Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Rikors abbażi tal-Artikolu 238 KE, bil-għan li l-konvenuta tiġi kkundannata tħallas lura parti mis-somma mogħtija bil-quddiem mill-Komunità Ewropea, flimkien mal-interessi moratorji, fil-kuntest tal-kuntratt SU 1001 (SU) Encata.
Dispożittiv
1) Cooperação e Desenvolvimento Regional, SA hija kkundannata tħallas lura lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej is-somma ta’ EUR 63 349.27, flimkien mal-interessi moratorji:
– bir-rata ta’ 6.29 % fis-sena mill-31 ta’ Jannar 2001 sad-data ta’ din is-sentenza;
– bir-rata annwali applikabbli skont il-liġi Irlandiża, attwalment l-Artikolu 26 tad-Debtors (Ireland) Act, 1840, kif emendat, sa rata ta’ mhux iktar minn 6.29 % fis-sena, mid-data ta’ din is-sentenza sal-ħlas totali tad-dejn.
2) Cooperação e Desenvolvimento Regional hija kkundannata għall-ispejjeż.