Brussell, 27.5.2025

COM(2025) 285 final

2025/0148(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) (ST 10160/21 INIT; ST 10160/21 ADD 1 REV 2) tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Italja

{SWD(2025) 145 final}


2025/0148 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) (ST 10160/21 INIT; ST 10160/21 ADD 1 REV 2) tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Italja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Wara l-preżentazzjoni tal-pjan nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza (“RRP”, recovery and resilience plan) mill-Italja fit-30 ta’ April 2021, il-Kummissjoni pproponiet il-valutazzjoni pożittiva tagħha lill-Kunsill. Il-Kunsill approva l-valutazzjoni pożittiva permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 2 . Dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill ġiet emendata fid-19 ta’ Settembru 2023 3 , fit-8 ta’ Diċembru 2023 4 , fl-14 ta’ Mejju 2024 5 , u fit-18 ta’ Novembru 2024 6 .

(2)Fil-21 ta’ Marzu 2025, l-Italja għamlet talba motivata lill-Kummissjoni biex tagħmel proposta biex tiġi emendata d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 f’konformità mal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) 2021/241 għar-raġuni li l-RRP parzjalment ma għadux jista’ jintlaħaq minħabba ċirkostanzi oġġettivi. Fuq dik il-bażi, l-Italja ppreżentat RRP emendat.

Emendi bbażati fuq l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/241

(3)L-emendi tal-RRP ippreżentati mill-Italja minħabba ċirkostanzi oġġettivi jikkonċernaw 67 miżura.

