IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 18.5.2026
COM(2026) 239 final
2026/0118(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
li tawtorizza appoġġ lill-Ukrajna mir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 18.5.2026
COM(2026) 239 final
2026/0118(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
li tawtorizza appoġġ lill-Ukrajna mir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà
2026/0118 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
li tawtorizza appoġġ lill-Ukrajna mir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Having regard to Regulation (EU) 2025/38 of the European Parliament and of the Council of 19 December 2024 laying down measures to strengthen solidarity and capacities in the Union to detect, prepare for and respond to cyber threats and incidents and amending Regulation (EU) 2021/694 (Cyber Solidarity Act) 1 , and in particular Article 19 (4) thereof,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Fit-23 ta’ Ġunju 2022, il-Kunsill Ewropew ta lill-Ukrajna l-istatus ta’ pajjiż kandidat. Id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq l-issodisfar mill-Ukrajna tal-kundizzjonijiet speċifikati fl-opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Ġunju 2022 dwar l-applikazzjoni għas-sħubija tal-Ukrajna. Fl-14 ta’ Diċembru 2023, il-Kunsill Ewropew iddeċieda li jiftaħ in-negozjati tal-adeżjoni mal-Ukrajna, wara r-rakkomandazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni.
(2)Fid-19 ta’ Diċembru 2024, il-Kunsill Ewropew afferma mill-ġdid l-appoġġ sod tiegħu għas-sovranità u għall-integrità territorjali tal-Ukrajna, filwaqt li enfasizza l-għoti ta’ appoġġ politiku, finanzjarju, ekonomiku, umanitarju, militari u diplomatiku sakemm ikun meħtieġ. Dawn l-azzjonijiet jenfasizzaw id-dedikazzjoni tal-Unjoni biex tinżamm is-sigurtà Ewropea, u juru li l-appoġġ għall-Ukrajna huwa integrali għall-objettivi tas-sigurtà tal-Unjoni.
(3)L-inċidenti ċibernetiċi qed ikomplu jikkawżaw impatt ekonomiku u soċjetali kemm fl-Unjoni kollha kif ukoll fil-livell dinji. It-theddid ċibernetiku qed jevolvi b’mod partikolarment rapidu f’ċerti pajjiżi kandidati tal-Unjoni fejn inċidenti ċibernetiċi possibbli sinifikanti jew fuq skala kbira għandhom il-potenzjal li jfixklu u jagħmlu ħsara lill-infrastruttura kritika, jinterferixxu mal-funzjonament tajjeb tal-ekonomija u tal-istituzzjonijiet jew joħolqu riskji serji għas-sigurtà u għas-sikurezza pubblika għall-entitajiet u għaċ-ċittadini. F’dak il-kuntest, l-attakki ċibernetiċi jistgħu jikkawżaw ukoll aktar tensjoni ġeopolitika u jheddu l-infrastruttura kritika, il-proċessi demokratiċi u l-infrastruttura elettorali.
(4)Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kellha impatt detrimentali u ta’ tfixkil fuq in-network u s-sistemi tal-informazzjoni Ukreni ta’ servizzi essenzjali, bħar-Reġistri tal-Istat Ukreni u l-ferroviji. L-aggressjoni militari kienet akkumpanjata minn attakki ċibernetiċi kostanti tar-Russja fuq l-infrastruttura kritika tal-Ukrajna, inkluż l-attakk immirat lejn in-network satellitari KA-SAT, proprjetà ta’ Viasat, lejlet l-invażjoni fuq skala sħiħa fi Frar 2022.
(5)Filwaqt li titqies in-natura imprevedibbli tal-attakki ċibernetiċi, il-fatt li dawn spiss ma jkunux ristretti għal xi żona ġeografika speċifika, u l-fatt li joħolqu riskju għoli ta’ effetti konsegwenzjali, it-tisħiħ tar-reżiljenza tal-pajjiżi ġirien u tal-kapaċità tagħhom li jirrispondu b’mod effettiv għall-inċidenti ċibernetiċi sinifikanti u fuq skala kbira jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-Unjoni, b’mod partikolari tas-suq intern u l-industrija, b’mod ġenerali. Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2025/38 jipprevedi li l-pajjiżi terzi li huma parti għal ftehim ta’ assoċjazzjoni mal-Unjoni li jippermetti l-parteċipazzjoni tagħhom fil-programm Ewropa Diġitali (id-“DEP”) (“pajjiżi terzi assoċjati mad-DEP”) jistgħu jiġu appoġġati mir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà (“ir-Riżerva”), fit-territorji kollha tagħhom jew f’parti minnhom, meta dan ikun previst fil-ftehim li jassoċja lill-pajjiż terz mad-DEP.
