jitkejjel qrib l-iżbokk tas-sistema tal-egżost (tas-silenzjar), skont ir-rekwiżiti li ġejjin, u l-qari tal-kejl għandu jiġi rreġistrat fir-rapport tat-test ippreparat għall-ħruġ tad-dokument imsemmi fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
Il-kejl għandu jsir bl-użu ta' miter ta' preċiżjoni tal-livell tal-ħoss li jkun konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1 tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament.
3.2.1. Is-sit tat-test - il-kundizzjonijiet lokali
3.2.1.1. Il-kejl għadu jitwettaq fuq vettura wieqfa f'żona li ma jkunx fiha wisq disturb għall-kamp akustiku
3.2.1.2. Kull spazju apert jista' jitqies bħala sit tat-test xieraq jekk dan ikun jikkonsisti minn żona ċatta miksija bil-konkrit, asfalt jew xi materjal iebes ieħor li jkollu kapaċità riflettiva għolja, għajr superfiċji kkumpressati jew superfiċji tat-trab oħra, li fiha wieħed jista' jpinġi rettangolu li l-ġnub tiegħu jkunu mill-inqas 3 m lil hinn mill-estremitajiet tal-vettura u li fiha ma jkun ebda ostakolu notevoli; b'mod partikolari, waqt il-kejl tal-ħoss tal-egżost, il-vettura m'għandhiex tkun f'distanza ta' inqas minn 1 m mit-tarf tal-pavimentar.
3.2.1.3. Ħadd ma għandu jkun fiż-żona tal-kejl, għajr l-osservatur u s-sewwieq, li l-preżenza tagħhom ma għandha taffettwa l-qari tal-miter bl-ebda mod.
3.2.2. Il-ħsejjes ta' disturb u l-interferenza mir-riħ
Il-livelli tal-ħoss ambjentali f'kull punt tal-kejl għandhom ikunu mill-inqas 10 dB(A) taħt il-livelli mkejla fl-istess punti tal-kejl waqt it-testijiet.
3.2.3. Il-metodu tal-kejl
3.2.3.1. In-natura u l-għadd ta' kejlijiet
Waqt il-perjodu tat-tħaddim stipulat fil-paragrafu 3.2.3.3.2.1 ta' hawn taħt, għandu jitkejjel il-livell massimu tal-ħoss espress f'deċibels ponderati-A (dB(A)).
Għandhom jittieħdu mill-inqas tliet kejlijiet f'kull punt tal-kejl.
3.2.3.2. Il-pożizzjoni u l-preparazzjoni tal-vettura
Qabel ma jibda jittieħed il-kejl, il-magna tal-vettura għandha tinġieb għat-temperatura tat-tħaddim normali tagħha, jekk tkun magna bil-kombustjoni interna, jew fil-kundizzjoni tat-tħaddim normali tagħha, jekk tkun magna tal-arja kumpressata. Jekk il-vettura tkun mgħammra b'fannijiet awtomatiċi, dawn ma għandu jsirilhom l-ebda aġġustament waqt il-kejl tal-livell tal-ħoss.
Filwaqt li jittieħed il-kejl, il-gear lever għandu jkun fil-pożizzjoni newtrali. Jekk it-trażmissjoni ma tkunx tista' tiġi skonnessa, ir-rota motorizzata tal-vettura għandha tkun tista' taħdem taħt kundizzjonijiet ta' ebda tagħbija, pereżempju, billi l-vettura titqiegħed fuq is-stand tagħha.
3.2.3.3. Il-kejl tal-ħoss qrib l-egżost
3.2.3.3.1. Il-pożizzjoni tal-mikrofonu (ara l-Figura 2)
Il-mikrofonu għandu jitqiegħed f'distanza ta' 0,5 m ± 0,01 m mill-punt ta' referenza tal-pajp tal-egżost iddefinit fil-Figura 3 u f'angolu ta' 45° ± 5° mal-pjan vertikali li minnu jgħaddi l-assi tal-fluss tat-tarf tal-pajp. Il-mikrofronu għandu jkun fl-għoli tal-punt ta' referenza, imma mhux inqas minn 0,2 m mis-superfiċe tal-art. L-assi ta' referenza tal-mikrofonu għandu jkun fi pjan parallel mas-superfiċe tal-art u għandu jkun dirett lejn il-punt ta' referenza fuq l-iżbokk tal-egżost.