(4)L-Italja spjegat li żewġ miżuri parzjalment ma għadhomx jistgħu jinkisbu, minħabba nuqqas ta’ domanda jew bidla fid-domanda. Dan jikkonċerna, rispettivament, M2C2-51 taħt l-Investiment 3.2 Użu tal-Idroġenu f’industrija li diffiċli sabiex titrażżan taħt il-Missjoni 2, il-Komponent 2; M7-18, M7-20 u M7-21 taħt l-Investiment 6. Proġetti ta’ interkonnessjoni transfruntiera tal-elettriku bejn l-Italja u pajjiżi ġirien taħt il-Missjoni 7. Abbażi ta’ dan, l-Italja talbet li testendi l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ M7-20 u M7-21 taħt l-Investiment 6. Proġetti ta’ interkonnessjoni transfruntiera tal-elettriku bejn l-Italja u pajjiżi ġirien, taħt il-Missjoni 7. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(5)L-Italja spjegat li sitt miżuri parzjalment ma għadhomx jistgħu jinkisbu, minħabba interruzzjonijiet fil-katina tal-provvista. Dan jikkonċerna, rispettivament, M3C1-5 u M3C1-6 taħt l-Investiment 1.1 - Konnessjonijiet ferrovjarji ta’ veloċità għolja lejn in-Nofsinhar għall-passiġġieri, M3C1-9 taħt l-Investiment 1.2 - Linji b’veloċità għolja fit-Tramuntana li jingħaqdu mal-bqija tal-Ewropa, M3C1-11 taħt l-Investiment 1.3: Konnessjonijiet djagonali u merkanzija, deskrizzjoni tal-miżura taħt l-Investiment 1.5: Tisħiħ tan-nodi metropolitani, deskrizzjoni tal-miżura taħt l-Investiment 1.6: Tisħiħ tal-linji reġjonali - Titjib tal-ferroviji reġjonali (il-ġestjoni ta’ RFI), M3C1-17bis taħt l-Investiment 1.7 - Titjib, elettrifikazzjoni u reżiljenza tal-ferroviji fin-Nofsinhar u konnessjonijiet nazzjonali ewlenin taħt il-Missjoni 3, il-Komponent 1. Abbażi ta’ dan, l-Italja talbet li jiġu emendati l-istadji importanti u l-miri msemmija hawn fuq. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(6)L-Italja spjegat li l-M2C2-4 taħt l-Investiment 1.4 Żvilupp tal-bijometan, skont il-kriterji għall-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari, parzjalment ma għadux jista’ jinkiseb, minħabba inflazzjoni għolja. Abbażi ta’ dan, l-Italja talbet li tiġi emendata l-mira msemmija hawn fuq. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(7)L-Italja spjegat li l-M5C2-16 taħt l-Investiment 5 - Pjanijiet Urbani Integrati - Negħlbu l-insedjamenti illegali għall-ġlieda kontra l-isfruttament tal-ħaddiema fl-agrikoltura skont il-Missjoni 5, il-Komponent 2 parzjalment ma għadux jista’ jinkiseb, minħabba l-ħtieġa li jiġu segwiti proċeduri preparatorji itwal li ma kinux mistennija, minħabba bidliet mhux previsti fil-popolazzjoni tal-insedjamenti illegali, li kienu jeħtieġu proċeduri preparatorji itwal. Abbażi ta’ dan, l-Italja talbet li testendi l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-mira msemmija hawn fuq. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(8)L-Italja spjegat li 37 miżura ġew emendati biex jiġu implimentati alternattivi aħjar sabiex tinkiseb l-ambizzjoni oriġinali tal-miżura. Dan jikkonċerna M1C1-18 u M1C1-27 taħt il-miżura Investiment 1.3.1 - Pjattaforma nazzjonali tad-data diġitali, M1C1-23 taħt il-miżura Investiment 1.4.6: Il-Mobbiltà bħala Servizz għall-Italja, M1C1-49 u M1C1-50 taħt il-miżura Investiment 1.8: Proċeduri ta’ reklutaġġ għall-qrati amministrattivi, M1C1-60 taħt ir-Riforma 1.9: Riforma tal-amministrazzjoni pubblika, M1C1-72ter u M1C1-72quater taħt il-miżura Riforma 1.11: Tnaqqis ta’ pagamenti tard mill-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-awtoritajiet tas-saħħa, M1C1-73ter, M1C1-84bis, M1C1-98 u M1C1-98bis taħt ir-Riforma 1.10: Riforma tal-qafas leġiżlattiv tal-akkwist pubbliku, M1C1-144 taħt il-miżura Investiment 1.4.2 - Inklużjoni