<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑260/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0260</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:257">EU:C:2015:257</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20150423">23.4.2015</DATE> — KAWŻA C‑260/13</P><P>AYKUL</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20150423">23 ta’ April 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/126/KE</KEYWORD><KEYWORD>Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut ta’ Stat Membru li jirrikonoxxi, lil persuna li saqet taħt l-influwenza ta’ sustanzi narkotiċi, il-validità ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑260/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Verwaltungsgericht Sigmaringen (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20130430">30 ta’ April 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20130513">13 ta’ Mejju 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Sevda Aykul</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Land Baden-Württemberg,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il‑Ħames Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, C. Vajda, A. Rosas (Relatur), E. Juhász u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20140619">19 ta’ Ġunju 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal S. Aykul, minn G. Heinzle, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn S. Varone, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Braun u N. Yerrell, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 2(1) u 11(2) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20061220">20 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="403" PAGE.FIRST="18" DATE.PUB="2006">ĠU L 403, p. 18</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn S. Aykul, ċittadina Awstrijaka, detentur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa mir-Repubblika tal-Awstrija, u l-Land Baden-Württemberg, rigward deċiżjoni li tirrifjutalha d-dritt li tagħmel użu mill-liċenzja tas-sewqan tagħha fit-territorju Ġermaniż.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2006/126</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessa 2 tad-Direttiva 2006/126:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Ir-regoli dwar il-liċenzji tas-sewqan huma essenzjali fl-implementazzjoni tal-politika tat-trasport komuni, jikkontribwixxu għat-titjib tas-sigurtà fit-toroq, u jiffaċilitaw il-moviment liberu ta’ persuni li jkunu sejrin jagħmlu r-residenza tagħhom fi Stat Membru differenti minn dak fejn tkun inħarġet il-liċenzja. Fid-dawl ta’ l-importanza tat-trasport fuq il-bażi ta’ mezzi individwali, il-pussess ta’ liċenzja tas-sewqan debitament rikonoxxuta mill-Istat Membru ospitanti tippromovi l-moviment liberu u l-libertà ta’ l-istabbiliment ta’ persuni. [...]<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont il-premessa 8 ta’ din id-direttiva, għall-finijiet tas-sigurtà fit-toroq, għandhom jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi għall-ħruġ ta’ liċenzja tas-sewqan.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-premessa 15 tal-istess direttiva tistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Għall-finijiet tas-sigurtà fit-toroq, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom fir-rigward ta’ l-irtirar, tas-sospensjoni, tat-tiġdid tal-kanċellazzjoni ta’ liċenzji tas-sewqan lid-detenturi kollha ta’ liċenzja li jkunu kisbu r-residenza normali fit-territorju tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/126, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>[i]l-liċenzji tas-sewqan maħruġa mill-Istati Membri għandhom jingħataw rikonoxximent reċiproku<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-liċenzji tas-sewqan għandhom jinħarġu biss lil dawk l-applikanti:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li jkunu għaddew minn test ta’ ħila u ta’ komportament u minn test teoriku u li jissodisfaw l-istandards mediċi, skond il-dispożizzjonijiet ta’ l-Annessi II u III;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>li jkollhom ir-residenza normali tagħhom fit-territorju ta’ l-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja, jew li jkunu jistgħu jipproduċu prova li kienu ilhom jistudjaw hemmhekk għal mill-inqas sitt xhur.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[...]</P><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="007.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>[...]</ALINEA><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, Stat Membru li joħroġ liċenzja għandu japplika d-diliġenza dovuta sabiex jiżgura li l-persuna tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u għandu japplika d-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu dwar il-kanċellament jew l-irtirar tad-dritt tas-sewqan jekk jiġi stabbilit li liċenzja ġiet maħruġa mingħajr ma ġew sodisfatti r-rekwiżiti.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/126 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Suġġett għall-osservanza tal-prinċipju tat-territorjalità tal-liġijiet kriminali u tal-pulizija, l-Istat Membru tar-residenza normali jista’ japplika d-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu dwar ir-restrizzjoni, is-sospensjoni, l-irtirar jew il-kanċellament tad-dritt tas-sewqan lid-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor u, jekk meħtieġ, jissostitwixxi l-liċenzja għal dak il-għan.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="011.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Stat Membru għandu jirrifjuta li joħroġ liċenzja tas-sewqan lil applikant li jkollu l-liċenzja tas-sewqan tiegħu ristretta, sospiża jew irtirata fi Stat Membru ieħor.</ALINEA><ALINEA>Stat Membru għandu jirrifjuta li jirrikonoxxi l-validità ta’ kull liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor lil persuna li l-liċenzja tas-sewqan tiegħu ġiet ristretta, sospiża jew irtirata fit-territorju ta’ l-Istat preċedenti.</ALINEA><ALINEA>Stat Membru jista’ wkoll jirrifjuta li joħroġ liċenzja tas-sewqan lil applikant li li jkollu l-liċenzja tas-sewqan tiegħu kanċellata fi Stat Membru ieħor.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>residenza normali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser il-post fejn persuna tgħix normalment, jiġifieri għall-inqas għal 185 jum f’kull sena kalendarja, minħabba rabtiet personali u ta’ xogħol, jew, fil-każ ta’ persuna li ma jkollhiex rabtiet ta’ xogħol, minħabba r-rabtiet personali li juru rabtiet mill-qrib bejn dik il-persuna u l-post fejn tgħix.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 16(1) u (2) tal-istess direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, mhux aktar tard minn 19 ta’ Janua 2011, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ l-Artikolu 1(1), l-Artikolu 3, l-Artikolu 4(1), (2), (3) u (4)(b) sa (k), l-Artikolu 6(1), (2)(a), (ċ), (d) u (e), l-Artikolu 7(1)(b), (ċ) u (d), (2), (3) u (5), l-Artikolu 8, l-Artikolu 10, l-Artikolu 13, l-Artikolu 14, l-Artikolu 15, u l-Annessi I, punt 2, II, punt 5.2 dwar il-Kategoriji A1, A2 u A, IV, V u VI. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjoniet.</ALINEA><PARAG IDENTIFIER="016.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Huma għadhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn 19 ta’ Janua 2013.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2006/126 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Id-Direttiva 91/439/KEE [tal-Kunsill tad-<DATE ISO="19910729">29 ta’ Lulju 1991</DATE>, dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 317)] hija b’dan imħassra b’effett minn 19 ta’ Januar 2013, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ l-iskadenzi indikati fil-Parti B ta’ l-Anness VII għat-traspożizzjoni ta’ dik id-Direttiva fil-liġi nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 ta’ din id-Direttiva 2006/126 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.