1993R2847 — MT — 29.01.2007 — 007.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (ĠU L 261, 20.10.1993, p.1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2870/95 tat-8 ta' Diċembru 1995 |
L 301 |
1 |
14.12.1995 |
|
|
L 301 |
35 |
14.12.1995 |
||
|
L 338 |
12 |
28.12.1996 |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 686/97 ta' l-14 ta'April 1997 |
L 102 |
1 |
19.4.1997 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2205/97 tat-30 ta' Ottubru 1997 |
L 304 |
1 |
7.11.1997 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2635/97 tat-18 ta' Diċembru 1997 |
L 356 |
14 |
31.12.1997 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2846/98 tas-17 ta' Diċembru 1998 |
L 358 |
5 |
31.12.1998 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 806/2003 ta' l-14 ta' April 2003 |
L 122 |
1 |
16.5.2003 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1954/2003 ta' l-4 ta' Novembru 2003 |
L 289 |
1 |
7.11.2003 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta' April 2005 |
L 164M |
36 |
16.6.2006 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 |
L 409 |
11 |
30.12.2006 |
|
Ikkoreġut b'
|
(*) |
Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti. |
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 2847/93
tat-12 ta' Ottubru 1993
li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),
Billi, bis-saħħa ta' l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3760/92 tal-20 ta' Diċembru 1992 li jistabilixxi sistema tal-Komunità għas-sajd u l-akwakultura ( 4 ), il-Kunsill għandu jdaħħal sistema tal-Komunità ta' kontroll;
Billi s-suċċess tal-politika komuni tas-sajd tinvolvi l-implimentazzjoni ta' sistema effettiva ta' kontroll li tkopri l-aspetti kollha tal-politika;
Billi, biex jintlaħaq dan il-għan, huwa meħtieġ li jiddaħħlu regolamenti għall-ħarsien ta' miżuri ta' konservazzjoni u ta' tmexxija ta' riżorsi, miżuri strutturali u miżuri dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq, u ċerti dispożizzjonijiet biex jittrattaw man-nuqqas li jtwettqu dawn il-miżuri, li għandhom japplikaw mas-settur kollu tas-sajd mill-produttur għall-konsumatur;
Billi din s-sistema tista' tikseb biss ir-rizultat mixtieq jekk l-industrija tagħraf li dan huwa ġġustifkat;
Billi l-kontroll huwa qabel kollox ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri; billi l-Kummissjoni għandha tfittex ukoll li tiżgura li l-Istati Membri jgħassu u jipprevieni ksur b'mod ekwu; billi, għalhekk, il-Kummissjoni għandha tkun ipprovduta b'mezzi finanzjarji, legali u leġislattivi biex twettaq dil-ħidma b'mod effettiv kemm jista' jkun;
Billi l-esperjenza miksuba mit-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2241/87 tat-23 ta' Lulju 1987 li jistabbilixxi ċerti miżuri ta' kontroll għall-attivitajiet tas-sajd ( 5 ) uriet li hemm ħtieġa li jissaħħaħ il-kontroll ta' l-implimentazzjoni tar-regolamenti li jirregolaw il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd;
Billi qbil mal-miżuri għall-konservazzjoni u t-tħaddim tar-riżorsi tas-sajd jeħtieġ sens akbar ta' responsabbiltà min-naħa ta' l-operaturi kollha ta' l-industrija tas-sajd;
Billi l-politika fuq it-tħaddim tar-riżorsi tas-sajd, li hija bbażata b'mod partikolari fuq il-qbid totali permess (TACs) u kwoti u miżuri tekniċi, għandha tkun mejgħuna mill-ġestjoni ta' l-isforz tas-sajd, li jinvolvi l-osservazzjoni ta' l-attivitajiet u l-kapaċitajiet tas-sajd;
Billi, biex jiġi żgurat li l-qbid u l-inżul jinżammu taht sorveljanza, l-Istati Membri għandhom jissorveljaw fl-ibħra marittimi kollha l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Komunità u l-attivitajiet kollha relatati li jħallu verifika ta' l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-politika komuni dwar is-sajd;
Billi huwa vitali li l-Istati Membri jikkooperaw fuq livell operattiv waqt l-ispezzjonijiet fuq il-baħar ta' l-attivitajiet tas-sajd, sabiex ikunu jistgħu jsiru spezzjonijiet effettivi u ġustifikabbli finanzjarjament, partikolarment f'ħidmiet imwettqa barra mill-ġurisdizzjoni jew is-sovranità ta' l-Istati Membri;
Billi l-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd komuni tinħtieġ miżuri biex jissorveljaw bastimenti li jkunu qed itajru bandiera ta' terzi pajjizi li jkun jinsabu fl-ibħra tal-Komunità, u b'mod partikolari sistema biex jikkomunikaw il-movimenti tagħhom u l-ispeċi miżmuma abbord, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' passaġġ innokwu fil-baħar territorjali u l-libertà ta' tbaħħir fiż-żona tas-sajd ta' 200 mil;
Billi l-implimentazzjoni tal-proġetti pilota applikabbli għal ċertu kategoriji ta' bastimenti mill-Istati Membri b'kooperazzjoni mal-Kumissjoni tagħmilha possibbli għall-Kunsill sabiex jiddeċiedi, qabel l-1 ta' Jannar 1996, sewwa jekk sistema ta' sorveljanza permezz ta' satellita jew sistema alternattiva għandha tkun implimentata;
Billi t-tmexxija tas-sajd bl-iffissar tal-TACijiet teħtieġ għarfien dettaljat tal-kompożizzjoni tal-qabdiet, tali għarfien ikun ugwalment meħtieġ għall-proċeduri l-oħra pprovduti fir-Regolament (KEE) Nru 3760/92; billi dan jeħtieġ iż-żamma ta' ġurnal ta' abbord minn kull kaptan ta' bastiment tas-sajd;
Billi huwa meħtieġ għall-Istat Membru ta' l-inżul biex jiġu ssorveljati l-qabdiet mniżżla l-art fuq it-territorju tiegħu, u għal dan il-għan huwa xieraq għall-bastimenti tas-sajd irreġistrati fl-Istati Membri l-oħra li jinnotifikaw lill-Istat Membru ta' l-inżul bl-intenzjoni tagħhom li jniżżluhom fit-territorju tagħhom;
Billi jeħtieġ li tiġi kkjarifikata u kkonfermata fil-ħin ta' l-inżul l-informazzjoni li tkun tinsab fil-ġurnali ta' abbord; billi, għal dan il-għan, hu meħtieġ li dawk involuti fl-inżul u fil-bejgħ tal-qbdiet għandhom jiddikjaraw il-kwantitajiet mniżżla, trasbordati, offruti għall-bejgħ jew mixtrija;
Billi, sabiex jiġu pprovduti eżenzjonijiet mill-obbligu li jinżamm ġurnal ta' abbord jew titlesta dikjarazzjoni ta' nżul minn bastimenti tas-sajd żgħar għal liema obbligazzjoni bħal din tkun tfisser oneru sproporzjonat fir-rigward tal-kapaċità tas-sajd tagħhom, huwa meħtieġ għal kull Stat Membru li jissorvelja l-attivitajiet ta' dawn il-bastimenti bl-implimentazzjoni ta' pjan ta' teħid ta' kampjuni;
Billi, sabiex jiġi żgurat ir-rispett lejn il-miżuri ta' konservazzjoni u tal-kummerċ tal-Komunità, il-prodotti kollha tas-sajd imniżżla ġewwa jew importati fil-Komunità għandhom ikunu akkumpanjati, sal-mument ta' l-ewwel bejgħ, b'dokument ta' trasport li jidentifika l-oriġini tagħhom;
Billi limitazzjonijiet fuq il-qabdiet għandhom jitmexxew kemm fuq il-livell ta' l-Istati Membri kif ukoll tal-Komunità; billi l-Istati Membri għandhom jirreġistraw l-inżul u jinnotifikawhom lill-Kummissjoni bit-trasmissjoni tal-kompjuter; billi għalhekk huwa meħtieġ li jiġi pprovdut għall-eċċezzjonijiet minn dan l-obbligu għall-kwantitajiet zgħar imniżżla, u li jekk dawn jiġu trasmessi bil-kompjuter dan ikun jikkostitwixxi oneru sproporzjonat amministrattiv u finanzjarju għall-awtoritajiet ta' l-Istati Membri;
