|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1708 |
21.6.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1708
tat-30 ta’ Mejju 2024
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali stabbilit bil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni li tipprovdi gwida ulterjuri dwar l-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali ta’ dak il-Ftehim rigward l-interpretazzjoni tal-Artikolu SSC.11 ta’ dak il-Protokoll dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-ħaddiema stazzjonali u għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom temporanjament barra mill-Istat kompetenti
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 48, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/689 (2) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2021, wara li kien ilu japplika provviżorjament mill-1 ta’ Jannar 2021. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 778(1) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, il-Protokolli u l-Annessi għal dak il-Ftehim jiffurmaw parti integrali minnu. Skont l-Artikolu 783(3) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, mid-data minn meta dak il-Ftehim jiġi applikat provviżorjament, ir-referenzi għad-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu għandhom jinftiehmu bħala referenzi għad-data li minnha ġie applikat provviżorjament. |
|
(3) |
L-Artikolu 8(4), il-punt (c), tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jagħti s-setgħa lill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali stabbilita mill-Artikolu 8(1), il-punt (p), ta’ dak il-Ftehim (“il-Kumitat Speċjalizzat”) sabiex jadotta deċiżjonijiet, inkluż emendi, u rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha fejn dan il-Ftehim jipprevedi hekk. Skont l-Artikolu SSCI.74 tal-Anness SSC-7 tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni (“il-Protokoll”), il-Kumitat Speċjalizzat jista’ jadotta gwida ulterjuri dwar l-implimentazzjoni tal-Protokoll u tal-Anness SSC-7 tiegħu. Skont l-Artikolu 10(1) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, ir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kumitat Speċjalizzat ma għandhomx forza vinkolanti. |
|
(4) |
L-Artikolu SSC.11(1) tal-Protokoll, li jipprevedi deroga mir-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu SSC.10(3), il-punt (a), tal-Protokoll, għandu l-għan b’mod partikolari li jevita, għall-ħaddiema, għall-impjegaturi u għall-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, il-kumplikazzjonijiet amministrattivi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu SSC.10(3), il-punt (a), tal-Protokoll meta l-perjodu ta’ impjieg ikun ta’ durata qasira fi Stat ieħor għajr l-Istat li fih l-impriża li tibgħat il-ħaddiem ikollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha jew post tan-negozju jew l-Istat li fih il-persuna li taħdem għal rasha normalment twettaq l-attività tagħha. |
|
(5) |
Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u kundizzjonijiet ugwali għall-ħaddiema u għall-impjegaturi stabbiliti fi Stat Membru jew fir-Renju Unit, huwa importanti li l-kundizzjonijiet biex din id-deroga tapplika jinftiehmu b’mod uniformi. Għalhekk, huwa utli għall-Kumitat Speċjalizzat li jadotta gwida ulterjuri dwar l-Artikolu SSC.11. |
|
(6) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Speċjalizzat fir-rigward tal-adozzjoni ta’ rakkomandazzjoni ta’ dak il-Kumitat li tipprovdi gwida ulterjuri dwar l-Artikolu SSC.11 tal-Protokoll, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Speċjalizzat hija stabbilita fl-abbozz tar-Rakkomandazzjoni tal-Kumitat Speċjalizzat mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
T. VAN DER STRAETEN
(1) ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/689 tad-29 ta’ April 2021 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 149, 30.4.2021, p. 2).