</ALINEA><ALINEA>L-Artikolu 2(1), l-Artikolu 5, l-Artikolu 6(2)(b), l-Artikolu 7(1)(a), l-Artikolu 9, l-Artikolu 11(1), (3), (4), (5) u (6), l-Artikolu 12 u l-Annessi I, II u III għandhom japplikaw minn <DATE ISO="20090119">19 ta’ Jannar 2009</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 91/439</P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 91/439, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>[l]-Istati Membri għandhom idaħħlu liċenzja nazzjonali tas-sewqan imsejsa fuq il-mudell Komunitarju deskritt fl-Anness I, skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għat-tħaris tal-prinċipju tat-territorjalità tal-liġijiet kriminali u tal-pulizija, l-Istati Membri tar-residenza normali jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom dwar ir-restrizzjoni, is-sospensjoni, l-irtirar jew it-tħassir tad-dritt tas-sewqan fuq il-possessur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor u, jekk meħtieġ, jibdlu l-liċenzja b’dan il-għan.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="008.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Stat Membru jista’ jirrifjuta li jirrikonoxxi l-validità ta’ kull liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor lill-persuna li tkun, fit-territorju ta’ l-Istat ta’ qabel, bla ħsara għal waħda mill-miżuri riferiti fil-paragrafu 2.</ALINEA><ALINEA>Stat Membru jista’ l-istess jirrifjuta li joħroġ liċenzja tas-sewqan lil applikant li jkun bla ħsara għal din il-miżura fi Stat Membru ieħor.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-liġi dwar it-traffiku fit-toroq (Straßenverkehrsgesetz, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>StVG<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), fil-verżjoni tiegħu ċċitata mill-qorti tar-rinviju jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Kull persuna li ssuq vettura bil-mutur fi triq pubblika għandha jkollha liċenzja (liċenzja tas-sewqan) maħruġa mill-amministrazzjoni kompetenti (amministrazzjoni tal-liċenzji tas-sewqan). [...]</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="002.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA>Tkun kapaċi li ssuq vetturi bil-mutur kull persuna li tissodisfa l‑kundizzjonijiet fiżiċi u mentali neċessarji għal dan il-għan u li ma tkunx kisret b’mod gravi jew ripetut id-dispożizzjonijiet dwar it-traffiku fit‑toroq jew dispożizzjonijiet kriminali. [...]</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="002.011"><NO.PARAG>(11)</NO.PARAG><ALINEA>Skont dispożizzjonijiet iktar iddettaljati previsti mil-liġi […], il‑liċenzji tas-sewqan barranin jagħtu wkoll dritt għal sewqan ta’ vetturi bil-mutur fit-territorju nazzjonali.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tas-StVG, fil-verżjoni tiegħu ċċitata mill-qorti tar-rinviju, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Irtirar tal-liċenzja tas‑sewqan<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Meta persuna titqies li ma għandhiex il-ħila jew il-kapaċità għas‑sewqan tal-vetturi bil-mutur, l-amministrazzjoni tal-liċenzja tas‑sewqan għandha tirtiralha l-liċenzja tas-sewqan tagħha. F’każ ta’ liċenzja tas-sewqan barranija, l-irtirar — anki meta jseħħ skont dispożizzjonijiet oħra — għandu l-effett ta’ rifjut ta’ rikonoxximent tad‑dritt li jsir użu minn din il-liċenzja tas-sewqan fit-territorju nazzjonali. [...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>L-irtirar itemm l-awtorizzazzjoni tas-sewqan. F’każ ta’ liċenzja tas‑sewqan barranija, l-irtirar itemm id-dritt ta’ sewqan tal-vetturi bil‑mutur fit-territorju nazzjonali. [...]</ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 29 tas-StVG, fil-verżjoni tiegħu ċċitata mill-Gvern Ġermaniż fit-tweġiba bil-miktub tiegħu għal mistoqsija magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Termini għat-tħassir<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="029.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>L-iskrizzjonijiet irreġistrati fir-reġistru jitħassru wara l-iskadenza tat-termini stabbiliti fit-tieni fażi. It-termini għat-tħassir huma:</P><P>[...]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="029.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>[ta’] ħames snin</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>f’każ ta’ deċiżjoni li tirrigwarda reat kriminali (<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Straftat<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/>), bla ħsara għan-numru (3)(a),</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>f’każ ta’ deċiżjoni dwar ksur amministrattiv [...] assoċjat ma’ żewġ punti inkwantu ksur amministrattiv li jaffettwa s-sigurtà fit‑toroq jew inkwantu ksur amministrattiv ekwivalenti,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>f’każ ta’ projbizzjonijiet jew ta’ limitazzjonijiet tas-sewqan ta’ vettura mingħajr liċenzja li jkunu ngħataw mill-awtoritajiet kompetenti skont il-leġiżlazzjoni tal-Land.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>f’każ ta’ komunikazzjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni f’seminar dwar kapaċità għas-sewqan, f’seminar ta’ perfezzjonament, f’seminar speċjali ta’ perfezzjonament jew konsultazzjoni ta’ psikoloġija tas-sewqan.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(1) tar-Regolament dwar l-aċċess tal-persuni għat-traffiku fit-toroq (Verordnung über die Zulassung von Personen zum Straßenverkehr) fil-verżjoni tiegħu ċċitata mill-qorti tar-rinviju (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>FeV<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Kapaċità<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuni li japplikaw għal liċenzja tas-sewqan għandhom jissodisfaw il‑kundizzjonijiet fiżiċi u mentali neċessarji għal dan il-għan. B’mod partikolari l-kundizzjonijiet ma humiex issodisfatti meta teżisti marda jew jeżisti nuqqas previsti fl-Anness 4 jew fl-Anness 5 li jeskludu l-kapaċità jew il-kapaċità parzjali għas-sewqan ta’ vetturi bil-mutur. [...]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Anness 4 tal-Artikolu 11 tal-FeV huwa għalhekk ifformulat:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Osservazzjoni preliminari</P></TI></TITLE><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-lista li ġejja tinkludi mard jew insuffiċjenzi frekwenti li jistgħu jaffettwaw jew jeskludu għal tul twil ta’ żmien il-kapaċità għas-sewqan ta’ vetturi bil-mutur.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="011.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-evalwazzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-każ normali. Korrezzjonijiet huma possibbli skont predispożizzjoni umana speċifika, tal-abitudni, ta’ perċezzjoni speċifka jew ta’ metodi speċifiċi ta’ kontroll u ta’ adattament tal-aġir. [...]</ALINEA></PARAG><P><TBL NO.SEQ="0001" COLS="3" CLASS="GEN"><CORPUS><ROW><CELL COL="1">N<HT TYPE="SUP">o</HT></CELL><CELL COL="2">Mard, insuffiċjenzi</CELL><CELL COL="3"><P>Kapaċità jew kapaċità limitata</P><P>kategoriji [...] B [...]</P></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[...]</CELL><CELL COL="2">[...]</CELL><CELL COL="3">[...]</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">9.2</CELL><CELL COL="2">Użu ta’ kannabis</CELL><CELL COL="3"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">9.2.1.</CELL><CELL COL="2">Użi regolari ta’ kannabis</CELL><CELL COL="3">Le</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">9.2.2</CELL><CELL COL="2">Użu okkażjonali ta’ kannabis</CELL><CELL COL="3"><P>Iva</P><P>Jekk dissoċjazzjoni tax-xorb mis-sewqan u assenza ta’ użu supplimentari ta’ alkoħol jew ta’ sustanzi psikoattivi, assenza ta’ disturbi fil-personalità, assenza ta’ telf ta’ kontroll</P></CELL></ROW></CORPUS></TBL><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></P></GR.SEQ></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Artikolu 29 tal-FeV, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Liċenzji tas-sewqan barranin<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="029.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Id-detenturi ta’ liċenzja tas-sewqan barranija jistgħu, fil-limitu awtorizzat mil-liċenzja tagħhom, isuqu vetturi bil-mutur fit-territorju nazzjonali meta ma jkollhomx residenza normali fih fis-sens tal-Artikolu 7. [...]</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="029.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA><P>L-awtorizzazzjoni, skont il-paragrafu (1), ma tapplikax għad‑detenturi ta’ liċenzja tas-sewqan barranija,</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>li l-awtorizzazzjoni tas-sewqan fit-territorju nazzjonali ġiet irtirata provviżorjament jew definittivament lilhom minn qorti jew b’mod immedjatament eżekuttiv jew permanenti minn awtorità amministrattiva [...]