Il-punt ta' referenza għandu jkun l-ogħla punt li jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
Il-punt ta' referenza għandu jkun fit-tarf tal-pajp tal-egżost; |
|
(b) |
Il-punt ta' referenza għandu jkun fuq il-pjan vertikali li jinkludi ċ-ċentru tal-iżbokk tal-egżost u l-assi tal-fluss tat-tarf tal-pajp tal-egżost. |
Jekk ikunu possibbli żewġ pożizzjonijiet tal-mikrofonu, għandu jintuża l-post l-aktar mbiegħed lateralment mil-linja ċentrali lonġitudinali tal-vettura. Jekk l-assi tal-fluss tal-pajp tal-iżbokk tal-egżost ikun f'angolu ta' 90° ± 5° mal-linja ċentrali lonġitudinali tal-vettura, il-mikrofonu għandu jkun fil-punt li jkun l-iktar 'il bogħod mill-magna.
Jekk vettura jkollha żewġ żbokki tal-egżost jew iktar imbegħdin minn xulxin b'inqas minn 0,3 m u konnessi ma' silenzjatur wieħed, għandu jsir kejl wieħed biss.
Il-mikrofonu għandu jitqiegħed b'mod relattiv mal-iżbokk l-aktar imbiegħed mil-linja ċentrali lonġitudinali tal-vettura jew, meta ma jkunx hemm żbokk ta' din ix-xorta, mal-iżbokk li jkun l-ogħla 'l fuq mill-art.
Għal vetturi li jkollhom egżost bi żbokki mbegħdin minn xulxin b'aktar minn 0,3 m, għandu jsir kejl wieħed għal kull żbokk daqslikieku kien l-uniku wieħed, u għandu jitniżżel l-ogħla livell tal-pressjoni tal-ħoss. Għall-finijiet tal-kontrolli mal-ġenb tat-triq, il-punt ta' referenza jista' jiġi mċaqlaq għas-superfiċe tal-karozzerija tal-vettura.
Figura 2
Il-pożizzjonijiet tal-kejl għall-kejl tal-ħoss tal-vetturi wieqfa
Dimensjonijiet f'metri, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor
Figura 3
Punt ta' referenza
|
|
Spjega:
|
3.2.3.3.2. Il-kundizzjonijiet tat-tħaddim tal-magna
3.2.3.3.2.1. Il-veloċità tal-magna għandha tinżamm stabbli f'wieħed mill-valuri li ġejjin:
|
|
50 fil-mija ta' nrated jekk nrated tkun aktar minn 5 000 min– 1 |
|
|
75 fil-mija ta' nrated jekk nrated ma tkunx aktar minn 5 000 min– 1 |
fejn nrated hija l-veloċità nominali tal-magna kif definita fil-paragrafu 2.7 ta' dan ir-Regolament.
Għal vettura li, f'test fuq vettura wieqfa, ma tistax tilħaq il-veloċità mira tal-magna definita hawn fuq, bħala veloċità mira tal-magna, minflok għandha tintuża 95 fil-mija tal-veloċità massima tal-magna li tista' tintlaħaq f'test fuq vettura wieqfa.
3.2.3.3.2.2. Il-veloċità tal-magna għandha tiġi miżjuda b'mod gradwali minn veloċità idle għall-veloċità mira tal-magna u tinżamm kostanti f'medda ta' tolleranza ta' ± 5 fil-mija. Imbagħad il-kontroll tal-aċċelleratur għandu jiġi rilaxxat malajr u l-veloċità tal-magna għandha titreġġa' għall-pożizzjoni idle. Il-livell tal-pressjoni tal-ħoss għandu jitkejjel waqt perjodu li fih il-veloċità tal-magna tinżamm kostanti għal mill-inqas sekonda waħda (1 s) u matul il-perjodu ta' deċelerazzjoni kollu. Il-qari massimu tal-miter tal-livell tal-ħoss għandu jitqies bħala l-valur tat-test.
Kejl għandu jitqies bħala validu biss jekk il-veloċità tat-test tal-magna ma tkunx varjat mill-veloċità mira tal-magna b'iktar mit-tolleranza speċifikata ta' ± 5 fil-mija għal mill-inqas 1 s.
3.2.3.3.2.3. Sistema multimodali tal-egżost
Il-vetturi mgħammra b'sistema tal-egżost b'diversi modalitajiet, aġġustabbli manwalment jew elettronikament għandhom jiġu ttestjati fil-modalitajiet kollha.
3.2.3.3.3. Ir-riżultat
3.2.3.3.3.1. Il-kejl għandu jsir fil-post(ijiet) fejn jitqiegħdu l-mikrofoni preskritti hawn fuq. Il-livell tal-pressjoni tal-ħoss differenzjat-A massimu indikat waqt it-test għandu jitniżżel, fejn tinżamm ċifra waħda sinifikanti wara l-post deċimali (pereżempju, 92,45 għandu jitniżżel bħala 92,5 filwaqt li 92,44 għandu jitniżżel bħala 92,4). It-test għandu jiġi ripetut sakemm f'kull żbokk jinkisbu tliet kejlijiet konsekuttivi li jkunu fil-limiti ta' 2,0 dB(A) minn xulxin.