RAKKOMANDAZZJONI NRU …/2024 TAL-KUMITAT SPEĊJALIZZAT DWAR IL-KOORDINAZZJONI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI STABBILIT BL-ARTIKOLU 8(1)(P) TAL-FTEHIM DWAR IL-KUMMERĊ U L-KOOPERAZZJONI BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA, MINN NAĦA WAĦDA, U R-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ, MIN-NAĦA L-OĦRA,
ta’ …
fir-rigward tal-gwida ulterjuri dwar l-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni (il-“Protokoll”) rigward l-interpretazzjoni tal-Artikolu SSC.11 tal-Protokoll dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-ħaddiema stazzjonati u għall-persuni li jaħdmu għal rashom li jaħdmu temporanjament barra mill-Istat kompetenti
IL-KUMITAT SPEĊJALIZZAT DWAR IL-KOORDINAZZJONI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”), u b’mod partikolari l-Artikolu SSCI.74 tal-Anness SSC-7 tal-Protokoll,
Wara li kkunsidra l-Artikolu SSC.11 tal-Protokoll,
Wara li kkunsidra l-Artikolu SSC.14 tal-Protokoll u l-Artikoli SSCI.5, SSCI.6 u SSCI.13 sa SSCI.18 tal-Anness SSC-7 tal-Protokoll,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 8(4)(c) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali (il-“Kumitat Speċjalizzat”) għandu s-setgħa li jadotta r-rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha fejn dak il-ftehim jipprevedi dan, filwaqt li jaġixxi f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu SSCI.74 tal-Anness SSC-7 tal-Protokoll, il-Kumitat Speċjalizzat jista’ jadotta gwida ulterjuri dwar l-implimentazzjoni tal-Protokoll u tal-Anness SSC-7 tiegħu. |
|
(3) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu SSC.11(1) tal-Protokoll, li jipprevedu eċċezzjoni għar-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu SSC.10(3)(a) tal-Protokoll, għandhom l-għan b’mod partikolari li jevitaw, għall-ħaddiema, għall-impjegaturi u għall-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, il-kumplikazzjonijiet amministrattivi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu SSC.10(3)(a) tal-Protokoll meta l-perjodu ta’ impjieg ikun ta’ durata qasira fi Stat ieħor għajr l-Istat li fih l-impriża li tibgħat il-ħaddiem ikollha l-uffiċċju reġistrat tagħha jew il-post tan-negozju jew l-Istat li fih il-persuna li taħdem għal rasha normalment twettaq l-attività tagħha. |
|
(4) |
Għal dan il-għan, l-ewwel kundizzjoni deċiżiva għall-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.11(1)(a) tal-Protokoll hija l-eżistenza ta’ relazzjoni diretta bejn l-impjegatur u l-ħaddiem li jimpjega. |
|
(5) |
Il-protezzjoni tal-ħaddiem u s-sigurtà legali li għalihom hu u l-istituzzjoni li magħha huwa assigurat huma intitolati jeħtieġu garanziji sħaħ li r-relazzjoni diretta tinżamm matul il-perjodu ta’ attività ta’ xogħol temporanju fl-Istat l-ieħor (perjodu tal-istazzjonament). |
|
(6) |
It-tieni kundizzjoni deċiżiva għall-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.11(1)(a) tal-Protokoll hija l-eżistenza ta’ rabtiet bejn l-impjegatur u l-Istat fejn huwa stabbilit. Il-possibbiltà ta’ perjodu tal-istazzjonament għandha għalhekk tiġi ristretta biss għall-impriżi li normalment iwettqu l-attivitajiet tan-negozju tagħhom fit-territorju tal-Istat li l-leġiżlazzjoni tiegħu tibqa’ applikabbli għall-ħaddiem stazzjonat; billi wieħed jassumi għalhekk li d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq japplikaw biss għall-impriżi li normalment iwettqu attivitajiet sostanzjali fit-territorju tal-Istat fejn ikunu stabbiliti. |
