2006D0807 — MT — 06.12.2007 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2006/807/PESK ta’ l-20 ta’ Novembru 2006 (ĠU L 200M, 1.8.2007, p.201) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 323 |
56 |
8.12.2007 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2006/807/PESK
ta’ l-20 ta’ Novembru 2006
li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Waqt li jikkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/797/PESK ta' l-14 ta' Novembru 2005 dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) tagħha, flimkien mat-tieni inċiż ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Billi:|
(1) |
Permezz ta' l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK, il-Kunsill stabbilixxa Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (minn hawn 'il quddiem “EUPOL COPPS”) għal perjodu ta' 3 snin. Il-fażi operattiva ta' l-EUPOL COPPS bdiet fl-1 ta' Jannar 2006. |
|
(2) |
Skond l-Artikolu 14(2) ta' dik l-Azzjoni Konġunta, il-baġit finali tal-EUPOL COPPS għas-sena 2007 għandu jiġi deċiż, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
1. Il-baġit finali maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni mill-1 ta' Jannar 2007 sad-29 ta' Frar 2008 għandu jkun ta' EUR 2 800 000.
2. Il-baġit ta' l-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2008 sal-31 ta' Diċembru 2008 għandu jiġi deċiż mill-Kunsill qabel id-29 ta' Frar 2008.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
( 1 ) ĠU L 300, 17.11.2005, p. 65.