Ir-riżultat għal żbokk partikolari huwa l-medja aritmetika tat-tliet kejlijiet validi, matematikament imqarreb għall-eqreb numru sħiħ (pereżempju, 92,5 għandu jitniżżel bħala 93 filwaqt 92,4 għandu jitniżżel bħala 92).
3.2.3.3.3.2. Għall-vetturi mgħammra b'diversi żbokki tal-egżost, il-livell irrapportat tal-pressjoni tal-ħoss għandu jkun għall-iżbokk li jkollu l-ogħla livell medju tal-pressjoni tal-ħoss.
3.2.3.3.3.3. Għall-vetturi mgħammra b'sistema multimodali tal-egżost u b'kontroll manwali jew elettroniku tal-modalità tal-egżost, il-livell irrapportat tal-pressjoni tal-ħoss għandu jkun dak tal-modalità li jkollha l-ogħla livell medju tal-pressjoni tal-ħoss.
4. IL-ĦOSS MILL-VETTURA MIEXJA (DEJTA RRAPPORTATA SABIEX JIĠI FFAĊILITAT L-ITTESTJAR BIL-VETTURA MIEXJA TAL-VETTURA FL-UŻU).
4.1. Proċedura tat-test għall-ittestjar tal-konformità fl-użu tista' tiġi ddefinita minn Parti Kontraenti, fejn titqies b'mod xieraq kwalunkwe differenza mill-kundizzjonijiet tat-test użati fl-approvazzjoni tat-tip.
4.2. Sabiex jiġi ffaċilitat it-test tal-konformità fl-użu tal-vetturi, l-informazzjoni li ġejja dwar il-kejl tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss imwettaq skont il-paragrafu 3.1 tal-Anness 3 għall-vettura miexja tissejjaħ dejta ta' referenza tal-konformità fl-użu:
|
(a) |
Il-ger (i) jew, għall-vetturi ttestjati bi proporzjonijiet tal-gerijiet mhux illokjati, il-pożizzjoni tas-selettur tal-gerijiet magħżula għat-test; |
|
(b) |
Il-veloċità tal-vettura vAA′ f'km/h fil-bidu tat-test b'veloċità massima jew tat-test tal-aċċellerazzjoni bil-kontroll tal-aċċelleratur miftuħ kollu bil-ger (i); u |
|
(c) |
Ir-riżultat finali tat-test f'dB(A) kif determinat skont il-paragrafu 3.1.4, ta' dan l-anness. |
4.3. Id-dejta ta' referenza tal-konformità fl-użu għandha titniżżel fil-formola ta' komunikazzjoni konformi mal-Anness 1.
5. SISTEMI ORIĠINALI TAL-EGŻOST (SILENZJAR)
5.1. Rekwiżiti għal silenzjaturi li fihom materjali fibrużi assorbenti.
5.1.1. Il-materjal fibruż assorbenti għandu jkun ħieles mill-asbestos u jista' jintuża fil-kostruzzjoni tas-silenzjaturi biss jekk, permezz ta' apparati xierqa, jiġi żgurat li l-materjal fibruż assorbenti jinżamm f'postu l-ħin kollu li s-silenzjatur ikun qed jintuża u li dan jissodisfa r-rekwiżiti ta' kwalunkwe wieħed mill-paragrafi 5.1.2, 5.1.3, 5.1.4 jew 5.1.5 ta' hawn taħt.
5.1.2. Wara t-tneħħija tal-materjal fibruż, il-livell tal-ħoss għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-Anness 4 ta' dan ir-Regolament.
5.1.3. Il-materjal fibruż assorbenti ma jistax jitqiegħed f'dawk il-partijiet tas-silenzjatur li minnhom jgħaddu l-gassijiet tal-egżost u għandu jkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
5.1.3.1. |
Il-materjal għandu jissaħħan f'temperatura ta' 650 ± 5 °C għal erba' sigħat f'forn mingħajr ma jiġi rreġistrat tnaqqis fit-tul medju, fid-dijametru jew fid-densità tal-massa tal-fibra; |
|
5.1.3.2. |
Wara li jissaħħan f'temperatura ta' 650 ± 5 °C għal siegħa f'forn, mill-inqas 98 fil-mija tal-materjal għandu jinżamm f'għarbiel b'daqs nominali tal-fetħa ta' 250 μm f'konformità mal-ISO 3310/1:2000 meta ttestjat skont l-ISO 2559:2011; |
|
5.1.3.3. |
It-telf fil-piż tal-materjal ma għandux ikun ta' aktar minn 10,5 fil-mija wara li jiġi mgħaddas għal 24 siegħa u f'temperatura ta' 90 ± 5 °C f'kondensat sintetiku li jkollu din il-kompożizzjoni:
Il-materjal għandu jiġi maħsul f'ilma ddistillat u mnixxef għal siegħa f'temperatura ta' 105 °C, qabel ma jintiżen. |
5.1.4. Qabel ma s-sistema tiġi ttestjata skont il-paragrafu 3.1 ta' dan l-anness, din għandha titqiegħed fi stat normal għall-użu fit-triq permezz ta' wieħed mill-metodi li ġejjin:
|
5.1.4.1. |
Kundizzjonament bi tħaddim kontinwu fit-triq:
|
|
5.1.4.2. |
Kundizzjonament bil-pulsazzjoni:
|
|
5.1.4.3. |
Kundizzjonament fuq bank tat-test:
|
5.1.5. Il-gassijiet tal-egżost ma jkunux f'kuntatt ma' materjali fibrużi u l-materjali fibrużi ma jiġux affettwati minn varjazzjonijiet fil-pressjoni.