</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="029.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA>Wara l-adozzjoni ta’ waħda mid-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti 3 u 4 tal‑paragrafu (3), id-dritt tal-użu ta’ liċenzja tas-sewqan barranija fit‑territorju nazzjonali jingħata, fuq talba, meta r-raġunijiet tal-irtirar ma jkunux għadhom jeżistu.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Artikolu 46 tal-FeV, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Irtirar, limitazzjonijiet, kundizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="046.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk id-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan jinsab li ma huwiex kapaċi għas-sewqan ta’ vetturi bil-mutur, l-amministrazzjoni tal-liċenzji tas‑sewqan għandha tirtira l-liċenzja tiegħu. Dan japplika b’mod partikolari meta jeżistu mard jew insuffiċjenzi previsti fl-Annessi 4, 5 u 6 jew meta d-dispożizzjonijiet tad-dritt tat-traffiku fit-toroq jew tal-liġijiet kriminali jkunu ġew miksura b’mod gravi jew ripetut u li dan jeskludi l-kapaċità għas-sewqan tal-vetturi bil-mutur.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="046.005"><NO.PARAG>(5)</NO.PARAG><ALINEA>F’każ ta’ liċenzja tas-sewqan barranija, l-irtirar għandu l-effett ta’ rifjut ta’ rikonoxximent tad-dritt tal-użu ta’ din il-liċenzja tas‑sewqan fit-territorju nazzjonali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="046.006"><NO.PARAG>(6)</NO.PARAG><ALINEA>L-irtirar itemm il-liċenzja tas-sewqan. F’każ ta’ liċenzja tas-sewqan barranija, dan itemm id-dritt tas-sewqan tal-vetturi bil-mutur fit‑territorju nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>S. Aykul, ċittadina Awstrijaka mwielda fis-<DATE ISO="19801117">17 ta’ Novembru 1980</DATE>, sa mit-twelid tagħha għandha r-residenza normali tagħha, fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/126, fl-Awstrija. Il-Bezirkshauptmannschaft Bregenz (awtorità amministrattiva tad-distrett awtonomu ta’ Bregenz, l-Awstrija), ħarġet fir-rigward tagħha, fid-<DATE ISO="20071019">19 ta’ Ottubru 2007</DATE>, liċenzja tas-sewqan.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20120511">11 ta’ Mejju 2012</DATE>. S. Aykul ġiet suġġetta, f’Leutkirch (il‑Ġermanja), għal kontroll tal-pulizija. Peress li sinjali ħallew x’jaħsbu l-użu, mill-persuna kkonċernata, ta’ sustanzi narkotiċi, hija ġiet suġġetta għal test tal-awrina, li żvela l-eżistenza ta’ konsum ta’ kannabis. Sar għalhekk test ta’ kampjun tad-demm fl-istess jum, fil-<DATE ISO="20120511">11 ta’ Mejju 2012</DATE>, u l-analiżi ta’ dan it-teħid ikkonfermat il-preżenza ta’ dderivati tal-kannabis fid-demm ta’ S. Aykul.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20120704">4 ta’ Lulju 2012</DATE>, il-Prosekutur ta’ Ravensburg (il-Ġermanja) għalaq il-proċeduri ta’ investigazzjoni kriminali li kienu nfetħu kontra S. Aykul.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni rigward multi tal-komun ta’ Leutkrich tat-<DATE ISO="20120718">18 ta’ Lulju 2012</DATE>, S. Aykul ġiet ikkundannata għal multa ta’ EUR 590.80 talli saqet vettura taħt l-influwenza ta’ sustanzi narkotiċi u għal projbizzjoni mis-sewqan għal tul ta’ xahar.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20120917">17 ta’ Settembru 2012</DATE>, il-Landratsamt Ravensburg (servizzi amministrattivi tal-kostitwenza ta’ Ravensburg, il-Ġermanja) irtirat il-liċenzja tas-sewqan Awstrijaka ta’ S. Aykul fit-territorju Ġermaniż. Fil-fatt, skont il-Landratsamt Ravensburg, S. Aykul kienet irriżultat inkapaċi għas-sewqan ta’ vetturi bil-mutur, peress li l-analiżi ta’ kampjun tad-demm li seħħet fil-<DATE ISO="20120511">11 ta’ Mejju 2012</DATE> kienet uriet b’mod ċar l-eżistenza, fir-rigward tal-persuna kkonċernata, tal-użu tal-inqas okkażjonali ta’ kannabis u li hija kienet saqet vettura bil-mutur taħt l-influwenza ta’ din is-sustanza narkotika. Għalhekk, S. Aukul ma kinitx fil-pożizzjoni li tiddissoċja s-sewqan mill-użu ta’ sustanzi narkotiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fl-anness tad-deċiżjoni tagħha tas-<DATE ISO="20120917">17 ta’ Settembru 2012</DATE>, il-Landratsamt Ravensburg madankollu informat lil S. Aykul li hija tista’ fil-futur titlob l-awtorizzazzjoni sabiex issuq mill-ġdid fil-Ġermanja, billi tipproduċi rapport mediku-psikoloġiku magħmul minn ċentru ta’ kontroll tal-kapaċità għas-sewqan uffiċjalment irrikonoxxut fil-Ġermanja u li jistabbilixxi l-kapaċità għas-sewqan tagħha ta’ vetturi bil-mutur. Il-Landratsamt Ravensburg ippreċiżat ukoll li l-istabbiliment ta’ rapport ta’ din in-natura kien, ġeneralment, suġġett għall-prova tal-astinenza, tal-persuna kkonċernata, minn kwalunkwe konsum ta’ sustanzi narkotiċi matul tul ta’ sena.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20121019">19 ta’ Ottubru 2012</DATE>, S. Aykul ressqet ilment kontra d-deċiżjoni tal-Landratsamt Ravensburg tas-<DATE ISO="20120917">17 ta’ Settembru 2012</DATE>. Hija esponiet essenzjalment li l-awtoritajiet Ġermaniżi kienu eżawrixxew il-kompetenza tagħhom meta adottaw id-deċiżjoni fil-qasam ta’ multa tat-<DATE ISO="20120718">18 ta’ Lulju 2012</DATE> u li, skont id-dritt tal-Unjoni, ma kinux dawn l-awtoritajiet li kellhom jivverifikaw il-kapaċità għas-sewqan tagħha ta’ vetturi bil-mutur, peress li din il-missjoni taqa’, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, taħt il-kompetenza biss tal-Istat Membru ta’ ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan tagħha, jiġifieri r-Repubblika tal-Awstrija.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Bezirkshauptmannschaft Bregenz, informata bil-kawża mil-Landratsamt Ravensburg, iddikjarat li l-kundizzjonijiet meħtieġa mil-liġi Awstrijaka sabiex l-awtoritajiet jistgħu jintervjenu kontra S. Aykul ma kinux issodisfatti, peress li t-tabib li kien wettaq it-test tal-kampjun tad-demm fil-<DATE ISO="20120511">11 ta’ Mejju 2012</DATE> kien indika fil-fajl mediku tiegħu li hija ma wriet ebda sinjal sinjifikattiv li kienet taħt l-influwenza ta’ sustanzi narkotiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20121220">20 ta’ Diċembru 2012</DATE>, ir-Regierungspräsidium Tübingen (subdiviżjoni amministrattiva ta’ Tübingen, il-Ġermanja) ċaħdet l-ilment imressaq minn S. Aykul kontra d-deċiżjoni tal-Landratsamt Ravensburg tas-<DATE ISO="20120917">17 ta’ Settembru 2012</DATE>. Din b’mod partikolari indikat li assenza ta’ intervent mill-awtoritajiet Ġermaniżi fil-każijiet ta’ sewqan taħt l-influwenza ta’ sustanzi narkotiċi ma kinitx kompatibbli mal-għan li għandu jintlaħaq mid-Direttiva 91/439, li kien jikkonsisti li tiġi żgurata s-sigurtà fit-toroq. Ir-Regierungspräsidium Tübingen żiedet li, kuntrarjament għal dak li sostniet S. Aykul, l-Artikolu 8(2) ta’ din id-direttiva ma kienx jipprekludi li l-liċenzja tas-sewqan tal-persuna kkonċernata tiġi rtirata, filwaqt li ppreċiżat li tali miżura kienet tidher fost dawk li Stat Membru jista’ jadotta abbażi tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(4) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20130125">25 ta’ Jannar 2013</DATE>, S. Aykul ippreżentat rikors dwar il-mertu kontra d-deċiżjoni tal-Landratsamt Ravensburg tas-<DATE ISO="20120917">17 ta’ Settembru 2012</DATE> quddiem il-Verwaltungsgericht Sigmaringen (tribunal amministrattiv ta’ Sigmaringen, il-Ġermanja), fejn irrepetiet l-argumenti li hija kienet ressqet sa dak iż-żmien. Minbarra dan hija sostniet li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2004/126 ma kienx jawtorizza lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja li tirrifjuta li tirrikonoxxi l-validità tal-liċenzja tas-sewqan tagħha, peress li din kienet inħarġet mir-Repubblika tal-Awstrija u li hija kompliet ikollha r-residenza normali tagħha fit-territorju ta’ dan l-aħħar Stat. Għalhekk, skont S. Aykul, l-awtoritajiet Awstrijaċi biss kienu kompetenti sabiex jistabbilixxu jekk hija kinitx għadha kapaċi għas-sewqan ta’ vetturi bil-mutur.