Billi, sabiex jiġu żgurati l-konservazzjoni u t-tmexxija tar-riżorsi kollha użati, id-dispożizzjonijiet dwar il-ġurnal ta' abbord, id-dikjarazzjonijiet dwar l-inżul u l-bejgħ u l-informazzjoni fuq it-trasbord u r-reġistrazzjoni tal-qabdiet jistgħu jiġu estiżi għall-stokkijiet li mhumiex suġġetti għal kwota TAC;
Billi l-Istati Membri għandhom jiġu informati bir-riżultati ta' l-attivitajiet tal-bastimenti tagħhom fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terżi jew fl-ibħra internazzjonali, billi l-kaptani ta' dawn il-bastimenti għandhom konformament ikunu suġġetti għall-obbligi dwar il-ġurnal ta' abbord u d-dikjarazzjonijiet ta' l-inżul u t-trasbord; billi l-informazzjoni miġbura mill-Istati Membri għandha tintbagħat lill-Kummissjoni;
Billi t-tmexxija tal-ġbir u t-trattament tad-data teħtieġ il-ħolqien ta' data bases kompjuterizzati li jagħmluha possibbli, b'mod partikolari, li ssir il-verifika akkurata tad-data; billi għalhekk il-Kummissjoni u l-aġenti tagħha għandhom ikollhom aċċess għal dawn id-data bases permezz ta' trasmissjoni bil-kompjuter biex issir il-verifika tad-data;
Billi konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-użu ta' l-attrezzatura tas-sajd ma tistax tiġi żgurata adegwatament fejn jinġarru abbord xbieki bid-daqs tal-malji differenti, ħlief fejn huma suġġetti għall-miżuri ta' kontroll addizzjonali; billi għal ċertu sajd jista' jkun xieraq li jsiru regoli speċifiċi bħar-regola tax-xibka waħda;
Billi huwa meħtieġ li, meta l-kwota ta' Stat Membru tiġi eżawrita jew meta l-TAC nnifisha hija eżawrita, għandu jiġi pprojbit is-sajd permezz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni;
Billi huwa meħtieġ li jissewwa l-preġudizzju li jkun sofra Stat Membru li ma jkunx eżawrixxa l-kwota tiegħu, l-allokazzjoni tiegħu ta' parti ta' stokk jew grupp ta' stokkijiet meta s-sajd ikun ingħalaq wara li tkun ġiet eżawrita l-TAC; billi għal dan il-għan sistema ta' kumpens għandha tiġi pprovduta;
Billi, fil-każijiet fejn dan ir-Regolament ma jiġix rispettat minn dawk responsabbli għall-bastimenti tas-sajd għandhom ikunu suġġetti għal miżuri ta' kontroll addizzjonali għall-għanijiet ta' konservazzjoni;
Billi huwa meħtieġ, biex tiġi garantita t-tmexxija effiċjenti tal-miżuri adottati, biex jiġu pprovduti mekkaniżmi ta' dikjarazzjoni skond l-għanijiet tat-tmexxija u strateġiji pprovduti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 3760/92, applikabbli għal Stat Membru li jkun stad iż-żejjed il-kwota tiegħu;
Billi wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-politika komuni dwar is-sajd huwa biex jiġu aġġustati l-kapaċitajiet tas-sajd mar-riżorsi disponibbli; billi l-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 3760/92 jistipula li huwa x-xogħol tal-Kunsill li jiffissa l-għanijiet u l-istrateġiji għall-isforz tar-ristrutturar tas-sajd; billi huwa wkoll meħtieġ li tiġi assigurata l-konformità mal-miżuri fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq; partikolarment minn persuni għal min japplikaw dawn il-miżuri; billi, għalhekk, huwa vitali li kull Stat Membru jeżegwixxi, b'żieda mal-verifiki finanzjarji diġa' pprovduti fir-regoli Komunitarji, verifiki tekniċi biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet preskritti mill-Kunsill ikunu mħarsa;
Billi huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ġenerali biex iħallu spetturi tal-Komunità maħtura mill-Kummissjoni biex jiżguraw l-applikazzjoni uniformi tar-regoli Komunitarji u biex jivverifikaw il-kontroll imwettaq mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri;
Billi, biex tiġi mħarsa l-oġġettività tal-verifiki, huwa importanti li l-ispetturi tal-Komunità jistgħu, f'ċerti ċirkostanzi, jagħmlu missjonijiet mingħajr notifika minn qabel u b'mod indipendenti, biex jivverifikaw il-ħidmiet ta' kontroll imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri; billi missjonijiet bħal dawn b'ebda mod m'għandhom jimplikaw il-kontroll ta' persuni privati;
Billi l-azzjoni meħuda wara l-ksur tista' tkun differenti minn Stat Membru għall-ieħor; tikkawża s-sajjieda jħossuhom trattati inġustament; billi n-nuqqas ta' sanzjonijiet disswasivi f'ċerti Stati Membri naqqsu l-effettività ta' kontrolli u billi, fid-dawl ta' dawn l-osservazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa mhux diskriminatorji biex iħarsu kontra u jipprosegwixxu irregolaritajiet, partikolarment billi jitwaqqaf roster ta' sanzjonijiet li effettivament iċaħħdu l-malfatturi mill-gwadan kummerċjali li jirriżulta mill-ksur tagħhom;
Billi l-possibbiltà għall-Istat Membru tal-bandiera li jiżgura li r-regoli tal-konservazzjoni u t-tmexxija tar-riżorsi tas-sajd huma osservati hi mnaqqsa f'każijiet fejn l-Istat Membru ta' l-inżul ma jipprosegwix effettivament l-irregolaritajiet; billi għandhom isiru dispożizzjonijiet biex jingħaddu l-qabdiet magħmula illegament kontra l-kwota ta' l-Istat Membru ta' inżul jekk dak l-Istat ma jkunx ġab proċeduri effettivi;
Billi l-Istati Membri għandhom jirrapportaw regolarment lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tagħhom ta' spezzjoni u fuq il-miżuri meħuda wara l-ksur tal-miżuri Komunitarji;
Billi għall-ċerti miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huwa xieraq li jiġu pprovduti regoli dettaljati ta' implimentazzjoni;
Billi l-kunfidenzjalità tad-data miġbura fil-qafas ta' dan ir-Regolament għandha tiġi garantita;
Billi dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-verifika, li, filwaqt li jidħlu fl-ambitu tiegħu, imorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet minimi tiegħu, sakemm, iżda, dawk id-dispożizzjonijiet nazzjonali huma skond il-liġi tal-Komunità;
Billi r-Regolament (KEE) Nru No 2241/87 għandu jiġi mħassar, b'eċċezzjoni magħmula, iżda, għall-Artikolu 5 li għandu jibqa' fis-seħħ, fil-pendenza ta' l-adozzjoni tal-listi msemmija fl-Artikolu 6(2) ta'dan ir-Regolament;
Billi huwa meħtieġ li jiġi pprovdut perjodu transitorju għall-implimentazzjoni ta' dispożizzjonijiet speċifiċi li jinsabu f'ċerti l-Artikoli biex jippermettu l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri li jwaqqfu u jadattaw il-proċeduri tagħhom għall-ħtiġijiet ta' dan ir-Regolament ġdid;
Billi d-dispożizzjonijiet ta' ċerti l-Artikoli, safejn jikkonċernaw ħidmiet tas-sajd fil-Baħar Mediterran, fejn il-politika komuni tas-sajd għadha ma ġietx applikata fis-sħiħ, għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1989,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1
1. Sabiex tiġi żgurata konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, qiegħda b'dan tiġi mwaqqfa sistema Komunitarja li tinkludi b'mod partikolari dispożizzjonijiet għall-verifika teknika ta':
— miżuri ta' konservazzjoni u tmexxija ta' riżorsi,
— miżuri strutturali,
— miżuri dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq,
kif ukoll ċerti dispożizzjonijiet dwar l-effettività tas-sanzjonijiet li għandhom jiġu applikati f'każijiet fejn il-miżuri msemmija hawn fuq ma jiġux osservati.