5.2. Dijagramma u marki
5.2.1. Id-dijagramma u sezzjoni trasversali bid-dimensjonijiet tas-silenzjatur għandhom jiġu annessi mad-dokumenti imsemmija fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
5.2.2. Is-silenzjaturi oriġinali kollha għandu jkollhom fuqhom mill-inqas dawn il-marki:
|
(a) |
il-marka “E” segwita bir-referenza tal-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip; |
|
(b) |
l-isem jew il-marka kummerċjali tal-manifattur tal-vettura; u |
|
(c) |
l-għamla u n-numru ta' identifikazzjoni tal-part. |
Din ir-referenza għandha tkun leġibbli, ma titħassarx u viżibbli fil-pożizzjoni li fiha titwaħħal.
5.2.3. Kwalunkwe imballaġġ ta' parts ta' sostituzzjoni oriġinali għas-sistemi tal-egżost jew tas-silenzjar għandu jiġi mmarkat b'mod leġibbli bil-kelmiet “original part” [“part oriġinali]” u bir-referenzi għall-għamla u għat-tip integrati flimkien mal-marka “E” u anki r-referenza tal-pajjiż ta' oriġini.
5.3. Silenzjaturi tal-intake
Jekk l-intake tal-magna jrid ikun armat b'filtru tal-arja u/jew silenzjatur tal-intake sabiex jikkonforma mal-livelli tal-ħoss permessibbli, il-filtru u/jew is-silenzjatur għandhom jitqiesu bħala parti mis-silenzjatur u r-rekwiżiti tal-paragrafi 5.1 u 5.2 japplikaw għalihom ukoll.
(1) Kejlijiet indipendenti tal-veloċità tal-vettura jsiru meta jintużaw żewġ apparati separati jew iktar biex jiġu determinati l-valuri ta' vAA′ u ta' vBB′. Apparat ta' kejl kontinwu, bħal radar, jiddetermina l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-veloċità b'apparat wieħed.
ANNESS 4
LIMITI TAL-LIVELL MASSIMU TAL-ĦOSS (VETTURI ĠODDA)
|
Il-veloċità massima skont id-disinn, f'km/h |
Valuri tal-livell massimu tal-ħoss f'dB(A) |
|
≤ 25 |
66 |
|
> 25 |
71 |
|
Ċikli ddisinnjati għall-qdif mgħammra bi propulsjoni awżiljarja, minbarra dik elettrika, fejn l-għan ewlieni jkun li tgħin fil-qdif u fejn l-output tal-propulsjoni awżiljarja jaqta' malli l-vettura tilħaq veloċità ta' ≤ 25 km/h |
63 |
ANNESS 5
SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-KORSA TAT-TEST (1)
1. INTRODUZZJONI
Dan l-anness jiddeskrivi l-ispeċifikazzjonijet relatati mal-karatteristiċi fiżiċi u l-konfigurazzjoni tal-korsa tat-test. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet, ibbażati fuq standard speċjali (2), jiddeskrivu l-karatteristiċi fiżiċi meħtieġa kif ukoll il-metodi tat-test għal dawn il-karatteristiċi.
2. KARATTERISTIĊI MEĦTIEĠA TAS-SUPERFIĊE
Is-superfiċe jitqies li jkun konformi ma' dan l-istandard sakemm l-istruttura u l-kontenut ta' spazji jew il-koeffiċjent ta' assorbiment tal-ħoss ikunu tkejlu u nstab li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-paragrafi 2.1 sa 2.4 ta' hawn taħt, u sakemm ikunu ġew issodisfati r-rekwiżiti tad-disinn (il-paragrafu 3.2 ta' hawn taħt).
2.1. Kontenut ta' spazji residwi
Il-kontenut ta' spazji residwi, VC, tat-taħlita għall-pavimentar tal-korsa tat-test ma għandux ikun altar minn 8 fil-mija. Għall-proċedura tal-kejl, ara l-paragrafu 4.1 ta' hawn taħt.