taċ-ċittadini - Titjib fl-aċċessibbiltà tas-servizzi pubbliċi diġitali, M1C1-145, M1C1-146 taħt il-miżura Investiment 1.4.4 - Żieda fl-adozzjoni tal-pjattaformi Nazzjonali tal-Identità Diġitali (SPID ,Sistema Pubblico di Identità Digitale; CIE, Carta d’identità elettronica) u r-reġistru nazzjonali (ANPR, Anagrafe nazionale della popolazione residente) taħt il-Missjoni 1, il-Komponent 1; M1C2-11, M1C2-12, M1C2-13 taħt ir-Riforma 2: Liġijiet Annwali tal-Kompetizzjoni, M1C2-15 taħt l-Investiment 2: L-innovazzjoni u t-teknoloġija tal-mikroelettronika taħt il-Missjoni 1, il-Komponent 2; M1C3-3 taħt l-Investiment - 1.2 Tneħħija ta’ ostakli fiżiċi u konjittivi f’mużewijiet, libreriji u arkivji biex ikun hemm aċċess usa’ għall-kultura u parteċipazzjoni fiha, M1C3-18 taħt l-Investiment 2.3: Programmi biex tissaħħaħ l-identità ta’ postijiet, parks u ġonna storiċi taħt il-Missjoni 1, Komponent 3; M2C1-16ter taħt l-Investiment 1.1 — Implimentazzjoni ta’ impjanti ġodda għall-immaniġġjar tal-iskart u modernizzazzjoni tal-impjanti eżistenti, M2C1-23, M2C1-23 taħt l-Investiment 3.4: Fondo Contratti di Filiera (FCF) biex jappoġġa l-kuntratti tal-ktajjen tal-provvista għas-setturi agroalimentari, tas-sajd u tal-akkwakultura, tal-forestrija, tal-florikultura u tal-mixtliet tal-pjanti, skont il-Missjoni 2, il-Komponent 1; M2C2-28, M2C2-29 taħt l-Investiment 4.3 – Installazzjoni ta’ infrastrutturi tal-iċċarġjar, M2C2-38bis, M2C2-39, M2C2-40 taħt l-Investiment 5.1 – Sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u batteriji, M2C2-42bis u M2C2-43 taħt l-Investiment 5.4 – Appoġġ għal negozji ġodda u kapital ta’ riskju attiv fit-tranżizzjoni ekoloġika, M2C2-44 taħt l-Investiment 1.1 – Żvilupp ta’ sistemi agrovoltajċi, M2C2-47 taħt l-Investiment 1.2 – Il-promozzjoni tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli għall-komunitajiet tal-enerġija u l-awtokonsumaturi tal-enerġija rinnovabbli li jaġixxu b’mod konġunt taħt il-Missjoni 2, il-Komponent 2; M4C1-19 taħt l-Investiment 3.2: Skola 4.0: skejjel innovattivi, wajers, klassijiet u workshops ġodda, M4C1-23 taħt l-Investiment 3.4: Tagħlim u ħiliet universitarji avvanzati, M4C1-24 taħt l-Investiment 1.6: Orjentazzjoni attiva fit-tranżizzjoni bejn l-iskola u l-università, M4C1-25 taħt l-Investiment 1.4: Intervent straordinarju mmirat lejn it-tnaqqis tad-distakki territorjali fiċ-ċikli I u II tal-iskola sekondarja u l-indirizzar tat-tluq bikri mill-iskola, taħt il-Missjoni 4, il-Komponent 1; M4C2-1bis taħt l-Investiment 1.2: Proġetti ta’ finanzjament ippreżentati minn riċerkaturi żgħażagħ, M4C2-3 taħt l-Investiment 3.3: L-introduzzjoni ta’ dottorati innovattivi li jirrispondu għall-ħtiġijiet tal-innovazzjoni mill-intrapriżi u jippromwovu r-reklutaġġ ta’ riċerkaturi minn kumpaniji, M4C2-21 u M4C2-21bis taħt l-Investiment 3.2 – Il-finanzjament ta’ kumpaniji start-up taħt il-Missjoni 4, il-Komponent 2; M5C1-14 taħt l-Investiment 2 - Sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri skont il-Missjoni 5, il-Komponent 1; M5C2-18 taħt l-Investiment 5 - Pjanijiet Urbani Integrati - Fond ta’ Fondi tal-BEI - Fond taħt il-Missjoni 5, il-Komponent 2; M5C3-9 taħt Investiment 1.3: Interventi soċjoedukattivi strutturati għall-ġlieda kontra l-faqar edukattiv fin-Nofsinhar li jappoġġaw it-Tielet Settur taħt il-Missjoni 5, il-Komponent 3; M6C1-6 taħt l-Investiment 1.2: Id-dar bħala l-ewwel post ta’ kura u t-telemediċina, taħt il-Missjoni 6, il-Komponent 1; M6C2-2, M6C2-3 taħt l-Investiment 2.1: It-tisħiħ u t-titjib tar-riċerka bijomedika tal-NHS, taħt il-Missjoni 6, il-Komponent 2; M7-1 taħt ir-Riforma 