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Land Baden-Württemberg jikkonkludi li r-rikors ippreżentat minn S. Aykul għandu jiġi miċħud. Huwa josserva b’mod partikolari li għandu jittieħed kunsiderazzjoni tal-fatt li r-raġuni tar-rifjut ta’ rikonoxximent tal-liċenzja tas-sewqan ta’ S. Aykul kienet inħolqot biss sussegwentement għall-ħruġ ta’ din il-liċenzja. Issa, fatti li seħħew sussegwentement għall-ħruġ ta’ liċenzja tas-sewqan kienu jawtorizzaw lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kkonċernati li jirrifjutaw li jirrikonoxxu d-dritt tas-sewqan fit-territorju nazzjonali tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Tali possibbiltà hija koperta mill-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 91/439. Bid-differenza tal-formulazzjoni tal-Artikolu 8(2) ta’ din id-direttiva, il-formulazzjoni tal-Artikolu 8(4) ta’ din id-direttiva kienet tawtorizza mhux biss l-Istat Membru ta’ residenza normali, iżda wkoll kull Stat Membru ieħor li jirrifjuta li jirrikonoxxi d-dritt tas-sewqan fit-territorju nazzjonali tiegħu. Il-projbizzjoni ta’ sewqan mogħtija skont il-leġiżlazzjoni kriminali jew skont il-leġiżlazzjoni relatata mal-ksur amministrattiv hija miżura ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>restrizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> tal-liċenzja tas-sewqan li hija koperta mill-eżenzjoni tal-miżuri ta’ natura kriminali jew ta’ ksur, bla ħsara għall-prinċipju ta’ territorjalità, skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/439. Ir-rifjut ta’ rikonoxximent tad-dritt li jsir użu mil-liċenzja tas-sewqan fit-territorju Ġermaniż skont l-Artikolu 46(5) tal-FeV jikkostitwixxi biss in-nuqqas ta’ rikonoxximent, fl-Istat Membru kkonċernat, tal-validità ta’ liċenzja tas-sewqan stabbilita minn Stat Membru ieħor, fis-sens tal-Artikolu 8(4) ta’ din l-istess Direttiva 91/439.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Bħala tweġiba għal mistoqsija tal-qorti tar-rinviju tat-<DATE ISO="20130313">13 ta’ Marzu 2013</DATE>, il-Bezirkshauptmannschaft Bregenz indikat li l-awtoritajiet Awstrijaċi kellhom jintervjenu skont il-leġiżlazzjoni Awstrijaka dwar il-liċenzji tas-sewqan unikament jekk inkapaċità għas-sewqan ta’ vetturi bil-mutur mill-fatt tal-konsum ta’ sustanzi narkotiċi kienet ġiet medikament ikkonstatata jew jekk kienu jeżistu indizji li kienu jħallu suspett ta’ dipendenza fuq dawn is-sustanzi. Il-Bezirkshauptmannschaft Bregenz ikkonfermat li, fil-kawża prinċipali, S. Aykul kompliet tiġi kkunsidrata mill-awtoritajiet Awstrijaċi bħala kapaċi għas-sewqan ta’ vetturi bil-mutur u li għalhekk hija żammet il-liċenzja tas-sewqan tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li r-rikors ippreżentat minn S. Aykul huwa ddestinat li jiġi miċħud jekk id-dritt Ġermaniż kellu jiġi applikat. Fil-fatt, skont id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 3(1) tas-StVG u tal-Artikolu 46(1) tal-FeV, l-amministrazzjoni kompetenti fil-qasam ta’ liċenzji tas-sewqan għandha tirtira liċenzja tas-sewqan meta d-detentur tagħha jirriżulta inkapaċi għas-sewqan ta’ vetturi bil-mutur. Skont l-Artikolu 46(5) tal-FeV, dan l-irtirar għandu l-effett, fir-rigward ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa barra mill-pajjiż, ta’ rifjut ta’ rikonoxximent tad-dritt li jsir użu minn din il-liċenzja fit-territorju Ġermaniż. F’dan il-każ, l-inkapaċità għas-sewqan ta’ vetturi bil-mutur ta’ S. Aykul tirriżulta mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet magħquda tat-tieni sentenza tal-Artikolu 11(1) tal-FeV u tal-punt 9.2.2 tal-Anness 4 tal-Artikolu 11 ta’ din l-FeV. Fil-fatt, skont dawn id-dispożizzjonijiet, hija, ġeneralment, inkapaċi għas-sewqan ta’ vetturi bil-mutur kull persuna li, filwaqt li okkażjonalment tikkonsma l-kannabiż, hija inkapaċi li tiddissoċja sewqan minn dan il-konsum. Issa, fil-kawża prinċipali, jeżistu indizji suffiċjenti ta’ din l-inkapaċità fir-rigward ta’ S. Aykul.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Minbarra dan, il-qorti tar-rinviju tippreċiża li r-reazzjonijiet għal ksur fit-toroq u għall-indizji ta’ assenza ta’ kapaċità għas-sewqan previsti mid-dritt nazzjonali jseħħu fi tliet livelli differenti, jiġifieri fuq il-livell kriminali, fuq il-livell tal-leġiżlazzjoni fil-qasam ta’ ksur amministrattiv u fuq il-livell tal-leġiżlazzjoni fil-qasam ta’ liċenzji tas-sewqan. Il-każ ineżami jikkorrispondi mal-prassi fil-qasam ta’ leġiżlazzjoni dwar il-liċenzji tas-sewqan. L-amministrazzjonijiet kompetenti fil-qasam ta’ liċenzji tas-sewqan u s-servizzi ta’ pulizija jibdew mill-prinċipju li l-awtoritajiet Ġermaniżi huma awtorizzati sabiex jirtiraw liċenzja tas-sewqan maħruġa barra mill-pajjiż meta reat tat-traffiku mwettaq fil-Ġermanja juri sinjali ta’ inkapaċità għas-sewqan.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Filwaqt li esprimiet dubji rigward il-konfomità tal-leġiżlazzjoni u tal-prassi amministrattiva Ġermaniżi mal-obbligu ta’ rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan maħruġa mill-Istati Membri, il-Verwaltungsgericht Sigmaringen iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>1)</NO.P><TXT>L-obbligu tar-rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan maħruġa minn Stati Membri, li huwa stabbilit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/126/KE , jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja li tipprovdi li d-dritt għall-użu tal-liċenzja tas-sewqan barranija fil-Ġermanja għandu jiġi rrevokat <HT TYPE="ITALIC">ex post facto</HT> mill-awtoritajiet amministrattivi jekk id-detentur tal-liċenzja tas-sewqan barranija jsuq vettura fil-Ġermanja abbażi ta’ din il-liċenzja taħt l-effett ta’ drogi illegali u sussegwentement jitqies li ma huwiex kapaċi li jsuq skont id-dispożizzjonijiet Ġermaniżi rilevanti?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, dan ikun ukoll il-każ meta l-Istat emettenti jkollu għarfien tal-fatt li l-persuna inkwistjoni tkun qiegħda ssuq taħt l-effett tad-drogi iżda ma jieħu ebda azzjoni u għalhekk jissokta r-riskju assoċjat mad-detentur tal-liċenzja tas-sewqan barranija?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tista’ tissuġġetta l-istabbiliment mill-ġdid tad-dritt għall-użu ta’ liċenzja tas-sewqan barranija fil-Ġermanja għall-kundizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw tali stabbiliment mill-ġdid?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="10"?><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>a) Ir-riżerva fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju tat-territorjalità tal-liġijiet kriminali u tal-pulizija stabbilit fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2006/126 tiġġustifika azzjoni skont il-leġiżlazzjoni dwar il-liċenzji tas-sewqan minn Stat Membru għajr l-Istat emettenti? Pereżempju, din ir-riżerva tawtorizza revoka <HT TYPE="ITALIC">ex post facto</HT> [ta’ rikonoxximent] tad-dritt għall-użu ta’ liċenzja tas-sewqan barranija fil-Ġermanja permezz ta’ miżura kawtelatorja tad-dritt kriminali?</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għad-domanda 4(a) tkun fl-affermattiv, huwa l-Istat Membru li jkun impona l-miżura kawtelatorja jew l-Istat emettenti li, b’kunsiderazzjoni għall-obbligu ta’ rikonoxximent, għandu ġurisdizzjoni [kompetenza] li jistabbilixxi mill-ġdid id-dritt għall-użu ta’ liċenzja tas-sewqan barranija fil-Ġermanja?