2.2. Koeffiċjent ta' assorbiment tal-ħoss
Jekk is-superfiċe ma jkunx konformi mar-rekwiżit tal-kontenut ta' spazji residwi, is-superfiċe ikun aċċettabbli biss jekk il-koeffiċjent ta' assorbiment tal-ħoss tiegħu jkun α ≤ 0,10. Għall-proċedura tal-kejl, ara l-paragrafu 4.2 ta' hawn taħt. Ir-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu u tal-paragrafu 2.1 ta' hawn fuq jiġu ssodisfati wkoll jekk jitkejjel l-assorbiment tal-ħoss biss u dan jinstab li jkun α ≤ 0,10.
Nota: Il-karatteristika l-aktar rilevanti hija l-assorbiment tal-ħoss, għalkemm il-kontenut ta' spazji residwi huwa aktar familjari fost il-kostrutturi tat-toroq. Madanakollu, l-assorbiment tal-ħoss jeħtieġ li jitkejjel biss jekk is-superfiċe ma jkunx konformi mar-rekwiżit ta' ispazji. Dan huwa dovut għall-fatt li l-ispazji huma konnessi ma' inċertezzi relattivament kbar f'termini kemm ta' kejl kif ukoll ta' rilevanza u wħud mis-superfiċi għalhekk jistgħu jiġu rifjutati, b'mod żbaljat, meta bħala bażi jintuża biss il-kejl tal-ispazji.
2.3. Il-fond tal-istruttura
Il-fond tal-istruttura (TD) imkejjel skont il-metodu volumetriku (ara l-paragrafu 4.3 ta' hawn taħt) għandu jkun:
TD ≥ 0,4 mm
2.4. L-omoġeneità tas-superfiċe
Għandu jsir kull sforz prattiku biex jiġi żgurat li, fiż-żona tat-test, is-superfiċe jkun kemm jista' jkun omoġenju. Dan jinkludi l-istruttura u l-kontenut ta' spazji, iżda għandu jkun osservat ukoll li jekk il-proċess ta' rromblar jirriżulta f'romblar aktar effettiv f'ċerti pożizzjonijiet minn oħrajn, l-istruttura tista' tkun differenti u jista' jkun hemm diżlivell li joħloq il-qbiż.
2.5. Il-perjodu tal-ittestjar
Sabiex jiġi vverifikat jekk is-superfiċe jibqax konformi mar-rekwiżiti tal-istruttura u tal-kontenut ta' spazji jew tal-assorbiment tal-ħoss stipulati f'dan l-istandard, għandu jsir ittestjar perjodiku tas-superfiċe fl-intervalli li ġejjin:
|
(a) |
Għal kontenut ta' spazji residwi jew għall-assorbiment tal-ħoss: Meta s-superfiċe jkun ġdid; jekk is-superfiċe jissodisfa r-rekwiżiti meta jkun ġdid, ma jkun meħtieġ l-ebda ttestjar perjodiku ieħor. |
|
(b) |
Għall-fond tal-istruttura (TD): Meta s-superfiċe jkun ġdid; meta jibda l-ittestjar tal-ħoss (Nota: Mhux qabel 4 ġimgħat wara li jitqiegħed is-superfiċe); imbagħad kull 12-il xahar. |
3. ID-DISINN TAS-SUPERFIĊE TAT-TEST
3.1. Żona
Meta jiġi ddisinjat l-arranġament tal-korsa tat-test huwa importanti li jiġi żgurat, bħala rekwiżit minimu, li ż-żona fejn jaqsmu l-vetturi li jgħaddu mill-istrixxa tat-test tkun miksija bil-materjal tat-test speċifikat b'marġnijiet xierqa għal sewqan sikur u prattiku. Dan ikun jeħtieġ li l-wisa' tal-korsa tkun mill-inqas 3 m u li t-tul tal-korsa jestendi lil hinn mil-linji AA u BB b'mill-inqas 10 m fuq kull tarf. Il-Figura 1 turi pjan ta' sit tat-test xieraq u tindika ż-żona minima li għandha titqiegħed u tiġi kkompattata permezz tal-magni bil-materjal tas-superfiċe tat-test speċifikat. Skont il-paragrafu 3.1.1.1 tal-Anness 3 ta' dan ir-Regolament, il-kejl għandu jittieħed fuq kull naħa tal-vettura. Dan jista' jsir jew billi jsir kejl b'żewġ pożizzjonijiet fejn jitqiegħdu l-mikrofoni (wieħed fuq kull naħa tal-korsa) u s-sewqan ikun f'direzzjoni waħda, jew billi jsir kejl b'mikrofonu wieħed biss fuq naħa waħda tal-korsa iżda bil-vettura tinsaq f'żewġ direzzjonijiet. Jekk jintuża l-metodu tal-aħħar, allura ma hemm l-ebda rekwiżit tas-superfiċe fuq dik in-naħa tal-korsa fejn ma jkun hemm l-ebda mikrofonu.