2. Għal dan il-għan kull Stat Membru għandu jadotta, skond ir-regoli tal-Komunità, miżuri xieraq biex jiżguraw l-effettività tas-sistema. Għandu jpoġġi mezzi suffiċjenti għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti biex ikunu jistgħu jeżegwixxu x-xogħol tagħhom ta' spezzjoni u kontroll kif ipprovdut f'dan ir-Regolament.
3. Is-sistema għandha tapplika għall-attivitajiet kollha tas-sajd u għall-attivitajiet kollha assoċjati magħmula fit-territorju u ġewwa l-ibħra marittimi suġġetti għas-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri inklużi dawk eżerċitati minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta', jew li huma rreġistrati fi, pajjiż terz, fiż-żona tas-sajd ta' 200 mil; għandha tapplika ukoll għall-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jaħdmu fl-ibħra ta' pajjiżi mhux membri u fl-ibħra mhux territorjali mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali fi ftehim dwar is-sajd milħuqa bejn il-Komunità u pajjiżi terzi jew f'Konvenzjonijiet Internazzjonali li tagħhom il-Komunità hija parti.
IT-TITOLU I
Kontroll, ispezzjoni u sorveljanza
L-Artikolu 2
1. Sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regolamenti kollha fis-seħħ, kull Stat Membru fit-territorju u fl-ibħra li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tiegħu għandu jikkontrolla, jispezzjona u jżomm sorveljanza ta' l-attivitajiet kollha fis-settur tas-sajd, b'mod partikolari s-sajd innifsu, l-ispedizzjoni, l-iżbark, il-bejgħ fis-suq, it-trasport u l-ħażna ta' prodotti tas-sajd u d-dokumentazzjoni li turi l-iżbark u l-bejgħ. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw l-aħjar kontroll possibbli fit-territorju tagħhom u fl-ibħra li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom, skond il-lokazzjoni partikolari tagħhom.
2. Kull Stat Membru għandu jassigura illi l-attivitajiet tal-bastimenti tiegħu barra ż-żona ta' sajd tal- Komunità jkunu kontrollati b'mod xieraq u, fejn jeżistu tali obbligi Komunitarji, isiru spezzjonijiet u sorveljanza, sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli tal-Komunità applikabbli f'dawk l-ibħra.
L-Artikolu 3
1. Kull Stat Membru għandu jistabilixxi sistema ta' kontroll ta' bastimenti bis-satellita, minn issa ‘l quddiem issir referenza għaliha bħala “VMS”, sabiex jikkontrolla l-lokazzjoni tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità.
Il-VMS għandha tapplika mhux aktar tard mit-30 ta'Ġunju 1998 għall-bastimenti tas-sajd kollha tal-Komunità li huma akbar minn 20 metru bejn il-perpendikulari jew 24 metru tul b'kollox għal kwalunkwe waħda mill-kategorji segwenti:
— bastimenti li jaħdmu fl-ibħra ewlenin, minbarra fil-baħar Mediterran,
— bastimenti li jaħdmu fl-ibħra ta' pajjiżi terzi, sakemm ikunu saru klawsoli fil-Ftehim mal-pajjiż terz jew pajjiżi terzi relevanti għall-applikazzjoni ta' VMS għall-bastimenti ta' tali pajjiż jew pajjiżi li jaħdmu fl-ibħra tal-Komunità,
— bastimenti li jaqbdu l-ħut li jibdluhom fi smida u żejt.
2. Il-VMS għandha tapplika mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2000 għall-bastimenti kollha tas-sajd tal-Komunità li huma akbar minn 20 metru bejn il-perpendikulari jew 24 metru tul b'kollox kull fejn joperaw. ►M7 ————— ◄
3. Minkejja l-klawsoli ta' paragrafi 1 u 2 fuq, l-VMS m'għandiex tapplika għal bastimenti:
(a) li joperaw esklussivament fi 12-il mil nawtiku mill-linja bażi tal-Istat Membru tal-bandiera; jew
(b) li qatt ma għamlu aktar minn 24 siegħa fil-baħar mill-ħin tat-tluq sa meta jirritornaw lura fil-port.
4. Meta Stat Membru jimponi VMS fuq bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu u li ma jaqawx fl-iskop ta' paragrafi 1 sa 3, dawk il-bastimenti jkunu eliġibbli għall-istess għajnuna finanzjarja li tapplika għall-bastimenti li japplikaw VMS taħt paragrafi 1 u 2.
5. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li jiġi nstallat b'mod effettiv apparat ta' mmarkar bis-satellita fuq bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jtajru l-bandiera tagħhom li għalihom għandha tapplika VMS. L-apparat ta' mmarkar bis-satellita jippermetti bastiment tas-sajd li jikkomunika permezz ta' satellita mal-Istat tal-bandiera u mal-Istat Membru kostali kkonċernat fl-istess ħin, il-posizzjoni ġeografika tiegħu u fejn hemm bżonn ir-rapporti ta' ħidma li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 19b. Fil-każ ta' forza maġġuri għandha tiġi kkomunikata informazzjoni relevanti permezz tar-radju fuq stazzjon tar-radju approvat taħt regoli tal-Komunità għar-riċeviment ta' din l-informazzjoni jew bil-mezzi speċifikati fl-Artikolu 19ċ.
6. Is-sidien tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li għalihom tapplika VMS għandhom jassiguraw li l-apparati ta' mmarkar bis-satellita jaħdmu tajjeb f'kull ħin u li l-informazzjoni li għaliha hemm referenza fil-paragrafu 5 qed tiġi trasmessa. It-trasmissjoni għandha ssir bil-frekwenza ta' kuljum meħtieġa sabiex jiġi assigurat li l-Istat Membru tal-bandiera u/jew l-Istat Membru kostali jkun jista' jikkontrolla l-bastimenti b'mod effettiv.
7. L-Istati Membri għandhom jistabilixxu u jħaddmu ċentri ta' kontrolli tas-sajd, minn issa ‘l quddiem issir referenza għalihom bħala “FMS”, li għandhom jikkontrollaw l-attivitajiet u l-kapaċita' tas-sajd. Il-FMS għandhom jibdew jaħdmu mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 1998.
Il-FMS ta' Stat Membru partikulari għandhom jikkontrollaw l-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, mingħajr ma jagħtu każ tal-ibħra li jkunu joperaw fihom jew il-port li jkunu qegħdin fih, kif ukoll ta' bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jtajru l-bandiera ta' Stati Membri oħra u ta' bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi li għalihom tapplika VMS fl-ibħra taħt is-sovranita' jew il-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru partikolari.
8. Kull Stat Membru tal-bandiera għandu jaħtar l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għal-FMS u għandu jieħu l-miżuri adattati sabiex ikun żgurat li l-FMS tiegħu għandu r-riżorsi xierqa għall-persunal u huwa ekwippaġġat b' hardware u software tal-komputer li jippermetti pproċessar tad-data u trasmissjoni tad-data elettronika. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal proċeduri ta' back-up u rkupru fil-każ ta' falliment tas-sistema.
L-Isati Membri jistgħu iħaddmu FMS flimkien.
9. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex ikun żgurat li d-data li jirċievu l-bastimenti tas-sajd tiegħu li għalih tapplika VMS tkun rreġistrata b'mod li tkun tista' tinqara mill-kompjuter għal perjodu ta' tliet snin.
L-Istat Membru kostali għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex ikun żgurat li d-data li jirċievu l-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż terz li għalihom tapplika VMS tkun rreġistrata b'mod ili tkun tista' tinqara mill-kompjuter għal perjodu ta' tliet snin.
Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għal dawn il-files tal-kompjuter fuq bażi ta' talba speċifika. Il-klawsoli ta' l-Artikolu 37 għandhom japplikaw.
10. Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu deċiżi bi qbil mal-proċedura dettata fl-Artikolu 36.
B'mod partikolari, fuq bażi ta' applikazzjoni ta' Stat Membru u bi qbil mal-klawsoli ta' l-Artikolu 36, il-Kummissjoni tista tiddeċiedi li tiġi applikata sistema alternattiva għal-VMS, waqt li jiġi kkunsidrat it-tip ta' sistema ta' kontroll propost, it-tip ta' bastiment jew bastimenti tas-sajd, il-post jew postijiet fejn isir is-sajd, l-ispeċi mmirati u t-tul tal-vjaġġi tas-sajd. Is-sistema alternattiva għandha tkun effettiva daqs VMS u tapplika fuq bażi mhux diskriminatorja.
L-Artikolu 4
1. L-ispezzjon u l-verifika speċifikati fl-Artikolu 2 għandhom jitwettqu minn kull Stat Membru għalih waħdu permezz ta' sistema ta' spezzjoni deċiż mill-Istat Membru.
Fit-twettieq tax-xogħlijiet fdati lilhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitħarsu d-dispożizzjonijiet u l-miżuri msemmija fl-Artikolu 2. Kif ukoll, għandhom jaġixxu b'tali mod li jevitaw indħil bla bżonn fl-attivitajiet normali tas-sajd. Għandhom jiżguraw ukoll li ma jkunx hemm diskriminazzjoni fir-rigward tas-settur u tal-bastimenti magħżula għall-ispezzjon.
2. Il-persuni responsabbli għall-bastimenti tas-sajd, stabbilimenti jew vetturi tat-trasport li jkunu spezzjonati għandhom jikkooperaw fil-tħaffif ta' l-ispezzjonijiet magħmula skond il-paragrafu 1.
L-Artikolu 5
Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan it-Titolu għandhom jiġu adottati kif meħtieġ, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi nazzjonali, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 36, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma':
(a) l-Istat Membru jista' juża l-identifikazzjoni ta' spetturi uffiċjalment nominati u ta' bastimenti ta' spezzjoni, ajruplani u mezzi oħra ta' spezzjoni;
(b) il-proċedura tal-ispezzjoni u s-sorveljanza ta' attivitajiet fis-settur tas-sajd;
(ċ) li jiġu mmarkati u identifkati (is-senjalazzjoni u l-identifikazzjoni ta') bastimenti tas-sajd u t-tagħmir tagħhom;
(d) Iċ-ċertifikazzjoni tal-karatteristiċi ta' bastimenti tas-sajd li jirrelataw ma' attivitajiet ta' sajd.
IT-TITOLU II
Sorveljanza tal-qabdiet
L-Artikolu 6
1. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jistadu għall-stokk jew grupp ta' stokk għandhom iżommu ġurnal ta' abbord tal-ħidmiet tagħhom, u jindikaw partikolarment il-kwantitajiet ta' kull speċi maqbuda u miżmuma abbord, id-data u l-post (rettangolu statistiku ICES) ta' dawn il-qabdiet u t-tip ta' attrezzatura użata.
2. Mill-1 ta' Jannar 2000 kwalunkwe ammont akbar minn 50 kg ta' live-weight equivalent għall-kwalunkwe speċe miżmuma abbord, iridu jiġu imniżżla fil-ġurnal ta'abbord f'postijiet li mhumiex fil-Mediterran. ►M11 ►C1 Għall-operazzjonijiet ta' sajd fil-Baħar tal-Mediterran kwalunkwe ammont akbar minn ekwivalenti ta' 15-il kg ta' piż ħaj miżmum abbord ta' kwalunkwe speċi indikata f'lista adottata b'mod konformi mal-paragrafu 8 għandu jiġi reġistrat fil-ġurnal ta' abbord. ◄ ◄
Madankollu, għal speċi ferm migratorji u għal speċi pelaġiċi żgħar, kwalunkwe ammont akbar mill-ekwivalenti ta' 50 kg ta' piż ħaj għandu jiġi reġistrat fil-ġurnal ta' abbord.
3. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom idaħħlu fil-ġurnal ta' abbord tagħhom il-kwantitajiet maqbuda l-baħar, id-data u l-post ta' dawn il-qabdiet u l-ispeċi msemmija fil-paragrafu 2. Il-kwantitajiet mwarrba l-baħar jistgħu jiġu rreġistrati għall-finijiet ta' valutazzjoni.
4. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom ikunu eżenti mill-ħtiġijiet tal-paragrafi 1 u 3 jekk it-tul komplessiv tal-bastimenti huwa anqas minn 10 metri.
5. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi b'maġġoranza kwalifikata, fuq proposta tal-Kummissjoni, eżenzjonijiet għajr għal dik imsemmija fil-paragrafu 4.
6. Kull Stat Membru għandu jwettaq, fuq il-bażi ta' kampunarju, verifiki ta' l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd li huma eżenti mill-ħtiġijiet speċifikati fil-paragrafi 4 u 5 sabiex jiżguraw rispett minn dawn il-bastimenti tar-regoli tal-Komunità fis-seħħ.
Għal dan il-għan kull Stat Membru għandu jistabbilixxi pjan ta' kampunarju u jibagħtu lill-Kummissjoni. Ir-riżultati tal-verifika mwettqa għandhom jiġu kkomunikati regolarment lill-Kummissjoni.
7. Il-kaptani tal-bastimenti tal-Komunità għandhom jirreġistraw l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafi 1 u 3 jew f'forma li tista' tinqara mill-kompjuter jew fuq il-karti.
8. Regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stipulata fl- l-Artikolu 36, inkluż:
— bażi ġeografika oħra differenti mill-ICES statistical rectangle, f'ċerti każijiet speċifiċi, u
— dokumentazzjoni ta' qabdiet b'tagħmir ta' xbieki b'toqob żgħir li tħallew abbord mhux magħżula,
— il-lista msemmija fil-paragraph 2.
L-Artikolu 7
1. Il-kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-Komunità li jixtieq juża postijiet ta' żbark fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru li jġorr il-bandiera tiegħu jrid jikkonforma mar-rekwiżiti ta' kwalunkwe skema tal-port nominat mwaqqfa minn dak l-Istat Membru skond l-Artikolu 38, jew jekk dak l-Istat Membru ma' jħaddimx skema simili, hu jrid jinforma lill-awtoritajiet kompetenti f'dak l-Istat Membru tal-inqas erba' sigħat qabel bil-:
— post(ijiet) ta' żbark u l-ħin stimat għall-wasla fih jew fihom
— l-ammonti ta' kull speċe li ser tiġi żbarkata.
2. Il-kaptan imsemmi fil-paragrafu 1 li jonqos milli jagħmel dawn in-notifiki jista' jkun suġġett għas-sanzjonijiet xierqa mill-awtoritajiet kompetenti.
3. Il-Kummissjoni, skond il-proċedura maħsuba fl-Artikolu 36, tista' tagħti eżenzjoni għall-ċerti kategoriji ta' bastimenti tas-sajd tal-Komunità mill-obbligu stipulat fil-paragrafu 1 għall-perjodu limitat u li jista' jiġġedded, jew tiddisponi għall-perjodu ta' notifika ieħor wara li jiġu konsidrati, fost l-oħrajn, id-distanza bejn iż-żoni tas-sajd, il-postijiet ta' l-inżul u l-portijiet fejn il-bastimenti konċernati huma rreġistrati jew skedati.
L-Artikolu 8
1. Il-kaptan ta' kull bastiment tas-sajd tal-Komunità li jkun b'kollox twil daqs, jew iktar minn 10 metri, jew rappreżentant tiegħu, għandu wara kull vjaġġ u fiż-żmien 48 siegħa mill-inżul jagħmel dikjarazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn l-inżul ikun sar. Il-kaptan għandu jkun responsabbli għall-eżattezza tad-dikjarazzjoni, li għandha tindika, bħala minimu, il-kwantitajiet imniżżla ta' kull speċi stipulati fl-artikolu 6(2) u ż-żona fejn inqabbdu.
2. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi, wara li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, li jestendi l-obbligu preskritt fil-paragrafu 1 lill-bastimenti li b'kollox għandhom tul ta' anqas minn 10 metri. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi wkoll, wara li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, eżenzjonijiet mill-obbligu preskritt fil-paragrafu 1 għall-ċerti kategoriji ta' bastimenti li jkollhom b'kollox tul daqs, jew iżjed minn, 10 metri u li jagħmlu attivitajiet tas-sajd speċifiċi.
3. Kull Stat Membru għandu jagħmel, fuq il-bażi ta' kampjuni, verifiki ta' l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd li huma eżenti mill-ħtiġijiet speċifikati mill-paragrafu 1 biex jiġi żgurat ir-rispett minn dawn il-bastimenti għar-regoli Komunitarji fis-seħħ.
Għal dan il-għan, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi pjan ta' kampunarju u jibagħtu lill-Kummissjoni. Ir-riżultati tal-verifika mwettqa għandhom jiġu kkomunikati regolarment lill-Kummissjoni.
4. Regoli dettaljati għall-implimentazjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 36.
L-Artikolu 9
1. Ċentri ta' subbasta jew entitajiet jew persuni oħrajn awtorizzati mill-Istati Membri, li jkunu inkarigati mill-ewwel bejgħ fis-suq ta' prodotti tas-sajd li jiġu żbarkati fi Stat Membru jridu jissottomettu, wara l-ewwel bejgħ, nota ta' bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fit-territorju tagħhom isir l-ewwel negozju. Iċ-ċentri ta' subbasta jew entitajiet jew persuni oħrajn awtorizzati mill-Istati Membri huma responsabbli mis-sottomissjoni tan-noti ta' bejgħ li jelenkaw l-informazzjoni kollha rikjesta taħt dan l-Artikolu.
2. Fejn l-ewwel bejgħ fis-suq fil-prodotti tas-sajd li jiġu żbarkati fi Stat Membru jsir b'mod differenti minn dak stipulat fil-paragrafu 1, il-prodotti żbarkati m'għandhomx jinġabru sakemm ma jiġix mogħti wieħed mid-dokumenti li ġejjin lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-entitajiet oħra awtorizzati mill-Istati Membri:
— nota ta' bejgħ, meta l-prodotti ġew mibjugħa jew offruti għall-bejgħ fil-post ta' żbark,
— kopja ta' wieħed mid-dokumenti stipulati fl-Artikolu 13, meta l-prodotti jiġu offruti għall-bejgħ f'post li mhux il-post ta' żbark; nota ta' bejgħ trid tiġi annessa ma' kopji simili fil-mument attwali tal-bejgħ,
— dikjarazzjoni li qed jiġi assunt il-kontroll, meta l-prodotti ma jiġux offruti għall-bejgħ jew huma maħsuba li jiġu offruti f'data aktar tard.
Is-sottomissjoni tan-noti ta' bejgħ li jelenkaw l-informazjoni rikjesta f'dan l- Artikolu huma fir-responsabbiltà tax-xerrej.
Is-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni li qed jiġi assunt il-kontroll li telenka l-informazzjoni kollha rikjesta taħt dan l- Artikolu hija fir-responsabbiltà tad-detentur ta' din id-dikjarazzjoni.
3. In-noti ta' bejgħ imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikollhom bħala minimu t-tagħrif li ġej:
— l-isem relevanti ta' kull speċe u l-post ġeografiku tal-oriġini tagħha,
— għall-ispeċi kollha, fejn xieraq, id-daqs individwali jew il-piż, grad, preżentazzjoni u freskezza,
— fejn xieraq, id-daqs minimu rilevanti tal-ħut,
— il-prezz u l-kwantità fl-ewwel bejgħ għall-kull speċi, u fejn xieraq, fuq bażi ta' daqs individwali jew piż, grad, preżentazzjoni jew freskezza,
— fejn xieraq, id-destinazzjoni tal-prodotti rtirati mis-suq (prodotti sekondarji, konsum mill-bniedem, carry-over),
— l-isem ta' kemm il-bejjiegħ u x-xerrej,
— il-post u d-data tal-bejgħ,
— fejn possibbli, in-numru ta' riferenza tal-kuntratt ta' bejgħ.
4. In-noti ta' bejgħ għandhom jingħataw lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-kontroll tal-ewwel bejgħ tas-suq tal-ħut b'tali mod li tkun inkluża l-informazzjoni li ġejja:
— l-identifikazzjoni esterna u l-isem tal-bastiment tas-sajd li jkun żbarka l-prodotti konċernati,
— l-isem ta' sid il-bastiment jew tal-kaptan,
— il-port u d-data tal-iżbark,
— fejn applikabbli, riferenza għal wieħed mid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 13(1) u (4)(b).
4a. Fejn nota ta' bejgħ ma taqbilx mal-fattura jew dokument ieħor minflokha, kif imsemmi fl-Artikolu 22(3) tas-sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE ( 6 ), l-Istati Membri jadottaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jiżguraw li l-informazzjoni fuq il-prezz mingħajar taxxa għall-kunsinna tal-oġġetti lix-xerrej tkun l-istess bħal dik indikata fuq il-fattura.
4b. Dikjarazzjonijiet li qed jiġi assunt il-kontroll imsemmija fil-paragrafu 2, imfassla mis-sidien tal-prodotti tas-sajd żbarkati jew l-aġenti tagħhom, irid ikun fihom tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:
— l-isem ta' kull speċe u l-post ġeografiku tal-oriġini tagħha,
— il-piż ta' kull speċe, imqassma skond it-tip ta' preżentazzjoni ta' prodott,
— fejn hu xieraq, id-daqs minimu rilevanti tal-ħut,
— l-identifikazzjoni tal-bastiment tas-sajd li żbarka l-prodotti,
— l-identifikazzjoni tal-kaptan tal-bastiment,
— il-port u d-data tal-iżbark,
— il-postijiet fejn il-prodotti jiġu maħżuna,
— fejn applikabbli, referenza għal wieħed mid-dokumenti imsemmija fl-Artikoli 13(1) u (4)(b).
4c. Fejn il-prodotti tas-sajd żbarkati huma maħsuba sabiex jinbiegħu aktar tard, u fejn dawn il-prodotti jridu jitqegħdu fis-suq bi prezz stipulat f'kuntratt jew bi prezz fiss għal żmien speċifiku, l-Istati Membri għandhom jagħmlu verifiki xierqa sabiex jikkonfermaw illi l-informazzjoni fid-dikjarazzjonijiet li qed jiġi assunt il-kontroll u fin-noti ta' bejgħ imsemmija fil-paragrafu hi eżatta.
5. In-noti ta' bejgħ, dikjarazzjonijiet li qed jiġi assunt il-kontroll u kopja tad-dokumenti tat-trasport iridu jiġu sottomessi, fi żmien 48 siegħa mill-ewwel negozjar jew żbark, lill-awtorità kompetenti jew entitajiet oħra awtorizzati mill-Istati Membri, skond il-liġi tal-Istati Membri li fit-territorju tagħhom ikunu saru l-ħidmiet tas-sajd. Fuq talba ta' Stat Membru, il-Kummissjoni, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 36, tista' tagħti eżenzjoni minn dan id-dewmien f'sitwazzjonijiet speċifiċi.
Fil-każ li l-prodotti jinġarru lejn Stat Membru li mhux l-Istat Membru fejn seħħ l-iżbark, min iġorr il-prodott għandu jibgħat fi żmien 48 siegħa mill-iżbark kopja tad-dokumenti tat-trasport lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ġie ddikjarat li sar l-ewwel bejgħ fis-suq. L-Istat Membru li fih isir l-ewwel bejgħ fis-suq jista' jitlob aktar informazzjoni fuq dan mill-Istat Membru li fih isir l-iżbark.
6. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu kopja tan-nota ta' bejgħ għall-perjodu ta' sena li jibda mis-sena li tiġi wara dik fejn tkun ġiet irreġistrata l-informazzjoni mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti.
Fejn l-ewwel bejgħ fis-suq tal-prodotti tas-sajd ma jseħħx fl-Istat Membru fejn il-prodotti ġew żbarkati, l-Istat Membru responsabbli mill-kontroll tal-ewwel bejgħ fis-suq għandu jiżgura li kopja tan-nota ta' bejgħ tiġi mogħtija lill-awtoritajiet responsabbli mill-kontroll tal-iżbark tal-prodotti msemmija mill-aktar fis possibbli.
7. Il-Kummissjoni, skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 36, tista' tagħti eżenzjoni mill-obbligu li tingħata in-nota ta' bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti jew korpi awtorizzati oħra ta' l-Istat Membru għall-prodotti tas-sajd imniżżla minn ċerti kategoriji ta' bastimenti tas-sajd Komunitarji li jkollhom b'kollox tul ta' anqas minn 10 metri ►M7 jew għal kwantitajiet ta' prodotti tas-sajd li ma jaqbżux il-50 kg ta' live weight equivalent bl-ispeċe ◄ .
Dawn l-eżenzjonijiet jistgħu jingħataw biss f'każijiet fejn l-Istat Membru kkonċernat ikun installa sistema aċċettabbli ta' sorveljanza.
8. Xerrej li jakkwista prodotti li wara ma jitqegħdux fis-suq imma jiġu użati biss għall-konsum privat għandhom ikunu eżenti mill-ħtiġijiet tal-paragrafu 2.
9. Regoli dettaljati li jiggvernaw l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 36.
▼M7 —————
L-Artikolu 11
1. Trasbordi u ħidmiet ta' sajd li jinvolvu azzjoni konġunta bejn żewġ bastimenti jew aktar li jsiru f'ibħra li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru, kif ukoll trasbord li jsir fil-portijiet ta' Stat Membru jistgħu jiġu awtorizzati minn dan l-Istat Membru. Il-kaptana tal-bastimenti kkonċernati jridu josservaw dawn il-proċeduri stipulati skond il-paragrafu 2, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma':
— id-definizzjoni tal-postijiet awtorizzati,
— il-proċeduri ta' ispezzjoni u sorveljanza,
— it-termini u l-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni u n-notifika tal-ispedizzjoni u tal-kwantitajiet trasbordati.
Din id-disposizzjoni ma tapplikax għall-attivitajiet ta' pair trawling minn bastimenti tal-Komunità.
2. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, wara li jittieħdu in konsiderazzjoni il-kummenti ta' l-Istati Membri kkonċernati, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 36.
L-Artikolu 12
Fejn it-trasbord jew l-inżul isir iżjed minn 15-il jum wara l-qabda, it-tagħrif meħtieġ fl-Artikoli 8 u 11 għandu jingħata lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li tiegħu l-bastimenti jtajru l-bandiera jew li fih huma rreġistrati l-bastimenti mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-qabda.
L-Artikolu 13
1. Il-prodotti tas-sajd kollha żbarkati jew importati fil-Komunità, kemm dawk mhux ipproċessati jew wara li ġew ipproċessati abbord, u li għalihom ma' ġewx mogħtija la nota ta' bejgħ u lanqas dikjarazzjoni ta' assunzjoni tal-kontroll skond l-Artikolu 9(1) u (2), u li huma trasportati minn post differenti minn dak tal-iżbark jew importazzjoni, iridu jkunu akkumpanjati b'dokument miktub minn min iġorr l-oġġetti sakemm iseħħ l-ewwel bejgħ. Is-sottomissjoni ta' dan id-dokument tat-trasport li jelenka l-informazzjoni kollha mitluba taħt dan l- Artikolu hija fir-responsabbilta ta' min iġorr.
2. Dan id-dokument għandu:
(a) jindika f'dak li għandu x'jaqsam mal-kunsinna l-isem tal-bastiment ta' provenjenza u l-identifikazzjoni esterna. Fil-każ ta' importazzjoni mhux b'bastiment, dan id-dokument għandu jindika l-post fejn il-kunsinna ġiet impurtata;
(b) jinkludi l-post tad-destinazzjoni tal-kunsinna(i) u l-identifikazzjoni tal-mezz ta' trasport;
(ċ) jindika l-kwantitajiet ta' ħut (f'kilogrammi ta' piż ipproċessat) għal kull speċe trasportata, l-ismijiet tal-kunsinnatarju u tal-post u d-data tat-tgħabija, kif ukoll l-isem ta' kull speċe, iż-żona ġeografika tal-oriġini u, fejn hu xieraq, id-daqs minimu rilevanti tal-ħut.
3. Kull trasportatur għandu jiżgura li d-dokument imsemmi fl-ewwel paragrafu jkollu bħala minimu t-tagħrif kollu meħtieġ fil-paragrafu 2.
4. It-trasportatur għandu jkun eżenti mill-obbligu magħmul fil-paragrafu 1 jekk waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata:
(a) id-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 huwa mibdul b'kopja ta' waħda mid-dikjarazzjonijiet ipprovduti fl-Artikoli 8 u 10 dwar il-kwantitajiet trasportati;
(b) id-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 hu sostitwit b'kopja tad-dokument T 2 M li jindika l-oriġini tal-kwantitajiet trasportati.
5. L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-obbligu magħmul fil-paragrafu 1 jekk il-kwantitajiet ta' ħut huma trasportati ġewwa reċint ta' żona ta' port jew mhux aktar minn 20 kilometru mill-punt ta' inżul.
5a. Fejn il-prodotti tas-sajd li ġew iddikjarati mibjugħa skond l-Artikolu 9 jiġu trasportati lejn post differenti mill-post tal-iżbark jew tal-importazzjoni, it-trasportaturi jridu jkunu kapaċi juru dejjem, fuq bażi ta' dokument, li saret transazzjoni ta' bejgħ.
6. Kull Stat Membru għandu jikkontrolla permezz ta' kampjuni fuq it-territorju tiegħu sabiex jivverifika li qed jiġu rrispettati l-obbligi mwaqqfa minn dan l-Artikolu. L-intensità ta' kontrolli simili tista' titqabbel mal-intensità fl-istadji ta' qabel.
7. L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet ta' kontroll tagħhom biex jiżguraw li l-ispezzjon huwa effettiv u ekonomiku kemm jista' jkun. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jeżerċitaw sorveljanza fuq iċ-ċaqlieq tal-merkanzija li seta' nġab għall-attenzjoni tagħhom bħala li possibilment ikun suġġett għall-ħidmiet kontra ir-Regolament tal-Komunità.
7a. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 36.
L-Artikolu 14
1. L-Istati Membri kollha għandhom jiżguraw li l-inżul kollu f'Stat Membru kif imsemmi fl-artikoli 8, 9, u 10 għandu jiġi rreġistrat. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-ewwel bejgħ għandu jkun bejgħ f'ċentru ta' irkant.
2. Fejn l-inżul tal-qabdiet ma jitpoġġewx fis-suq għall-ewwel darba bl-irkant, kif ipprovdut fl-Artikolu 9(2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kwantitajiet involuti jkunu nnotifikati liċ-ċentri ta' l-irkant jew korpi oħra awtorizzati mill-Istati Membri.
3. L-informazzjoni fuq l-inżul minn ċerti kategoriji ta' bastimenti suġġetti għal derogi msemmija fl-Artikoli 7 u 8 jew għall-inżul fil-portijiet li m'għandhomx strutturi amministrattivi żviluppati biżżejjed biex jirreġistraw l-inżul jistgħu, fuq talba ta' Stat Membru lill-Kummissjoni, fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jkunu eżenti mill-ħtieġa li dik l-informazzjoni li tiġi proċessata. Tista' tiġi miftehma eżenzjoni jekk ir-reġistrazzjoni tad-data rikjesta toħloq diffikultajiet sproporzjonati għall-awtoritajiet nazzjonali fir-rigward ta' l-inżul totali, u jekk l-ispeċi rispettivi imniżżla jinbiegħu lokalment. Lista ta' portijiet u bastimenti li jikkwalifikaw għal din l-eżenzjoni għandha tiġi stabbilita minn kull Stat Membru u nnotifikata lill-Kummissjoni.