|
(7) |
Għandhom jiġu speċifikati l-perjodi indikattivi għall-persuni impjegati u għall-persuni li jaħdmu għal rashom mingħajr preġudizzju għal evalwazzjoni każ b’każ. |
|
(8) |
Ma jista’ jkun hemm l-ebda garanzija li tinżamm ir-relazzjoni diretta jekk il-ħaddiem stazzjonat isir disponibbli għal impriża terza. |
|
(9) |
Huwa meħtieġ li, matul il-perjodu tal-istazzjonament, wieħed ikun jista’ jwettaq il-verifiki kollha b’mod partikolari fir-rigward tal-pagament tal-kontribuzzjonijiet u taż-żamma tar-relazzjoni diretta, meħtieġa biex jiġi evitat l-użu ħażin tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq, u biex jiġi żgurat li l-entitajiet amministrattivi, l-impjegati u l-ħaddiema jiġu infurmati b’mod xieraq. |
|
(10) |
Il-ħaddiem u l-impjegatur għandhom jiġu infurmati b’mod xieraq bil-kundizzjonijiet li bihom il-ħaddiem stazzjonat jitħalla jibqa’ soġġett għal-leġiżlazzjoni tal-pajjiż minn fejn ikun ġie stazzjonat. |
|
(11) |
Id-dmir tal-informazzjoni u tal-kooperazzjoni reċiproki stabbilit fl-Artikolu SSC.59(5) tal-Protokoll iqiegħed għadd ta’ obbligi fuq l-istituzzjonijiet kompetenti għall-fini tal-implimentazzjoni tal-Artikolu SSC.11(1) tal-Protokoll, |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
|
(1) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu SSC.11(1)(a) tal-Protokoll għandhom japplikaw għal ħaddiem suġġett għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat (l-Istat li jibgħat) permezz tat-twettiq ta’ attività fl-impieg ta’ impjegatur u li jintbagħat mill-impjegatur lejn Stat ieħor (Stat tal-impieg) sabiex iwettaq xogħol hemmhekk għal dak l-impjegatur.
Ix-xogħol għandu jitqies li qed jitwettaq għall-impjegatur fl-Istat li qed jibgħat jekk ġie stabbilit li dan ix-xogħol qed jitwettaq għal dak l-impjegatur u li qed tkompli teżisti relazzjoni diretta bejn il-ħaddiem u l-impjegatur li bagħtu. Sabiex jiġi stabbilit jekk relazzjoni diretta bħal din għadhiex teżisti, filwaqt li wieħed jassumi għalhekk li l-ħaddiem għadu taħt l-awtorità tal-impjegatur li nkarigah, iridu jitqiesu għadd ta’ elementi, inkluż ir-responsabbiltà għar-reklutaġġ, il-kuntratt tal-impjieg, ir-remunerazzjoni (mingħajr preġudizzju għall-ftehim possibbli bejn l-impjegatur fl-Istat li jibgħat u l-impriża fl-Istat tal-istazzjonament dwar il-pagament lill-ħaddiema), it-tkeċċija, u l-awtorità li tiddetermina n-natura tax-xogħol. Għall-applikazzjoni tal-Artikolu SSCI.13(1) tal-Anness SSC-7 tal-Protokoll, bħala indikazzjoni, ir-rekwiżit imfassal bil-kliem “minnufih qabel il-bidu tal-impjieg ta’ dik il-persuna” jista’ jitqies li jiġi ssodisfat jekk il-persuna kkonċernata tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat fejn ikun stabbilit l-impjegatur għal mill-inqas xahar. Perjodi iqsar ikunu jeħtieġu evalwazzjoni fuq bażi ta’ każ b’każ li tqis il-fatturi kollha involuti. Sabiex, meta jkun meħtieġ u f’każijiet ta’ dubju, jiġi ddeterminat jekk l-impjegatur normalment iwettaqx attivitajiet sostanzjali fit-territorju tal-Istat fejn dak l-impjegatur ikun stabbilit, l-istituzzjoni kompetenti f’dan tal-aħħar hija meħtieġa teżamina l-kriterji kollha li jikkaratterizzaw