1. Is-simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ permessi għall-enerġija rinnovabbli fil-livell ċentrali u lokali; M7-7 taħt ir-Riforma 4: Mitigazzjoni tar-riskju finanzjarju assoċjat mal-PPAs rinnovabbli (Ftehimiet dwar ix-Xiri tal-Enerġija), Investiment 16, Appoġġ lill-SMEs għall-awtoproduzzjoni minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, M7-46, M7-47, M7-48 u M7-49 taħt l-Investiment 17. Strument finanzjarju biex jittaffa l-faqar enerġetiku għar-rinnovazzjonijiet tal-enerġija ta’ akkomodazzjoni residenzjali pubblika u akkomodazzjoni soċjali, u unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u vulnerabbli skont il-Missjoni 7. Abbażi ta’ dan, l-Italja talbet li jiġu emendati l-istadji importanti u l-miri msemmija. Barra minn hekk, l-Italja talbet li jitneħħew l-istadji importanti M1C1-61 taħt ir-Riforma 1.9: Ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, il-miri M1C1-64 u M1C1-65 taħt l-Investiment 1.9: L-għoti ta’ assistenza teknika u t-tisħiħ tal-bini tal-kapaċità għall-implimentazzjoni tal-pjan Taljan għall-irkupru u r-reżiljenza taħt il-Missjoni 1, il-Komponent 1, l-istadju importanti M1C2-30, il-miri M1C2-31 u M1C2-32 taħt l-Investiment 7. Appoġġ għas-sistema tal-produzzjoni għat-Tranżizzjoni Ekoloġika, Teknoloġiji b’Emissjonijiet Żero Netti, u l-kompetittività u r-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista strateġiċi taħt il-Missjoni 1, il-Komponent 2, il-miri M2C2-29bis, M2C2-30bis, M2C2-30ter taħt M2C2 Investiment 4.3.1 – Installazzjoni ta’ infrastrutturi tal-iċċarġjar taħt il-Missjoni 2, il-Komponent 2; il-mira M5C1-13 taħt l-Investiment 2 - Sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri taħt il-Missjoni 5, il-Komponent 1, l-istadju importanti M7-8 taħt ir-Riforma 4: Mitigazzjoni tar-riskju finanzjarju assoċjat mal-PPAs rinnovabbli (Ftehimiet dwar ix-Xiri tal-Enerġija) taħt il-Missjoni 7. Barra minn hekk, l-Italja talbet li jiżdied l-istadju importanti M1C2-13bis taħt ir-Riforma 2: Il-Liġijiet Annwali tal-Kompetizzjoni taħt il-Missjoni 1, il-Komponent 2; il-miri M3C1-5 taħt l-Investiment 1.1 – Konnessjonijiet ferrovjarji ta’ veloċità għolja lejn in-Nofsinhar għall-passiġġieri u l-merkanzija u M4C2-3bis taħt l-Investiment 3.3: Introduzzjoni ta’ dottorati innovattivi li jwieġbu għall-ħtiġijiet tal-innovazzjoni mill-intrapriżi u jippromwovu r-reklutaġġ ta’ riċerkaturi mill-kumpaniji. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(9)L-Italja spjegat li ġew emendati 20 miżura biex tiġi implimentata alternattiva aħjar li tippermetti li jitnaqqas il-piż amministrattiv, filwaqt li xorta jintlaħqu l-objettivi tal-miżura rispettiva. Dan jikkonċerna l-Investiment 1.6 – Trasformazzjoni diġitali ta’ amministrazzjonijiet ċentrali kbar, M1C1-43 u M1C1-44 taħt ir-Riforma 1.4: Riforma tal-ġustizzja ċivili, M1C1-155 taħt l-Investiment 1.6.3 – Diġitalizzazzjoni tal-Istitut Nazzjonali tas-Sigurtà Soċjali (INPS, Istituto Nazionale Previdenza Sociale) u l-Istitut Nazzjonali għall-Assigurazzjoni kontra l-Inċidenti fuq il-Post tax-Xogħol (INAIL, Istituto nazionale per l'assicurazione contro gli infortuni sul lavoro) taħt il-Missjoni 1, il-Komponent 1; M1C3-27 taħt l-Investiment 4.3: Caput Mundi Next Generation EU għal avvenimenti turistiċi kbar taħt il-Missjoni 1, il-Komponent 3; M2C2-34 u M2C2-35 taħt l-Investiment 4.4.1: It-tisħiħ tal-flotta tal-karozzi tal-linja tat-trasport pubbliku reġjonali b’xarabanks bil-qiegħ baxx mal-art u b’livell baxx ta’ emissjonijiet żero, M2C2-34bis u M2C2-35bis skont l-Investiment 4.4.2: It-tisħiħ tal-flotta ferrovjarja tat-trasport