4. Stat Membru li jibbenefika mid-deroga msemmija fil-paragrafu 3 għandu jistabbilixxi pjan ta' kampjunarju biex jivvaluta d-daqs ta' l-inżul rispettiv fil-portijiet li jikkwalifikaw. Dan il-pjan għandu jkun approvat mill-Kummissjoni qabel ma tiġi applikata kull deroga. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni r-riżultati tal-valutazzjonijiet.
L-Artikolu 15
1. Qabel il-15 ta' kull xahar, kull Stat Membru għandu jinnotifika l-Kummissjoni b'trasmissjoni tal-kompjuter bil-kwantitajiet ta' kull stokk jew grupp ta' stokk suġġetti għal TACijiet jew kwoti mniżżla matul ix-xahar preċedenti u għandu jgħaddilha kull tagħrif riċevut taħt l-Artikoli 11 u 12.
Notifiki lill-Kummissjoni għandhom jindikaw il-post tal-qabdiet kif ipprovduti fl-Artikoli 6 u 8 u n-nazzjonalità tal-bastimenti tas-sajd konċernati.
Kull Stat Membru għandu jinforma l-Kummissjoni b'tbassir fuq il-konsum tal-kwota bid-data antiċipata ta' meta tispiċċa fir-rigward ta' l-ispeċi ta' liema l-qabdiet magħmula mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu jew huma rreġistrati fih jitqiesu li eżawrew 70 % tal-kwota, allokazzjoni jew sehem disponibbli għal dak l-Istat Membru.
L-Istati Membri għandhom, fejn il-qabdiet ta' stokkijiet jew gruppi ta' stokkijiet suġġetti għal TACijiet jew kwoti jistgħu jilħqu livelli TAC jew tal-kwota, jipprovdu l-Kummissjoni, b'talba tagħha, b'tagħrif aktar dettaljat jew tagħrif aktar spiss milli jeħtieġ dan il-paragrafu.
2. Il-Kummissjoni għandu jżomm disponibbli għall-Istati Membri fuq il-kompjuter in-notifiki riċevuti bis-saħħa ta' dan l-Artikolu.
3. Fejn il-Kummissjoni ssib li Stat Membru ma ħarisx l-egħluq ta' żmien biex jiġu trasmessi d-data fuq il-qabdiet ta' kull xahar kif ipprovdut fil-paragrafu 1, tista' tiffissa data f'liema, għall-stokk jew grupp ta' stokkijiet, il-qabdiet suġġetti għal kwota jew forma oħra ta' restrizzjoni fil-kwantità u meħuda mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta', jew huma reġistrati fi, dak l-Istat Membru għandhom jitqiesu li eżawrew 70 % tal-kwota, allokazzjoni jew sehem disponibbli għal dak l-Istat Membru u tista' tiffissa d-data stmata li fiha l-kwota, allokazzjoni jew sehem disponibbli jitqiesu li ġew eżawriti.
4. Kull Stat Membru għandu jinnotifika l-Kummissjoni bit-trasmissjoni tal-kompjuter, qabel l-aħħar ta' l-ewwel xahar ta' kull tliet xhur kalendarji tal-kwantitajiet ta' stokkijiet li mhumiex dawk imsemmija fil-paragrafu 1 li jkunu mniżżla matul it-tliet xhur ta' qabel.
L-Artikolu 16
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, fuq talba ta' l-Istat Membru interessat, data fuq l-inżul, offerti għall-bejgħ jew trasbord ta' prodotti tas-sajd mwettqa fil-portijiet tagħhom f'ibħra taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta', jew huma rreġistrati f'dak l-Istat Membru u bbażati fuq stokk jew grupp ta' stokkijiet suġġetti għall-kwota allokata lil dak l-Istat Membru.
Din l-informazzjoni għandha tikkonsisti fl-isem u l-marka ta' identifikazzjoni esterna tal-bastiment konċernat, il-kwantitajiet ta' ħut skond l-istokk jew gruppijiet ta' stokk, offerti għall-bejgħ jew trasbordati minn dak il-bastiment kif ukoll id-data u l-post ta' l-inżul, l-offerta għall-ewwel bejgħ u t-trasbord. Din l-informazzjoni għandha tiġi trasmessa fi żmien erbat ijiem tax-xogħol wara d-data tat-talba ta' l-Istat Membru interessat jew f'perjodu ulterjuri ta' żmien li jista' jiġi ddeterminat minn dak l-Istat Membru jew mill-Istat Membru ta' l-inżul.
2. L-Istat Membru fejn saru l-inżul, l-offerta għall-ewwel bejgħ jew it-trasbord, għandu jitrasmetti lill-Kummissjoni fuq talba tagħha din l-informazzjoni fl-istess ħin li din qiegħda tiġi kkomunikata lill-Istat Membru fejn il-bastiment hu rreġistrat.
L-Artikolu 17
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw is-sorveljar tal-qabdiet ta' l-ispeċi magħmula mill-bastimenti tagħhom li joperaw fl-ibħra suġġetti għas-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terżi u fl-ibħra mhux territorjali, u biex jiżguraw il-verifika u r-reġistrazzjoni tat-trasbord u l-inżul ta' qabdiet bħal dawn.
2. Il-miżuri ta' kontroll u verifika għandhom jiżguraw li jkunu skond l-obbligi li ġejjin fuq in-naħa ta' propjetarji tal-bastimenti u/jew il-kaptani:
— għandu jinżamm ġurnal ta' abbord fil-bastimenti tas-sajd fejn il-kaptani għandhom jirreġistraw il-qabdiet tagħhom,
— dikjarazzjoni ta' inżul għandha tingħata lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru ta' l-inżul matul inżul magħmul fil-portijiet tal-Komunità,
— l-Istat Membru għandu jiġi mgħarraf bid-dettalji ta' kull trasbord ta' ħut lill-bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi u fuq l-inżul magħmul f'pajjizi terzi.
3. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 and 2 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet fil-ftehim tas-sajd konkluzi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi u l-Konvenzjonijiet Internazzjonali fejn il-Komunità hija parti.
L-Artikolu 18
1. Kull Stat Membru għandu jinnotifika l-Kummissjoni bit-trasmissjoni tal-kompjuter, qabel l-aħħar ta' l-ewwel xahar ta' kull tliet xhur kalendarji tal-kwantitajiet maqbuda fl-ibħra tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 17 u mniżżla matul it-tliet xhur ta' qabel u tat-tagħrif kollu riċevut bis-saħħa ta' l-Artikolu 17(2).
2. Għal qabdiet magħmula fl-ibħra ta' pajjiż terz it-tagħrif notifikat skond il-paragrafu 1 għandu jinqasam f'pajjiż terz u stokk b'riferenza għall-iżgħar żona statistika definita għas-sajda konċernata.
Qabdiet magħmula fl-ibħra mhux territorjali għandhom jiġu mgħarrfa b'riferenza għall-iżgħar żona statistika definita mill-Konvenzjoni Internazzjonali li tiggverna l-post tal-qabda u bl-ispeċi jew grupp ta' speċi għall-istokkijiet kollha fis-sajda konċernata.
3. Qabel l-1 ta' Ottubru ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli lill-Istati Membri l-informazzjoni li tirċevi bis-saħħa ta' dan l-Artikolu.
4. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 36.
L-Artikolu 19
1. Biex jiġi żgurat ir-rispett ta' l-obbligi pprovduti fl-Artikoli 3, 6, 8, 9, 10, 14 u 17, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sistema ta' validazzjoni li tkun tikkonsisti b'mod partikolari f'verifiki doppji u verifika tad-data li jirriżultaw minn dawn l-obbligi.