<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Id-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikoli 2(1) u 11(2) tad-Direttiva 2006/126, li ħassret u ssostitwixxiet id-Direttiva 91/439, għandu mal-ewwel jiġi stabbilit liema dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni huma applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għall-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-liċenzja tas-sewqan ta’ S. Aykul kienet inħarġitilha fid-<DATE ISO="20071019">19 ta’ Ottubru 2007</DATE> mill-awtoritajiet Awstrijaċi u li l-Landratsamt Ravensburg kienet irrifjutat, bid-deċiżjoni tagħha tas-<DATE ISO="20120917">17 ta’ Settembru 2012</DATE>, li tirrikonoxxi l-validità ta’ din il-liċenzja tas-sewqan fit-territorju Ġermaniż minħabba fatti li seħħew fil-<DATE ISO="20120511">11 ta’ Mejju 2012</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jitfakkar li għalkemm, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2006/126, id-Direttiva 91/439 tħassret b’effett fid-<DATE ISO="20130119">19 ta’ Jannar 2013</DATE>, diversi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126, bħall-Artikoli 2(1) u 11(4) tagħha saru applikabbli mid-<DATE ISO="20090119">19 ta’ Jannar 2009</DATE> skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 18 ta’ din l-aħħar direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Akyüz, C‑467/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:112">EU:C:2012:112</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 31). Dan ma huwiex madankollu l-każ tal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2006/126, li ma jidhirx fost in-numru ta’ dispożizzjonijiet imsemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 18 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Isegwi li, minn naħa, l-Artikoli 2(1) u 11(4) tad-Direttiva 2006/126 u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/439, li l-kontenut tiegħu ġie riprodott <HT TYPE="ITALIC">verbatim</HT> fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2006/126, japplikaw <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għall-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni domandi kif ukoll fuq il-punt (a) tar-raba</HT><HT TYPE="ITALIC">’ domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Hemm lok li jitfakkar li, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, għandha tkun il-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti risposta utli lill-qorti nazzjonali sabiex din tkun tista’ tiddeċiedi l-kawża li tkun tressqet quddiemha. Minn din il-perspettiva, hija l-Qorti tal-Ġustizzja, skont il-każ, li għandha tifformula mill-ġdid id-domandi li huma magħmula lilha (ara s-sentenza Le Rayon d’Or, C‑151/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:185">EU:C:2014:185</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 25, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Għal dawn l-iskopijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tislet, mill-elementi kollha li tkun ipprovditilha l-qorti nazzjonali, u b’mod partikolari mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni tar-rinviju, ir-regoli u l-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni li jeħtieġu interpretazzjoni b’kunsiderazzjoni għas-suġġett tal-kawża prinċipali (ara s-sentenza Le Rayon d’Or, C‑151/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:185">EU:C:2014:185</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju li, permezz tal-ewwel u tat-tieni domandi tagħha kif ukoll permezz tal-punt (a) tar-raba’ domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tixtieq tkun taf jekk l-Artikolu 2(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126 kif ukoll l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/439 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li Stat Membru, li fit-territorju tiegħu id-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor jirrisjedi temporanjament, jirrifjuta li jirrikonoxxi l-validità ta’ din il-liċenzja tas-sewqan minħabba aġir li jikkostitwixxi ksur tad-detentur tagħha li seħħ f’dan it-territorju sussegwentement għall-ħruġ ta’ din il-liċenzja tas-sewqan u li, skont il-liġi nazzjonali tal-ewwel Stat Membru, huwa ta’ natura li jwassal għall-inkapaċità għas-sewqan tal-vetturi bil-mutur.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Hemm lok li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/126 jipprevedi r-rikonoxximent reċiproku, mingħajr ebda formalità, tal-liċenzji tas-sewqan maħruġa mill-Istati Membri. Din id-dispożizzjoni timponi fuqhom obbligu ċar u preċiż, li ma jħalli ebda marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tal-miżuri li għandhom jiġu adottati sabiex huma jkunu konformi miegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Akyüz, C‑467/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:112">EU:C:2012:112</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 40, kif ukoll Hofmann, C‑419/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:240">EU:C:2012:240</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 43 u 44).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li huwa l-kompitu tal-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja tas-sewqan li għandu jivverifika jekk il-kundizzjonijiet minimi imposti mid-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk dwar ir-residenza u l-kapaċità għas-sewqan, previsti fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2006/126, humiex issodisfatti u, għalhekk, jekk il-ħruġ ta’ liċenzja tas-sewqan ikunx iġġustifikat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Hofmann, C‑419/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:240">EU:C:2012:240</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 45 u 47).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Meta l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jkunu ħarġu liċenzja tas-sewqan skont l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/126, l-Istati Membri l-oħra ma għandhomx id-dritt li jivverifikaw jekk il-kundizzjonijiet għall-ħruġ previsti minn din id-direttiva ġewx osservati. Fil-fatt, il-pussess ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru għandu jiġi kkunsidrat bħala li jikkostitwixxi l-prova li d-detentur ta’ din il-liċenzja kien jissodisfa dawn il-kundizzjonijiet, fil-jum meta nħarġitlu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Hofmann, C‑419/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:240">EU:C:2012:240</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 46 u 47).</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-awtoritajiet Ġermaniżi kkontestaw il-kundizzjonijiet ta’ pussess tal-liċenzja tas-sewqan ta’ S. Aykul mhux fil-jum meta din il-liċenzja kienet inħarġitilha, iżda wara aġir li jikkostitwixxi ksur mingħandha li seħħ fit-territorju Ġermaniż wara l-ħruġ ta’ din il-liċenzja.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Fil-fatt, S. Aykul, li r-residenza normali tagħha tinsab fl-Awstrija, ma kisbitx il-liċenzja tas-sewqan Awstrijaka tagħha wara restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar tal-liċenzja tas-sewqan fil-Ġermanja. Meta saqet vettura fil-Ġermanja taħt l-influwenza ta’ sustanzi narkotiċi, hija kienet ġiet suġġetta, min-naħa tal-awtoritajiet Ġermaniżi, għal irtirar tal-liċenzja tas-sewqan Awstrijaka tagħha, fit-territorju Ġermaniż, u dan minkejja li r-residenza normali tagħha ma kinitx tinsab fil-Ġermanja. Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li tali miżura kellha bħala effett, fir-rigward ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru minbarra r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ta’ rifjut li jiġi rrikonoxxut lil S. Aykul id-dritt li tagħmel użu mil-liċenzja tas-sewqan tagħha fit-territorju Ġermaniż.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Għandu jiġi stabbilit jekk tali rifjut, minn Stat Membru, li jirrikonoxxi l-validità ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor jistax jiġi kopert mil-limitazzjonijiet ammessi għall-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan li jinsab fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/126.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 65 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-limitazzjoni għal dan il-prinċipju, prevista fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/439, ma tistax tapplika fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fil-fatt, jirriżulta mill-formulazzjoni stess tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/439, moqri flimkien mal-ewwel u mat-tieni premessi ta’ din id-direttiva, li din il-limitazzjoni tirreferi għas-sitwazzjoni li fiha d-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan għandu r-residenza normali tiegħu fi Stat Membru li ma huwiex l-Istat Membru ta’ ħruġ ta’ dan il-permess. F’tali sitwazzjoni, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipju ta’ territorjalità tal-liġijiet kriminali u tal-pulizija, l-Istat Membru ta’ residenza normali jista’ japplika d-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu dwar ir-restrizzjoni, is-sospensjoni, l-irtirar jew it-tħassir tad-dritt tas-sewqan fuq id-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan u, jekk meħtieġ, jibdel il-liċenzja b’dan il-għan.