l-attivitajiet imwettqa minn dak l-impjegatur, inkluż il-post fejn l-impriża għandha l-uffiċċju rreġistrat u l-amministrazzjoni tagħha, l-għadd tal-persunal amministrattiv li qed jaħdem fl-Istat fejn huwa stabbilit u fl-Istat l-ieħor, il-post fejn il-ħaddiema stazzjonati jiġu reklutati u l-post fejn il-maġġoranza tal-kuntratti mal-klijenti jiġu konklużi, il-liġi applikabbli għall-kuntratti konklużi mill-impriża mal-ħaddiema tagħha min-naħa, u mal-klijenti tagħha min-naħa l-oħra, id-dħul mill-bejgħ waqt perjodu tipiku xieraq f’kull Stat kkonċernat u l-għadd tal-kuntratti mwettqa fl-Istat li jibgħat. Din mhijiex lista eżawrjenti, minħabba li l-kriterji għandhom jiġu adattati għal kull każ speċifiku u jqisu n-natura tal-attivitajiet imwettqa mill-impriża fl-Istat fejn hija stabbilita. |
|
(2) |
|
|
(3) |
Għall-applikazzjoni tal-Artikolu SSCI.13(3) tal-Anness SSC-7 tal-Protokoll, ir-rekwiżiti fl-Istat fejn tkun stabbilita l-persuna huma evalwati bħala sodisfatti abbażi ta’ kriterji bħal li l-persuna kkonċernata jkollha l-possibbiltà ta’ użu ta’ uffiċċju, li tħallas it-taxxi, li jkollha kard professjonali u numru tal-VAT jew li tkun irreġistrata mal-kmamar tal-kummerċ jew ma’ entitajiet professjonali. Bħala indikazzjoni, li persuna twettaq l-attivitajiet tagħha għal mill-inqas xahrejn jista’ jitqies bħala li tissodisfa r-rekwiżit imfassal bil-kliem “għal xi żmien qabel id-data meta tkun tixtieq tieħu vantaġġ mid-dispożizzjonijiet ta’ dak l-Artikolu”. Perjodi iqsar ikunu jeħtieġu evalwazzjoni fuq bażi ta’ każ b’każ li tqis il-fatturi kollha involuti. |
|
(4) |
|
|
(5) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu SSC.11(1)(a) tal-Protokoll m’għandhomx japplikaw jew jieqfu japplikaw b’mod partikolari:
|
|
(a) |
|
|
(7) |
L-istituzzjonijiet kompetenti għandhom jivvalutaw u jimmonitorjaw is-sitwazzjonijiet koperti mill-Artikolu SSC.11 (1) tal-Protokoll. B’mod partikolari, il-kriterji użati għall-evalwazzjoni dwar jekk l-impjegatur normalment iwettaqx l-attivitajiet tiegħu fit-territorju ta’ Stat, jekk teżistix relazzjoni diretta bejn l-impriża u l-ħaddiem, jew jekk il-ħaddiem li jaħdem għal rasu jżommx l-infrastruttura meħtieġa biex iwettaq l-attività tiegħu fi Stat, għandhom jiġu applikati b’mod konsistenti u b’mod ekwu fl-istess sitwazzjonijiet jew f’sitwazzjonijiet simili. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni Speċjalizzata għandha tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijet kompetenti fl-Istati għall-għan tal-implimentazzjoni tal-Artikolu SSC.11(1) tal-Protokoll kif ukoll tal-iskambju ta’ informazzjoni, l-esperjenza u l-prattika tajba meta jsir l-iffissar u l-gradazzjoni tal-kriterji għall-evalwazzjoni tal-qagħdiet tal-impriżi u l-ħaddiema, u f’konnessjoni mal-miżuri ta’ kontroll fis-seħħ. Għal dan il-għan, tista’ tfassal fi stadji gwida ulterjuri, għall-benefiċċju tal-awtoritajiet amministrattivi, tal-impriżi u tal-ħaddiema, li tikkonċerna il-ħaddiema stazzjonati u t-twettiq ta’ attività sekondarja minn ħaddiema li jaħdmu għal rashom barra mill-Istat fejn huma stabbiliti. |
Magħmul fi …, …
Għall-Kumitat Speċjalizzat dwar il- Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali
Il-Kopresidenti
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1708/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)