Figura 1
Ir-rekwiżiti minimi għaż-żona tas-superfiċe tat-test. Il-parti skurata hija ż-“Żona tat-Test”
Linja ċentrali tad-direzzjoni tas-sewqan
Spjega
Mikrofonu (għoli 1,2 m)
Żona minima koperta mis-superfiċe tat-triq tat-test, i.e. żona tat-test
Dimensjonijiet f'metri
NOTA – F'dan ir-raġġ m'għandux ikun hemm oġġetti kbar li jirriflettu l-ħoss.
3.2. Id-disinn u l-preparazzjoni tas-superfiċe
3.2.1. Ir-rekwiżiti bażiċi tad-disinn; is-superfiċe tat-test għandu jissodisfa erba' rekwiżiti tad-disinn:
|
3.2.1.1. |
Dan għandu jkun magħmul minn konkrit asfaltat dens; |
|
3.2.1.2. |
Id-daqs massimu taż-żrar għandu jkun ta' 8 mm (it-tolleranzi jippermettu minn 6,3 sa 10 mm); |
|
3.2.1.3. |
Il-ħxuna tal-kisi għandha tkun ta' ≥ 30 mm; |
|
3.2.1.4. |
Is-sustanza li tgħaqqad għandha tkun bitum bi grad ta' penetrazzjoni diretta mhux modifikat. |
3.2.2. Linji gwida għad-disinn
Bħala gwida għall-kostruttur tas-superfiċe, fil-Figura 2 qed tintwera kurva granulometrika tal-aggregat li tagħti l-karatteristiċi mixtieqa. Barra minn hekk, it-Tabella 1 tagħti wħud mil-linji gwida sabiex jinkisbu l-istruttura u d-durabilità mixtieqa. Il-kurva granulometrika hija skont din il-formula:
P (% ta' aggregat li jgħaddi) = 100 · (d/dmax)1/2
fejn:
|
d |
= |
id-daqs tat-toqob kwadri tal-għarbiel, f'mm |
|
dmax |
= |
8 mm għall-kurva medja |
|
dmax |
= |
10 mm għall-kurva ta' tolleranza ta' taħt |
|
dmax |
= |
6,3 mm għall-kurva ta' tolleranza ta' fuq |
Figura 2
Kurva granulometrika tal-aggregat fit-taħlita tal-asfalt bit-tolleranzi
Id-daqs tat-toqob tal-għarbiel, f'mm
Perċentwal, ta'-aggregat li jgħaddi (skont il-massa)
Minbarra dak imsemmi hawn fuq, jingħataw ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
Il-frazzjoni tar-ramel (0,063 mm < id-daqs tat-toqob kwadri tal-għarbiel < 2 mm) għandha tinkludi mhux aktar minn 55 fil-mija ta' ramel naturali u mill-inqas 45 fil-mija ta' ramel mitħun; |
|
(b) |
Il-bażi u s-sottobażi għandhom jiżguraw stabbiltà u uniformità tajbin, skont l-aħjar prattika fil-kostruzzjoni tat-toroq; |
|
(c) |
Iż-żrar għandu jkun imfarrak (100 fil-mija tal-uċuh imfarrka) u għandu jkun ta' materjal b'reżistenza kbira għat-tifrik; |
|
(d) |
Iż-żrar użat fit-taħlita għandu jiġi maħsul; |
|
(e) |
L-ebda żrar żejjed ma għandu jiġi miżjud fuq is-superfiċe; |
|
(f) |
L-ebusija tas-sustanza li tgħaqqad epressa bħala valur PEN għandha tkun 40-60, 60-80 jew saħansitra 80-100, jiddependi mill-kundizzjonijiet klimatiċi tal-pajjiż. Ir-regola hija li għandha tintuża sustanza li tgħaqqad li tkun iebsa kemm jista' jkun, basta tkun konsistenti mal-prattika komuni; |
|
(g) |
It-temperatura tat-taħlita qabel tiġi rromblata għandha tingħażel bil-ħsieb li l-kontenut ta' spazji meħtieġ jinkiseb permezz tal-irromblar sussegwenti. Sabiex tiżdied il-probabbiltà li jiġu ssodisfati l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafi 2.1 sa 2.4 ta' dan l-anness, il-kompattezza għandha tiġi studjata mhux biss billi tiġi magħżula temperatura adatta għat-taħlita, imma wkoll permezz ta' numru xieraq ta' passati u permezz tal-għażla tal-vettura li tikkompatta t-taħlita. |
Tabella 1
Linji gwida għad-disinn
|
Kwantità |
Valuri mira |
Tolleranzi |
|
|
skont il-massa totali tat-taħlita |
skont il-massa tal-aggregat |
||
|