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, ir-residenza normali ta’ S. Aykul kienet tinsab, fiż-żmien tal-fatti tal-kawża prinċipali, fit-territorju tal-Istat Membru li kien ħareġ il-liċenzja tas-sewqan tagħha, jiġifieri r-Repubblika tal-Awstrija, u mhux fit-territorju Ġermaniż. Huwa biss temporanjament li S. Aykul kienet tirrisjedi fil-Ġermanja meta, fil-<DATE ISO="20120511">11 ta’ Mejju 2012</DATE>, hija wettqet ir-reat ta’ sewqan taħt l-influwenza ta’ sustanzi narkotiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126. Din id-dispożizzjoni, li, hekk kif jirriżulta mill-punti 40 u 41 ta’ din is-sentenza, tapplika <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għall-fatti fil-kawża prinċipali, tipprevedi li Stat Membru għandu jirrifjuta li jirrikonoxxi, lil persuna li l-liċenzja tas-sewqan tagħha ġiet suġġetta, fit-territorju tiegħu, għal restrizzjoni, għal sospensjoni jew għal irtirar, il-validità ta’ kwalunkwe liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor, u dan indipendentement mill-kwistjoni jekk din il-liċenzja nħarġitx qabel id-data li fiha din id-dispożizzjoni saret applikabbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Akyüz, C‑467/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:112">EU:C:2012:112</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 32).</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Filwaqt li, skont il-formulazzjoni tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/439, huwa biss l-Istat Membru ta’ residenza normali tad-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan li jista’ japplika lilu d-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu dwar ir-restrizzjoni, is-sospensjoni, l-irtirar jew it-tħassir tad-dritt tas-sewqan, il-formulazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126 tawtorizza lil kull Stat Membru, u mhux biss lill-Istat Membru ta’ residenza normali, li jirrifjuta li jirrikonoxxi l-validità ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Ċertament, il-Kummissjoni ddefendiet, waqt is-seduta, interpretazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126, li skont din il-possibbiltà li jiġi rrifjutat li tiġi rrikonoxxuta l-validità ta’ liċenzja tas-sewqan għandha tiġi rriżervata għall-Istat Membru biss fejn tinsab ir-residenza normali tad-detentur ta’ din il-liċenzja. Fil-fatt, skont il-Kummissjoni, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 91/439, li l-kontenut tiegħu ġie riprodott fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126, jagħmel riferiment għall-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/439, li jsemmi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>l-Istati Membri tar-residenza normali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. Għalhekk l-Istat Membru msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126 jista’ jkun biss l-Istat Membru fejn tinsab ir-residenza normali tad-detentur tal-liċenzja tas-sewqan inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Madankollu, tali interpretazzjoni ma tistax tiġi aċċettata. Fil-fatt, kemm l-ewwel kif ukoll it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) ta’ din id-direttiva jirreferu għar-restrizzjoni, għas-sospensjoni u għall-irtirar ta’ liċenzja tas-sewqan, mingħajr madankollu ma jillimitaw ruħhom għad-deċiżjonijiet meħuda f’dan ir-rigward mill-Istat Membru tar-residenza normali. It-tielet subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni, li jirreferi għall-annullament ta’ liċenzja tas-sewqan, lanqas ma jintrabat ma’ tali deċiżjoni meħuda minn dan l-istess Stat Membru. F’dawn iċ-ċirkustanzi, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 79 sa 82 tal-konklużjonijiet tiegħu, id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126 japplikaw b’mod awtonomu, u dan fir-rigward kemm tal-Artikolu 11(2) ta’ din id-direttiva kif ukoll fir-rigward tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/439.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Sussegwentement, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat prinċipalment l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 91/439 kif ukoll it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126, li rriproduċa l-kontenut, fil-kuntest ta’ kawżi fejn kien hemm inkwistjoni l-possibbiltà għal persuna li l-liċenzja tas-sewqan tagħha ġiet suġġetta, fit-territorju ta’ Stat Membru,<?PAGE NO="13"?> għal miżura ta’ restrizzjoni, ta’ sospensjoni jew ta’ rtirar, li tiġi rrikonoxxuta minn dan l-Istat Membru l-validità ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor wara l-adozzjoni ta’ din il-miżura (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Wiedemann u Funk, C‑329/06 u C‑343/06, EU:C:2008:366; Zerche <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑334/06 sa C‑336/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:367">EU:C:2008:367</NO.ECLI></REF.DOC.ECR> kif ukoll Hofmann, C‑419/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:240">EU:C:2012:240</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-formulazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tkopri wkoll sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn l-ewwel Stat Membru jirrifjuta li jirrikonoxxi l-validità ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor qabel id-deċiżjoni ta’ restrizzjoni, ta’ sospensjoni jew ta’ rtirar ta’ din il-liċenzja.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi osservat li l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/439 jawtorizza lill-Istat Membru ta’ residenza normali tad-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor li jipproċedi, jekk neċessarju, għat-tibdil tal-liċenzja, sabiex dan l-ewwel Stat Membru jkun jista’ japplika fuq dan id-detentur id-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu li jikkonċernaw ir-restrizzjoni, is-sospensjoni, l-irtirar jew it-tħassir tad-dritt għas-sewqan. Minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-Istat Membru ta’ residenza normali huwa awtorizzat sabiex jieħu miżuri ta’ restrizzjoni, ta’ sospensjoni, ta’ rtirar jew ta’ tħassir ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor, li jifirxu l-effetti tagħhom fl-Istati Membri kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi kkunsidrat li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126, li ma jipprevedix tali possibbiltà ta’ bdil ta’ liċenzja tas-sewqan, jippermetti biss lil Stat Membru, meta ma huwiex l-Istat Membru ta’ residenza normali, li jieħu, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu u minħabba l-aġir li jikkostitwixxi ksur, fit-territorju tiegħu, tad-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan miksuba preċedentement fi Stat Membru ieħor, miżuri li l-portata tagħhom hija ristretta f’dan it-territorju u l-effett limitat għar-rifjut li jirrikonoxxi, fih, il-validità ta’ din il-liċenzja.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 83 tal-konklużjonijiet tiegħu, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126 għalhekk jikkostitwixxi manifestazzjoni tal‑prinċipju ta’ territorjalità tal-liġijiet kriminali u tal-pulizija, hekk kif espliċitament imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/439 u fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2006/126. Fil-fatt, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126 jikkonċerna miżuri li jittieħdu skont il-liġijiet kriminali u tal-pulizija ta’ Stat Membru u li jaffettwaw il-validità, fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Hemm lok li jiġi rrilevat, f’dan ir-rigward, li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li Stat Membru li fit-territorju tiegħu jseħħ reat huwa l-uniku li għandu l-kompetenza li jippenalizza r-reat billi, jekk meħtieġ, jieħu miżura ta’ rtirar tal-liċenzja tas-sewqan jew ta’ rtirar tal-awtorizzazzjoni tas-sewqan, flimkien jew le ma’ perijodu ta’ projbizzjoni li tintalab liċenzja ġdida (ara s-sentenza Weber, C‑1/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:640">EU:C:2008:640</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 38).</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, għandu jiġi kkonstatat li l-fatt għal S. Aykul li saqet, fil-<DATE ISO="20120511">11 ta’ Mejju 2012</DATE>, vettura bil-mutur taħt l-influwenza ta’ sustanza narkotika kellu, l-ewwel nett, bħala konsegwenza l-ftuħ mill-Prosekutur ta’ Ravensburg ta’ proċeduri ta’ investigazzjoni kriminali kontra l-persuna kkonċernata, proċeduri li fl-aħħar nett ingħalqu.