(6)F’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2025/38, pajjiż terz huwa eliġibbli biss għal appoġġ mir-Riżerva meta dan ikun speċifikament previst fil-ftehim li jassoċja lil dak il-pajjiż mad-DEP. Barra minn hekk, tali pajjiżi terzi jenħtieġ li jibqgħu eliġibbli biss sakemm jiġu ssodisfati tliet kriterji stabbiliti fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2025/38. L-ewwel nett, il-pajjiż terz irid jikkonforma bis-sħiħ mat-termini rilevanti ta’ dak il-ftehim. It-tieni, minħabba n-natura komplementari tar-Riżerva, il-pajjiż terz irid ikun ħa passi xierqa biex iħejji għal inċidenti ċibernetiċi sinifikanti jew ekwivalenti fuq skala kbira. It-tielet, l-għoti ta’ appoġġ mir-Riżerva jrid ikun konsistenti mal-politika tal-Unjoni fil-konfront ta’ dak il-pajjiż u tar-relazzjonijiet ġenerali miegħu, u mal-politiki l-oħra tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà.
(7)L-Ukrajna hija parti għal ftehim ta’ assoċjazzjoni mal-Unjoni Ewropea dwar il-parteċipazzjoni fil-programm Ewropa Diġitali (2021–2027), iffirmat fil-5 ta’ Settembru 2022. F’konformità mal-Artikolu 1 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mad-DEP, l-Ukrajna titħalla tipparteċipa fid-DEP, inkluż li tiġi appoġġata mir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà. Il-ftehim jinkludi dispożizzjonijiet li jeżiġu li l-Ukrajna tikkonforma mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 19(2) u (9) tar-Regolament (UE) 2025/38.
(8)L-għoti ta’ appoġġ lill-pajjiżi terzi assoċjati mad-DEP jista’ jaffettwa r-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi u l-politika ta’ sigurtà tal-Unjoni, inkluż fil-kuntest tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni u l-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni. Il-Kunsill jaġixxi abbażi ta’ proposta tal-Kummissjoni, filwaqt li jqis kif xieraq il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tat-tliet kriterji msemmija fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2025/38.
(9)L-Unjoni stabbiliet firxa ta’ mekkaniżmi, strumenti ta’ finanzjament, u faċilitajiet biex tappoġġa s-sigurtà, id-difiża u r-reżiljenza tal-Ukrajna, inkluż il-Faċilità Ewropea għall-Paċi li tiffinanzja l-appoġġ militari, u l-Fond ta’ Assistenza għall-Ukrajna mniedi fl-2024. Nediet ukoll il-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-UE fl-Ukrajna fl-2022 biex tħarreġ lill-Forzi Armati Ukreni u ssaħħaħ il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna li ilha topera mill-2014. Flimkien, dawk l-inizjattivi kollha jsawru rispons koordinat u robust biex jissaħħu s-sigurtà, id-difiża u r-reżiljenza tal-Ukrajna. F’Ġunju 2024, l-Unjoni u l-Ukrajna adottaw Impenji Konġunti ta’ Sigurtà, fejn iż-żewġ partijiet affermaw inter alia li jsaħħu l-kooperazzjoni dwar ir-reżiljenza b’enfasi fuq il-ġlieda kontra t-theddid ibridu u ċibernetiku, il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenzi mill-barranin, kif ukoll il-protezzjoni tal-infrastruttura kritika. Id-Djalogu Ċibernetiku bejn l-UE u l-Ukrajna stabbilit fl-2022 għadu pjattaforma ċentrali biex tiġi indirizzata l-kooperazzjoni politika u teknika dwar kwistjonijiet ċibernetiċi.
(10)Il-Kummissjoni vvalutat fir-rigward tal-Ukrajna t-tliet kriterji stabbiliti fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2025/38 u tqishom issodisfati. Meta wettqet din il-valutazzjoni, ikkonsultat ukoll lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.
(11)F’konformità mal-Artikolu 19(6) tar-Regolament (UE) 2025/38, il-valutazzjoni tal-Kunsill hija li l-Ukrajna qed tikkonforma mat-termini rilevanti tal-ftehim li jassoċja lil dak il-pajjiż mad-DEP u ħadet passi adegwati biex tħejji għal inċidenti ċibernetiċi sinifikanti u għal inċidenti ċibernetiċi ekwivalenti fuq skala kbira. Barra minn hekk, il-valutazzjoni tal-Kunsill hija li l-għoti ta’ appoġġ mir-Riżerva huwa konsistenti mal-politika tal-Unjoni fil-konfront tal-Ukrajna u tar-relazzjonijiet ġenerali magħha, u huwa konsistenti ma’ politiki oħra tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà, b’mod partikolari l-fatturi msemmija fil-premessa 8.
(12)Għalhekk, jenħtieġ li jiġi awtorizzat l-appoġġ lill-Ukrajna mir-Riżerva.
(13)Sabiex jiġi żgurat li tkun tista’ tingħata assistenza immedjata skont il-kriterji stabbiliti fl-att bażiku, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ b’urġenza. Sabiex ikun jista’ jingħata appoġġ adegwat u f’waqtu, jenħtieġ li d-Deċiżjoni tapplika għal sena.
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna mir-Riżerva tal-UE għaċ-Ċibersigurtà skont it-tifsira tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2025/38 huwa awtorizzat.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ + sena waħda].
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President