pubbliku reġjonali b’ferroviji b’emissjonijiet żero u servizz universali skont il-Missjoni 2, il-Komponent 2, M2C3-8 taħt l-Investiment 1.2 - Kostruzzjoni ta’ bini, rikwalifikazzjoni u tisħiħ tal-assi tal-proprjetà immobbli pubbliċi użati parzjalment jew kompletament mill-amministrazzjoni tal-ġustizzja skont il-Missjoni 2, il-Komponent 3; M4C2-11bis taħt l-Investiment 2.1: Miżuri għat-tnaqqis tar-riskju tal-għargħar u idroġeoloġiku, M2C4-34, M2C4-24bis, M2C4-35 u M2C4-35bis taħt l-Investiment 4.3 Investimenti fir-reżiljenza tal-agrosistema tal-irrigazzjoni għal ġestjoni aħjar tar-riżorsi tal-ilma taħt il-Missjoni 2, il-Komponent 4; M3C1-19 u M3C1-20 taħt l-Investiment 1.8 - Titjib tal-istazzjonijiet ferrovjarji (il-ġestjoni ta’ Rete Ferroviaria Italiana (RFI); fin-Nofsinhar) taħt il-Missjoni 3, il-Komponent 1; M3C2-7 taħt l-Investiment 2.3: Il-mogħdija kiesħa taħt il-Missjoni 3, il-Komponent 2; M4C1-12 taħt l-Investiment 4.1: Estensjoni fl-għadd u fl-opportunitajiet ta’ karriera tal-PhDs (orjentata lejn ir-Riċerka, l-Amministrazzjoni Pubblika u l-Wirt Kulturali), M4C1-17 u M4C1-16 taħt l-Investiment 3.1: Ħiliet ġodda u lingwi ġodda, M4C1-20 taħt l-Investiment 1.5: Żvilupp tas-sistema ta’ taħriġ vokazzjonali terzjarju (ITS), taħt il-Missjoni 4, il-Komponent 1; M5C1-15bis u M5C1-16 taħt l-Investiment 4 - Servizz Ċivili Universali taħt il-Missjoni 5, il-Komponent 1; M5C3-12 u d-deskrizzjoni tal-miżura taħt l-Investiment 1.4: Investimenti infrastrutturali għaż-Żona Ekonomika Speċjali taħt il-Missjoni 5, il-Komponent 3; M6C2-12 taħt l-Investiment 1.3: It-tisħiħ tal-infrastruttura teknoloġika u tal-għodod għall-ġbir tad-data, l-ipproċessar tad-data, l-analiżi tad-data u s-simulazzjoni taħt il-Missjoni 6, il-Komponent 2; M7-4 taħt ir-Riforma 2: Sussidji ta’ Ħsara Ambjentali, M7-14 u M7-15 taħt l-Investiment 4: Link Tirrenjana, M7-16 Investiment 5: SA.CO.I.3, M7-31 Investiment 11: It-tisħiħ tal-flotta ferrovjarja tat-trasport pubbliku reġjonali b’ferroviji b’emissjonijiet żero u servizz universali taħt il-Missjoni 7. Abbażi ta’ dan, l-Italja talbet li titneħħa informazzjoni ta’ sfond mhux meħtieġa jew elementi proċedurali li ma jikkontribwixxux għall-objettivi tal-miżuri, biex jiġi ċċarat li ċerti elementi huma relatati mal-objettivi jew mal-kuntest tal-miżuri, u biex jiġu ssimplifikati d-deskrizzjonijiet tal-miżuri jew tal-istadji importanti u l-miri li jikkawżaw piż amministrattiv mhux ġustifikat biex jintlaħqu l-objettivi tal-miżuri rispettivi. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(10)Wara l-emendi għall-miżuri skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/241, l-Italja talbet ukoll li jiżdiedu żewġ miżuri ġodda. Dan jikkonċerna l-mira M2C2-30 taħt il-miżura Investiment 4.5 - Programm ta’ tiġdid tal-flotta ta’ vetturi kummerċjali privati u ħfief b’vetturi elettriċi taħt il-Missjoni 2, il-Komponent 2 u l-istadji importanti M3C1-25 u M3C1-26 taħt ir-Riforma 1.3 - Spinta lill-effiċjenza tal-infrastruttura ferrovjarja fl-Italja taħt il-Missjoni 3, il-Komponent 1. Abbażi ta’ dan, l-Italja talbet li jiżdiedu l-istadji importanti u l-miri msemmija hawn fuq. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(11)Il-Kummissjoni tqis li r-raġunijiet ippreżentati mill-Italja jiġġustifikaw l-emenda/i skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2021/241, u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(12)Id-distribuzzjoni tal-istadji importanti u l-miri f’pagamenti parzjali jenħtieġ li tiġi modifikata biex tqis l-emendi għall-pjan u l-iskeda ta’ żmien indikattiva ppreżentata mill-Italja.