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Sussegwentement, jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju li l-komun ta’ Leutkirch impona fuq S. Aykul multa għal sewqan ta’ vettura taħt l-influwenza ta’ sustanzi narkotiċi u kontra tagħha ħa deċiżjoni ta’ projbizzjoni tas-sewqan għal tul ta’ xahar. Fl-aħħar nett, il-Landratsamt Ravensburg, awtorità amministrattiva kompetenti fil-qasam ta’ liċenzja tas-sewqan, waslet sabiex tirtiralha l-liċenzja tas-sewqan tagħha abbażi tal-leġiżlazzjoni Ġermaniża fil-qasam ta’ liċenzji tas-sewqan. Skont din il-leġiżlazzjoni, meta jitqajmu dubji rigward il-kapaċità għas-sewqan tad-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan, verifika ta’ din il-kapaċità hija prevista u, jekk jiġi stabbilit li din hija nieqsa, l-amministrazzjoni kompetenti għandha l-obbligu li tirtira l-liċenzja tas-sewqan inkwistjoni. Skont<?PAGE NO="14"?> il-prassi relatata ma’ din il-leġiżlazzjoni, l-awtoritajiet Ġermaniżi jqisu lilhom infushom kompetenti sabiex jirtiraw liċenzja tas-sewqan maħruġa barra mill-pajjiż, meta reat tat-traffiku imwettaq fil-Ġermanja juri sinjali ta’ inkapaċità għas-sewqan.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Filwaqt li tirreferi għar-riżerva relatata mal-osservanza tal-prinċipju ta’ territorjalità tal-liġijiet kriminali u ta’ pulizija li tinsab fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/439 u fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2006/126, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-irtirar tal-liċenzja tas-sewqan minħabba l-inkapaċità tad-detenur ta’ liċenzja tas-sewqan għas-sewqan ta’ vetturi bil-mutur ma jistax għalhekk jiġi kkunsidrat bħala miżura kawtelatorja ta’ natura kriminali, u, konsegwentement, bħala li jaqa’ taħt id-dritt kriminali kopert minn din ir-riżerva.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li d-dispożizzjonijiet li għalihom tirreferi l-Kummissjoni ma jirreferux biss għal-liġijiet kriminali, iżda wkoll għal-liġijiet ta’ pulizija. Minbarra dan, il-possibbiltà, irrilevata fil-punti 60 u 61 ta’ dan is-sentenza, li jagħti t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126 lil Stat Membru li jirrifjuta li jirrikonoxxi l-validità ta’ liċenzja tas-sewqan miksuba preċedentement fi Stat Membru ieħor, minħabba l-aġir li jikkostitwixxi ksur tad-detentur ta’ din il-liċenzja fit-territorju tiegħu, lanqas ma hija limitata għall-miżuri meħuda skont id-dritt kriminali tal-ewwel Stat Membru. Fil-fatt, is-sanzjoni ta’ ksur imwettaq fit-territorju ta’ Stat Membru tista’ tieħu forom differenti, skont in-natura u l-gravità tiegħu kif ukoll skont l-organizzazzjoni ġudizzjarja ta’ dan l-Istat, li tista’ tagħmel jew ma tagħmilx distinzjoni bejn l-atti amministrattivi u l-atti ġudizzjarji.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 104 tal-konklużjonijiet tiegħu, filwaqt li l-ksur imwettaq minn S. Aykul seta’ jiġi ssanzjonat kemm permezz ta’ miżuri kriminali kif ukoll permezz ta’ miżuri amministrattivi, l-awtorità ġudizzjarja ta’ prosekuzzjoni għażlet li tagħlaq il-proċeduri ta’ investigazzjoni kriminali miftuħa inizjalment kontra l-persuna kkonċernata. Min-naħa l-oħra, dan l-istess ksur wassal lill-awtorità amministrattiva kompetenti fil-qasam ta’ liċenzji tas-sewqan, jiġifieri l-Landratsamt Ravensburg, li tirtiralha l-liċenzja tas-sewqan tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Isegwi li deċiżjoni bħal dik tal-Landratsamt Ravensburg tas-<DATE ISO="20120917">17 ta’ Settembru 2012</DATE>, li tirtira mingħand S. Aykul il-liċenzja tas-sewqan tagħha tidher fost in-numru ta’ miżuri li Stat Membru jista’ jadotta abbażi tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li huwa kontra l-għan ta’ interess ġenerali tal-Unjoni li jikkostitwixxi t-titjib tas-sigurtà fit-toroq u li huwa mfittex preċiżament mid-Direttiva 2006/126 li Stat Membru jiġi mġiegħel li jirrikonoxxi inkondizzjonalment il-validità ta’ liċenzja tas-sewqan f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Glatzel, C‑356/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:350">EU:C:2014:350</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 51, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-possibbiltà mogħtija lil Stat Membru li jirtira mingħand id-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan l-awtorizzazzjoni li jsuq fit-territorju tiegħu minħabba ksur imwettaq fih tikkostitwixxi, ċertament, limitazzjoni għall-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan. Madankollu, din il-limitazzjoni, li tippermetti li jitnaqqas ir-riskju li jseħħu inċidenti tat-traffiku, hija ta’ natura li ssaħħaħ is-sigurtà fit-toroq, li huwa fl-interess taċ-ċittadini kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, l-ewwel u t-tieni domandi kif ukoll il-punt (a) tar-raba’ domanda għandhom jiġu risposti li l-Artikolu 2(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li Stat Membru, li fit-territorju tiegħu id-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor jirrisjedi termporanjament, jirrifjuta li jirrikonoxxi l-validità ta’ din il-liċenzja tas-sewqan minħabba aġir li jikkostitwixxi ksur tad-detentur tagħha li seħħ f’dan it-territorju sussegwentement għall-ħruġ ta’ din il-liċenzja tas-sewqan u li, skont il-liġi nazzjonali tal-ewwel Stat Membru, huwa ta’ natura li jwassal għall-inkapaċità għas-sewqan ta’ vetturi bil-mutur.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda u l-punt (b) tar-raba</HT><HT TYPE="ITALIC">’ domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha kif ukoll permezz tal-punt (b) tar-raba’ domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Istat Membru li jirrifjuta li jirrikonoxxi l-validità ta’ liċenzja tas-sewqan, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwiex kompetenti sabiex jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li d-detentur ta’ din il-liċenzja tas-sewqan għandu jissuġġetta ruħu għalihom sabiex jirkupra d-dritt tas-sewqan fit-territorju tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja ripetutament ikkunsidrat, hekk kif jirriżulta mill-punt 46 ta’ din is-sentenza, li huwa biss l-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja tas-sewqan li għandu jivverifika jekk il-kundizzjonijiet minimi meħtieġa mid-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk relatati mal-kapaċità għas-sewqan, humiex issodisfatti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Hofmann, C‑419/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:240">EU:C:2012:240</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 45), għandu jitfakkar li, fil-kawża prinċipali, il-kapaċità għas-sewqan ġiet ikkontestata mhux fil-fażi tal-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan, iżda sussegwentement għal ksur imwettaq mid-detentur ta’ din il-liċenzja sussegwentement għall-ħruġ tagħha u li s-sanzjoni tiegħu tifrex l-effetti tagħha biss fit-territorju tal-Istat Membru fejn twettaq dan il-ksur.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Għalhekk hemm lok li jiġi kkunsidrat li huma l-awtoritajiet tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu twettaq il-ksur li għandhom jistabbilixxu jekk id-detentur tal-liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor huwiex kapaċi mill-ġdid għas-sewqan fit-territorju tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif isostni essenzjalment il-Gvern Pollakk, peress li r-rifjut, minn Stat Membru, li jirrikonoxxi l-validità tal-liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor huwa bbażat fuq regoli nazzjonali li ma jeżistux neċessarjament fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ ħruġ, diffiċilment jidher possibbli li l-leġiżlazzjoni ta’ dan l-aħħar Stat Membru tipprevedi hija stess kundizzjonijiet li għalihom id-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan għandu jissuġġetta ruħu sabiex jirkupra d-dritt tas-sewqan fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Madankollu għandu jiġi enfasizzat li jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126 ma jistax jiġi invokat minn Stat Membru sabiex jirrifjuta li jirrikonoxxi indefinittivament il-validità ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor meta d-detentur ta’ din il-liċenzja kien ġie