Massa tal-ġebel, għarbiel b'toqob kwadri (SM) > 2 mm |
47,6 % |
50,5 % |
± 5 |
|
Massa tar-ramel 0,063 < SM < 2 mm |
38,0 % |
40,2 % |
± 5 |
|
Massa tal-materjal li jimla SM < 0,063 mm |
8,8 % |
9,3 % |
± 2 |
|
Massa tas-sustanza li tgħaqqad (bitum) |
5,8 % |
Mhux applikabbli |
± 0,5 |
|
Daqs massimu taż-żrar |
8 mm |
6,3 — 10 |
|
|
Ebusija tas-sustanza li tgħaqqad |
(ara l-paragrafu 3.2.2. (f)) |
— |
|
|
Koeffiċjent ta' ġebel ippolixxjat (PSV) |
> 50 |
— |
|
|
Kompattezza, relattiva għall-kompattezza Marshall |
98 % |
— |
|
4. METODU TAL-ITTESTJAR
4.1. Kejl tal-kontenut ta' spazji residwi
Għall-finijiet ta' dan il-kejl, għandhom jittieħdu kampjuni ċilindriċi mill-korsa f'mill-inqas erba' pożizzjonijiet differenti li jkunu mqassma b'mod ugwali fiż-żona tat-test bejn il-linji AA u BB (ara l-Figura 1). Biex jiġu evitati n-nuqqas ta' omoġeneità u n-nuqqas ta' uniformità fil-korsijiet tar-roti, il-kampjuni ċilindriċi ma għandhomx jittieħdu fil-korsijiet tar-roti nfushom, imma minn qribhom. Żewġ kampjuni ċilindriċi (bħala minimu) għandhom jittieħdu minn qrib il-korsijiet tar-roti, u kampjun ċilindriku ieħor (bħala minimu) għandu jittieħed bejn wieħed u ieħor fin-nofs bejn il-korsijiet tar-roti u l-pożizzjoni ta' kull mikrofonu.
Jekk ikun hemm suspett li l-kundizzjoni ta' omoġeneità mhix qed tiġi ssodisfata (ara l-paragrafu 2.4 ta' dan l-anness), għandhom jittieħdu kampjuni ċilindriċi minn pożizzjonijiet oħra fiż-żona tat-test. Għal kull kampjun ċilindriku għandu jiġi ddeterminat il-kontenut ta' spazji residwi, imbagħad il-valur medju tal-kampjuni ċilindriċi kollha għandu jiġi kkalkulat u pparagunat mar-rekwiżit tal-paragrafu 2.1 ta' dan l-anness. Barra minn hekk, l-ebda kampjun ċilindriku wieħed ma għandu jkollu valur ta' spazji ogħla minn 10 fil-mija. Il-kostruttur tas-superfiċe tat-test għandu jżomm f'moħħu l-problema li tista' tinqala' meta ż-żona tat-test tkun imsaħħna b'pajpijiet jew b'wajers tal-elettriku, u jkunu jridu jittieħdu l-kampjuni ċlilindriċi minn din iż-żona. Tali installazzjonijiet għandhom jiġu ppjanati sew fir-rigward tal-pożizzjonijiet futuri għat-tħaffir tal-kampjuni ċilindriċi. Huwa rakkomandat li jitħallew ftit postijiet li jkunu bejn wieħed u ieħor 200 mm × 300 mm fejn ma jkunx hemm l-ebda wajer/pajp jew dawn ikunu jinsabu biżżejjed fil-fond biex ma tiġrilhomx ħsara minħabba l-kampjuni li jittieħdu mis-saff tas-superfiċje.
4.2. Koeffiċjent ta' assorbiment tal-ħoss
Il-koeffiċjent ta' assorbiment tal-ħoss (inċidenza normali) għandu jitkejjel bil-metodu tat-tubu tal-impedenza fejn tintuża l-proċedura speċifikata fl-ISO/DIS 10 534: 1994 “ Acoustics - Determination of sound absorption coefficient and impedance by a tube method ”.
Fir-rigward tal-kampjuni tat-test, għandhom jiġu segwiti l-istess rekwiżiti bħal dawk segwiti fir-rigward tal-kontenut ta' spazji residwi (ara l-paragrafu 4.1 ta' hawn fuq).
L-assorbiment tal-ħoss għandu jitkejjel fil-medda ta' bejn 400 Hz u 800 Hz u fil-medda ta' bejn 800 Hz u 1 600 Hz (mill-inqas fil-frekwenzi ċentrali tal-baned ta' terz ta' ottava), u l-valuri massimi għandhom jiġu identifikati għal dawn iż-żewġ meded ta' frekwenzi.
Imbagħad, għall-kampjuni ċilindriċi tat-test kollha, għanda tiġi kkalkulata l-medja ta' dawn il-valuri biex minnhom jinħareġ ir-riżultat finali.