Korrezzjonijiet ta’ żbalji klerikali

(13)Ġew identifikati 11-il żball klerikali fit-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill, li jaffettwaw tmien stadji importanti u miri u seba’ miżuri taħt erba’ komponenti. Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tiġi emendata biex jiġu kkoreġuti dawn l-iżbalji klerikali li ma jirriflettux il-kontenut tal-RRP ippreżentat lill-Kummissjoni fit-30 ta’ April 2021 kif maqbul bejn il-Kummissjoni u l-Italja. Dawk l-iżbalji klerikali huma relatati ma’ M1C1-20 taħt il-miżura Investiment 1.5 – Ċibersigurtà, M1C1-139 u M1C1-147 taħt il-miżura Investiment 1.2 - Faċilitazzjoni tal-Cloud għal AP lokali, M1C1-140 taħt l-Investiment 1.4.1 - Esperjenza taċ-ċittadini - Titjib tal-kwalità u l-użabbiltà tas-servizzi pubbliċi diġitali, M1C1-143 taħt l-Investiment 1.6.4 - Diġitalizzazzjoni tal-Ministeru tad-Difiża taħt il-Missjoni 1, il-Komponent 1; M1C2-19 taħt l-Investiment 3.1: Gżejjer ekoloġiċi, M1C2-23 taħt il-miżura Investiment 4: It-teknoloġija tas-Satellita u l-Ekonomija Spazjali taħt il-Missjoni 1, il-Komponent 2; M2C4-22 u M2C4-23 taħt il-miżura Investiment 3.3 Naturalizzazzjoni mill-ġdid taż-żona Po, taħt il-Missjoni 2, il-Komponent 4; u d-deskrizzjoni tal-miżuri li ġejjin Investiment 1.3 - Data u interoperabbiltà taħt il-Missjoni 1, il-Komponent 1; Investiment 7 – Sport u Inklużjoni Soċjali taħt il-Missjoni 5, il-Komponent 2. Dawk il-korrezzjonijiet ma jaffettwawx l-implimentazzjoni tal-miżuri kkonċernati.

Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni

(14)Il-Kummissjoni vvalutat l-RRP emendat skont il-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2021/241.

Miżuri b’dimensjoni jew effett transfruntier jew multinazzjonali

(15)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (db), u mal-Anness V, il-kriterju 2.13 tar-Regolament (UE) 2021/241, il-miżuri inklużi fil-kapitolu REPowerEU huma mistennija fil-biċċa l-kbira (Klassifikazzjoni A) li jkollhom dimensjoni jew effett transfruntier jew multinazzjonali.

(16)L-emendi li jaffettwaw miżuri li għandhom dimensjoni jew livell transfruntier jew multinazzjonali jikkonċernaw l-Investiment 6 - Proġetti ta’ interkonnessjoni tal-elettriku transfruntiera bejn l-Italja u l-pajjiżi ġirien, taħt il-Missjoni 7. Il-kamp ta’ applikazzjoni limitat tal-emendi ma jibdilx il-valutazzjoni ġenerali ta’ dan il-kriterju.

Kontribuzzjoni għat-tranżizzjoni ekoloġika inkluża l-bijodiversità

(17)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (e), u mal-Anness V, il-kriterju 2.5, tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP emendat fih miżuri li jikkontribwixxu fil-biċċa l-kbira (Klassifikazzjoni A) għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluża l-bijodiversità, jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnha. Il-miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi jammontaw għal ammont li jirrappreżenta 39,5 % tal-allokazzjoni totali tal-RRP emendat u 75,7 % tal-kostijiet stmati totali tal-miżuri fil-kapitolu REPowerEU kkalkolat f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Anness VI tar-Regolament (UE) 2021/241. F’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP emendat huwa konsistenti mal-informazzjoni inkluża fil-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima 2021-2030.