suġġett, fit-territorju tal-ewwel Stat Membru, għal miżura restrittiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Hofmann, C‑419/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:240">EU:C:2012:240</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 50, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Fil-fatt, jekk jiġi aċċettat li Stat Membru huwa intitolat li jibbaża ruħu fuq id-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu biex jopponi indefinittivament ir-rikonoxximent ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor, ikun qiegħed jinġieb fix-xejn il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku tal‑liċenzji tas-sewqan, li huwa l-prinċipju ċentrali tas-sistema stabbilita mid‑Direttiva 2006/126 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Kapper, C‑476/01, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:261">EU:C:2004:261</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 77; digriet Kremer, C‑340/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:620">EU:C:2006:620</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 30; sentenzi Akyüz, C‑467/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:112">EU:C:2012:112</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 57, u Hofmann, C‑419/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:240">EU:C:2012:240</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 78).</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett hija l-qorti tar-rinviju li hija l-unika li għandha ġurisdizzjoni sabiex tevalwa l-fatti tal-kawża prinċipali u sabiex tinterpreta l-leġiżlazzjoni nazzjonali, li teżamina jekk, f’dan il-każ, permezz tal-applikazzjoni tar-regoli tagħha stess, ir-Repubblika tal-Ġermanja ma topponix, fir-realtà, indefinittivament ir-rikonoxximent tal-liċenzja tas-sewqan ta’ S. Aykul. F’din il-perspettiva, hija din il-qorti wkoll li għandha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni Ġermaniża sabiex persuna f’sitwazzjoni bħal dik ta’ S. Aykul tkunx tista’ tirkupra d-dritt għas-sewqan fit-territorju Ġermaniż josservawx il-prinċipju ta’ proporzjonalità u, b’mod partikolari, ma jaqbżux il-limiti ta’ dak li huwa xieraq u neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan tad-Direttiva 2006/126, li jikkonsisti li tittejjeb is-sigurtà fit-toroq.</TXT></NP><?PAGE NO="16"?><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja, mitluba sabiex tagħti risposta utli lill-qorti tar-rinviju, għandha ġurisdizzjoni sabiex tagħtiha indikazzjonijiet ibbażati fuq il-proċess tal-kawża prinċipali kif ukoll fuq osservazzjonijiet bil-miktub u orali li tressqu quddiemha, li jkunu tali li jippermettu lill-qorti nazzjonali li tagħti deċiżjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Wiering, C‑347/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:300">EU:C:2014:300</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 63 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju li S. Aykul, li kienet suġġetta għal miżura ta’ rtirar tal-liċenzja tas-sewqan Awstrijaka tagħha fit-territorju Ġermaniż, għandha l-possibbiltà li titlob li tiġi awtorizzata mill-ġdid li ssuq vetturi bil-mutur fil-Ġermanja, permezz tal-liċenzja tas-sewqan Awstrijaka tagħha. Fil-fatt, fl-anness tad-deċiżjoni tagħha tas-<DATE ISO="20120917">17 ta’ Settembru 2012</DATE>, il-Landratsamt Ravensburg informat lill-persuna kkonċernata li l-kapaċità tagħha għas-sewqan ta’ vetturi bil-mutur tista’ tiġi rrikonoxxuta abbażi ta’ rapport mediku-psikoloġiku magħmul minn ċentru ta’ kontroll tal-kapaċità għas-sewqan uffiċjalment irrikonoxxut fil-Ġermanja u ppreċiżat li l-istabbiliment ta’ rapport ta’ din in-natura, bħala regola ġenerali kien suġġett għall-prova tal-astinenza, fir-rigward tal-persuna kkonċernata, minn kwalunkwe konsum ta’ sustanzi narkotiċi matul tul ta’ sena.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mit-tweġiba bil-miktub tal-Gvern Ġermaniż għal mistoqsija magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, anki fl-assenza ta’ tali rapport mediku-psikoloġiku, id-dritt li fil-Ġermanja jsir użu minn liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor huwa rkuprat <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> meta, fit-tmiem ta’ terminu stabbilit, l-iskrizzjoni tan-nuqqas ta’ kapaċità titħassar mir-reġistru ta’ kapaċità għas-sewqan imsemmi fl-Artikolu 29(1) tas-StVG. Fil-każ ta’ S. Aykul, mill-informazzjoni pprovduta mill-Gvern Ġermaniż jirriżulta li, skont din id-dispożizzjoni, it-terminu ta’ tħassir għandu jkun ta’ ħames snin fid-dawl tan-natura tal-ksur imwettaq. Għalhekk, fl-iskadenza ta’ dan it-terminu, il-persuna kkonċernata tista’ mill-ġdid tagħmel użu fil-Ġermanja tal-liċenzja tas-sewqan tagħha mingħajr ma jkollha għalfejn tipproduċi rapport mediku-psikoloġiku.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dawn l-indikazzjonijiet, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, għandu jiġi kkonstatat li d-dispożizzjonijiet Ġermaniżi ma jidhrux li jipprekludu indefinittivament ir-rikonoxximent tal-liċenzja tas-sewqan ta’ S. Aykul.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Minbarra dan, il-fatt li l-irkupru ta’ S. Aykul tad-dritt tagħha li ssuq vettura bil-mutur fil-Ġermanja jiġi suġġett, jew għall-preżentazzjoni ta’ rapport mediku-psikoloġiku li l-istabbiliment tiegħu jippreżupponi l-prova tal-astinenza minn kwalunkwe konsum ta’ sustanzi narkotiċi matul tul ta’ sena, jew għall-iżvolġiment ta’ perijodu ta’ ħames snin, jidher bħala mezz preventiv effettiv u proporzjonali mal-għan li jikkonsisti li tittejjeb is-sigurtà fit-toroq.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu, it-tielet domanda kif ukoll il-punt (b) tar-raba’ domanda għandhom jiġu risposti li l-Istat Membru li jirrifjuta li jirrikonoxxi l-validità ta’ liċenzja tas-sewqan, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, huwa kompetenti sabiex jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fihom id-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan għandu jissuġġetta ruħu għalihom sabiex jirkupra d-dritt tas-sewqan fit-territorju tiegħu. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina jekk, permezz tal-applikazzjoni tar-regoli tiegħu stess, l-Istat Membru inkwistjoni ma jipprekludix, fir-realtà, indefinittivament ir-rikonoxximent tal-liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor. F’din il-perspettiva, hija għandha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, ma jaqbżux il-limiti ta’ dak li huwa xieraq u neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan tad-Direttiva 2006/126, li jikkonsisti li tittejjeb is-sigurtà fit-toroq.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="17"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20061220">20 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li Stat Membru, li fit-territorju tiegħu d-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor jirrisjedi temporanjament, jirrifjuta li jirrikonoxxi l-validità ta’ din il-liċenzja tas-sewqan minħabba aġir li jikkostitwixxi ksur tad-detentur tagħha li seħħ f’dan it-territorju sussegwentement għall-ħruġ ta’ din il-liċenzja tas-sewqan u li, skont il-liġi nazzjonali tal-ewwel Stat Membru, huwa ta’ natura li jwassal għall-inkapaċità għas-sewqan ta’ vetturi bil-mutur.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Istat Membru li jirrifjuta li jirrikonoxxi l-validità ta’ liċenzja tas-sewqan, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwa kompetenti sabiex jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fihom id-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan għandu jissuġġetta ruħu għalihom sabiex jirkupra d-dritt tas-sewqan fit-territorju tiegħu. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina jekk, permezz tal-applikazzjoni tar-regoli tiegħu stess, l-Istat Membru inkwistjoni ma jipprekludix, fir-realtà, indefinittivament ir-rikonoxximent tal-liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor. F’din il-perspettiva, hija għandha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, ma jaqbżux il-limiti ta’ dak li huwa xieraq u neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan tad-Direttiva 2006/126, li jikkonsisti li tittejjeb is-sigurtà fit-toroq.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>