4.3. Il-kejl volumetriku tal-makrostruttura
Għall-fini ta' dan l-istandard, il-kejl tal-fond tal-istruttura għandu jsir fuq mill-inqas 10 pożizzjonijiet li jkunu mbegħdin b'mod uniformi tul il-korsijiet tar-roti tal-istrixxa tat-test, u għandu jittieħed il-valur medju biex jiġi pparagunat mal-fond minimu tal-istruttura speċifikat. Għad-deskrizzjoni tal-proċedura, ara l-istandard ISO 10844:1994.
5. STABBILTÀ MAŻ-ŻMIEN U MANUTENZJONI
5.1. L-effetti taż-żmien
Bħal kwalunkwe superfiċi oħra, ikun mistenni li l-livell tal-ħoss ta' rrolljar tat-tajers imkejjel fuq is-superfiċe tat-test jista' jiżdied bi ftit matul l-ewwel 6 sa 12-il xahar wara l-kostruzzjoni tiegħu.
Is-superfiċe għandu jikseb il-karatteristiċi meħtieġa tiegħu mhux qabel ma jgħaddu erba' ġimgħat mill-kostruzzjoni.
L-istabbilità maż-żmien tiġi ddeterminata prinċipalment bl-ippolixxjar u bil-kompazzjoni mill-vetturi li jinsaqu fuq is-superfiċe. Din għandha tiġi ċċekkjata perjodikament kif iddikjarat fil-paragrafu 2.5 ta' dan l-anness.
5.2. Il-manutenzjoni tas-superfiċe
Fdalijiet mhux kompatti jew trabijiet, li jistgħu jnaqqsu b'mod sinifikanti l-fond effettiv tal-istruttura, għandhom jitneħħew mis-superfiċe. F'pajjiżi bi klimi xitwin, xi drabi jintuża l-melħ biex iħoll il-borra. Il-melħ jista' jimmodifika s-superfiċe b'mod temporanju jew saħansitra b'mod permanenti b'tali mod li jżid il-ħoss u għalhekk, l-użu tal-melħ mhux irrakkomandat.
5.3. Pavimentar mill-ġdid taż-żona tat-test
Jekk ikun hemm bżonn li l-korsa tat-test tiġi ppavimentata mill-ġdid, normalment ma jkunx hemm bżonn li jiġi ppavimentat aktar mill-istrixxa tat-test (wisa' ta' 3 m, fil-Figura 1) li fuqha jinsaqu l-vetturi, sakemm iż-żona tat-test barra mill-istrixxa tkun issodisfat ir-rekwiżit tal-kontenut ta' spazji residwi jew tal-assorbiment tal-ħoss meta tkun ġiet imkejla.
6. DOKUMENTAZZJONI TAS-SUPERFIĊE TAT-TEST U TAT-TESTIJIET IMWETTQA FUQU
6.1. Dokumentazzjoni tas-superfiċe tat-test
Id-dejta li ġejja għandha tingħata f'dokument li jiddeskrivi s-superfiċe tat-test:
|
6.1.1. |
Il-post tal-korsa tat-test. |
|
6.1.2. |
It-tip tas-sustanza li tgħaqqad, l-ebusija tas-sustanza li tgħaqqad, it-tip ta' aggregat, id-densità massima teoretika tal-konkrit (DR), il-ħxuna tal-kisi tas-superfiċe u l-kurva granulometrika ddeterminata minn kampjuni ċilindriċi mill-korsa tat-test. |
|
6.1.3. |
Il-metodu ta' kompazzjoni (eż. it-tip ta' romblu, il-massa tar-romblu, in-numru ta' passati). |
|
6.1.4. |
It-temperatura tat-taħlita, it-temperatura tal-arja ambjentali u l-veloċità tar-riħ waqt it-tqegħid tas-superfiċe' |
|
6.1.5. |
Id-data ta' meta tqiegħed is-superfiċe u l-isem tal-kuntrattur. |
|
6.1.6. |
Ir-riżultati tat-test kollha jew għall-inqas l-aktar riżultat reċenti, inklużi:
|
6.2. Dokumentazzjoni tat-testijiet tal-ħoss tal-vetturi mwettqa fuq is-superfiċe
Fid-dokument li jiddeskrivi t-test(ijiet) tal-ħoss tal-vetturi, għandu jiġi ddikjarat jekk ir-rekwiżiti kollha ta' dan l-istandard ġewx issodisfati jew le. Skont il-paragrafu 6.1, għandha ssir referenza għal dokument li jiddeskrivi r-riżultati li jivverifikaw dan.
(1) L-ispeċifikazzjonijiet għas-sit tat-test deskritti f'dan l-Anness huma validi sa tmiem il-perjodu indikat fil-paragrafu 10.8 ta' dan ir-Regolament.
(2) ISO 10844:1994