(18)Il-modifiki għall-kontribuzzjoni għat-tranżizzjoni ekoloġika huma relatati maż-żieda fl-allokazzjoni għall-Investiment 1.4: L-iżvilupp tal-bijometan u t-tnaqqis korrispondenti fl-allokazzjoni tal-Investiment 3.2: l-użu tal-idroġenu fl-industrija li diffiċli sabiex titrażżan, it-tnejn taħt il-Missjoni 2, il-Komponent 2. Barra minn hekk, il-pakkett għall-Investiment 4.3 – Installazzjoni ta’ infrastrutturi tal-iċċarġjar tnaqqas, u l-ammont korrispondenti ġie allokat għall-Investiment 4.5 il-ġdid - Programm ta’ tiġdid tal-flotta ta’ vetturi kummerċjali privati u ħfief b’vetturi elettriċi, it-tnejn taħt il-Missjoni 2, il-Komponent 2. L-Investiment 7. Appoġġ għas-sistema ta’ produzzjoni għat-Tranżizzjoni Ekoloġika, Teknoloġiji b’Emissjonijiet Żero Netti, u l-kompetittività u r-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista strateġiċi taħt il-Missjoni 1, il-Komponent 2 ġie amalgamat taħt l-Investiment 5.1 – Rinnovabbli u Batteriji taħt il-Missjoni 2, il-Komponent 2. Tnaqqis limitat għal tliet miżuri li parzjalment ma għadhomx jistgħu jinkisbu minħabba interruzzjonijiet fil-katina tal-provvista taħt il-Missjoni 3, il-Komponent 1, l-Investiment 1.1 - Konnessjonijiet ferrovjarji b’veloċità għolja fin-Nofsinhar għall-passiġġieri, Investiment 1.2 - Linji ta’ veloċità għolja fit-Tramuntana li jikkonnettjaw mal-bqija tal-Ewropa, 1.3: Il-konnessjonijiet djagonali u l-merkanzija, ġew parzjalment ikkumpensati minn żieda fl-allokazzjoni tal-Investiment 1.9 Konnessjonijiet interreġjonali. B’mod ġenerali, minħabba l-kontenut differenti tal-ittaggjar klimatiku tal-miżura miżjuda u ta’ dawk imnaqqsa, il-modifiki għall-RRP tal-Italja jinvolvu żieda netta fil-kontribut ġenerali għall-mira klimatika tal-pjan b’0,1 % sa 39,5 % minn 39,4 %. L-ambitu limitat ta’ dawn l-emendi ma jibdilx il-valutazzjoni ġenerali ta’ dan il-kriterju.

Kontribuzzjoni għat-tranżizzjoni diġitali

(19)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (f), u mal-Anness V, il-kriterju 2.6, tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP emendat fih miżuri li jikkontribwixxu fil-biċċa l-kbira (Klassifikazzjoni А) għat-tranżizzjoni diġitali jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnha. Il-miżuri li jappoġġaw l-objettivi diġitali jammontaw għal ammont li jirrappreżenta 25,5 % tal-allokazzjoni totali tal-RRP emendat ikkalkolat f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament.

(20)L-emendi li jaffettwaw il-miżuri li għandhom dimensjoni diġitali jikkonċernaw biss ftit miżuri mill-Komponent 1 tal-Missjoni 1. Il-kamp ta’ applikazzjoni limitat tal-emendi ma jibdilx il-valutazzjoni ġenerali ta’ dan il-kriterju.

Estimi tal-prezzijiet

(21)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (i), u l-Anness V, il-kriterju 2.9, tar-Regolament (UE) 2021/241, il-ġustifikazzjoni pprovduta fl-RRP emendat dwar l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-RRP hija sa ċertu punt medju (Klassifikazzjoni B) raġonevoli u plawżibbli, hija konformi mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u hija proporzjonata mal-impatt ekonomiku u soċjali nazzjonali mistenni.

(22)L-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-RRP modifikat huwa konformi man-natura u mat-tip tar-riformi u l-investimenti previsti. B’riżultat ta’ dan, l-istimi tal-kostijiet għall-biċċa l-kbira tal-miżuri fl-RRP modifikat huma meqjusa raġonevoli u plawżibbli. L-Italja pprovdiet biżżejjed informazzjoni u evidenza li l-ammont tal-ispejjeż totali stmati mhuwiex kopert minn finanzjament eżistenti jew ippjanat tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, il-kost totali stmat tal-RRP modifikat huwa konformi mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u huwa proporzjonat mal-impatt ekonomiku u soċjali nazzjonali mistenni. Għalhekk, il-klassifikazzjoni B hija ġġustifikata għall-RRP modifikat.

Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ valutazzjoni

(23)Il-Kummissjoni tqis li l-emendi mressqa mill-Italja ma jaffettwawx il-valutazzjoni pożittiva tal-RRP stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill ST 10160/21 INIT; ST 10160/21 ADD 1 REV 2 tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-RRP għall-Italja rigward ir-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza u l-koerenza tal-RRP mal-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 19(3), il-punti (a), (b), (c), (d), (da), (g), (h), (j) u (k).

Miżuri li jappoġġaw operazzjonijiet ta’ investiment li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP, Strategic Technologies for Europe Platform)

(24)F’konformità mal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2024/795, l-Italja qieset bħala kwistjoni ta’ prijorità proġetti li ngħataw Siġill tas-Sovranità skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2024/795. Madankollu, l-Italja qieset li l-ebda proġett li ngħata Siġill tas-Sovranità ma kellu jiġi inkluż fl-RRP emendat, minħabba li l-evalwazzjoni tal-konformità ta’ tali proġetti mar-regolament RRF u mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għadha għaddejja u l-inklużjoni tagħhom f’dan l-istadju tkun prematura, peress li l-eliġibbiltà tagħhom għadha ma ġietx ivverifikata bis-sħiħ. 

Valutazzjoni pożittiva

(25)Wara l-valutazzjoni pożittiva mill-Kummissjoni tal-RRP emendat fejn instab li l-RRP jikkonforma b’mod sodisfaċenti mal-kriterji għall-valutazzjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/241, f’konformità mal-Artikolu 20(2) u l-Anness V ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-riformi u l-proġetti ta’ investiment meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-RRP emendat, l-istadji importanti, il-miri u l-indikaturi rilevanti, u l-ammont li għandu jsir disponibbli mill-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-RRP emendat fil-forma ta’ appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli.

Kontribuzzjoni finanzjarja

(26)Il-kostijiet totali stmati tal-RRP emendat tal-Italja huma ta’ EUR 194 415 941 466. Peress li l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-RRP emendat huwa ogħla mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima aġġornata disponibbli għall-Italja, il-kontribuzzjoni finanzjarja ddeterminata f’konformità mal-Artikolu 20(4) u 21a(6) allokata għall-RRP emendat tal-Italja jenħtieġ li tkun ugwali għal EUR 71 779 623 788.

Għoti ta’ self

(27)L-appoġġ b’self li sar disponibbli għall-Italja li jammonta għal EUR 122 601 810 400 jibqa’ l-istess.

(28)Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill ST 10160/21 INIT; ST 10160/21 ADD 1 REV 2 tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-RRP għall-Italja jiġi emendat skont dan. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, l-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill jenħtieġ li jiġi sostitwit kompletament,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Italja hija emendata kif ġej:

(1) l-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-RRP

Il-valutazzjoni tal-RRP modifikat tal-Italja fuq il-bażi tal-kriterji previsti fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2021/241 hija approvata. Ir-riformi u l-proġetti ta’ investiment skont l-RRP, l-arranġamenti u l-iskeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-RRP, inklużi l-istadji importanti u l-miri rilevanti u l-istadji importanti u l-miri addizzjonali relatati mal-pagament ta’ appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli, l-indikaturi rilevanti relatati mal-issodisfar tal-istadji importanti u l-miri previsti, u l-arranġamenti għall-għoti ta’ aċċess sħiħ mill-Kummissjoni għad-data rilevanti sottostanti huma stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.”;

(2) l-Anness huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni:

Artikolu 2
Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17.
(2)    ST 10160/21 INIT; ST 10160/21 ADD 1 REV 2.
(3)    ST 12259/23 INIT.
(4)    ST 16051/23 INIT; ST 16051/23 ADD 1; ST 16051/23 ADD 1 REV 1 (ga).
(5)    ST 9399/24 INIT; ST 9399/24 ADD 1.
(6)    ST 15114/24 INIT; ST 15114 ADD 1 REV 1.