2. Biex jiġu ffaċilitati dawn il-verifiki, kull Stat Membru għandu joħloq data base kompjuterizzata fejn id-data msemmija fil-paragrafu 1 huma rreġistrati.
L-Istati Membri jistgħu joħolqu data bases deċentralizzati bil-kondizzjoni li dawn u l-proċeduri relatati mal-ġbir u r-reġistrazzjoni tad-data huma standardizzati biex jiżguraw kumpattibilità bejniethom ġewwa t-territorju kollu ta' l-Istat Membru.
3. Kull Stat Membru għandu jadotta miżuri sabiex jiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tiddaħħal fid-database kemm jista' jkun malajr.
L-informazzjoni dwar ir-riżorsi regolati li jaqgħu fit-tifsira tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru kif 3760/92 ( 7 ) imniżżel fil-ġurnal t'abbord, id-dikjarazzjoni ta' żbark, in-nota ta' bejgħ u l-attestat tal-assunzjoni tal-kontroll għandha tiġi mdaħħla fid-database msemmija fil-paragrafu 2 fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol minn meta din l-informazzjoni tasal għand l-awtorijtajiet kompetenti. Jekk ġiet maqbuda aktar minn 85 % tal-kwota, dan il-perjodu m'għandhux jaqbeż ħames ġranet tax-xogħol.
▼M7 —————
5. L-Istati Membri għandhom jadottaw fejn meħtieġ il-miżuri kollha neċessarji sabiex jiffaċilitaw il-ġbir, il-konvalida u l-cross-referencing tad-data. Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess remot għall-files duplikati tal-kompjuter li jkun fihom l-informazzjoni relevanti fuq bażi ta' talba speċifika.
6. Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu addottati skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 36.
IT-TITOLU IIA
Kontroll ta' l-isforz tas-sajd l-
L-Artikolu 19a
1. Għall-iskop ta' dan it-Titolu “żoni ta' sajd konċernati” tfisser iż-żoni ICES jew diviżjonijiet CECAF li għalihom japplikaw skemi ta' limitazzjoni ta' l-isforz għas-sajd skond ir-regolamenti tal-Komunità.
1a. L-artikoli 19e, 19f, 19g, 19h u 19i għandhom japplikaw għal bastimenti tal-Komunità awtorizzati mill-Istati Membri, skond l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/97 ta' l-24 ta' April 1997 li jintroduċi arranġamenti għall-amministrazjoni tal-kapaċità tas-sajd fil-Baħar Baltiku ( 8 ), sabiex jitwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd elenkati fl-Anness ta' dak ir-Regolament.
2. Bastimenti tas-sajd tal-Komunità huma projbiti milli jwettqu attivitajiet ta' sajd fiż-żoni tas-sajd konċernati jekk il-bastiment ma jkunx ġie debitament awtorizzat għal dak il-għan mill-Istat Membru tal-Bandiera.
3. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-Artikoli 19b u19c għandhom jgħoddu biss għal bastimenti tas-sajd komunitarji awtorizzati biex jwettqu attivitajiet tas-sajd indirizzati lejn speċi li jinsabu f'qiegħ il-baħar.
L-Artikolu 19b
1. Il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom jagħtu l-informazzjoni li ġejja f'forma ta' “rapport dwar l-isforzi”:
— l-isem, il-marka ta' identifikazzjoni esterna, s-sinjal ta' komunikazzjoni bir-radju u isem il-kaptan tal-bastiment,
— il-qagħda ġeografika tal-bastiment li għalih tirreferi l-komunikazzjoni,
— -id-data u l-ħin ta':
—— kull daħla fi, u ħruġ minn, parti lokalizzata fiż-żona,
— kull daħla f'żona,
— kull ħruġ minn żona,
— il-qabda miżmuma abbord skond l-ispeċi f'kilogrammi piż ħaj.
2. Bla ħsara għall-paragrafu 1, bastimenti li jistadu f'diversi żoni tas-sajd li jaqsmu l-linja li tissepara ż-żoni aktar minn darba f'perjodu ta' 24 siegħa, sakemm jibqgħu f'żona delimitata ta' ħames mili minn kull naħa ta' linja bejn iż-żewġ żoni, għandhom jikkomunikaw l-ewwel dħul u l-aħħar ħruġ tagħhom, f'dak il-perjodu ta' 24 siegħa.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-kaptani, jew ir-rappreżentanti tal-kaptani, ta' bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom josservaw l-obbligu dwar ir-rapport.
4. Regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 36.
L-Artikolu 19c
1. Il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd komunitarji jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19b b'telex, ►M5 permezz ta' VMS, ◄ fax, messaġġ telefoniku debitament reġistrat mir-riċevent jew bir-radju permezz ta' stazzjon tar-radju approvata taħt ir-regoli tal-Komunità għar-riċezzjoni ta' rapporti bħal dawn, jew b'kull metodu ieħor rikonoxxut skond il-proċedura stabbilita fl-artikolu 36, simultanjament lill-awtoritajiet kompetenti ta':
— l-Istat Membru tal-bandiera, u,
— l-Istat Membru jew l-Istati Membri responsabbli għas-sorveljar, meta l-bastiment ser iwettaq, jew wettaq, l-attivitajiet tiegħu tas-sajd f'ibħra taħt is-sovranità jew ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru jew ta' dawk l-Istati Membri.
Dik l-informazzjoni għandha tiġi komunikata minnufih qabel kull dħul u ħruġ. Jekk ikun impossibbli għal raġunijiet ta' force majeure li l-messaġġ jiġi trasmess mill-bastiment, jista’ jiġi trasmess f'isem dak il-bastiment minn bastiment ieħor.
2. Bla ħsara għall-paragrafu 1, meta kaptani ta' bastimenti tas-sajd komunitarji:
— iwettqu sajd f'diversi żoni, kif imfisser fl-Artikolu 19b, il-kaptani jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom Iħejju Rapport dwar l-isforzi għall-ewwel dħul u l-aħħar ħruġ tagħhom għal kull perjodu ta' 24 siegħa,
— iwettqu attività tas-sajd fl-ibħra taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' l-Istat Membru tal-bandiera tagħhom jew ta' l-Istat Membru li fih dawk il-bastimenti huma reġistrati, il-kaptani jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 19b lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-bandiera skond l-arranġamenti adottati minn dak l-Istat. Dawk l-arranġamenti ma jistgħux, f'ebda każ, ikunu inqas effettivi fis-sorveljar ta' l-isforzi tas-sajd mill-miżuri previsti fil-paragrafu 1. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jinforma lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli dwar l-arranġamenti maħsuba,
— iqattgħu inqas minn 72 siegħa fuq il-baħar, iżda matul dak il-perjodu jwettqu attivitajiet tas-sajd f'ibħra taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru ieħor jew Stati Membri oħra, il-kaptani jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jikkomunikaw, qabel it-tluq tal-bastiment, l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 19b lill-Awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru interessat jew ta' l-Istati Membri interessati, u ta' l-Istat Membru tal-bandiera, bil-metodi elenkati fil-paragrafu 1. L-awtoritajiet kompetenti msemmija għandhom jirreġistraw din l-informazzjoni f'forma komputerizzata. Jekk ikun hemm tibdil fl-informazzjoni mogħtija, dan it-tibdil għandu jiġi notifikat immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti msemmija mill-kaptan jew mir-rappreżentant tiegħu.
3. Sistemi awtomatiċi ta' dak il-ħin stess rikonoxxuti taħt il-leġislazzjoni komunitarja jikkostitwixxu, madankollu, metodu rikonoxxut ta' komunikazzjoni għall-għanijiet tal-paragrafu 1.
L-Artikolu 19d
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jagħmlu ċert li r-rapporti tal-kapaċità li jirċievu skond l-Artikoli 19b u 19ċ jiġu rrekordjati f'forma li tista' tinqara minn kompjuter.
L-Artikolu 19e
1. Il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd komunitarji għandhom jirreġistraw u jagħtu rendikont fil-kotba t'abbord tagħhom dwar iż-żmien li jgħaddu f'żona kif ġej:
għal dak li għandu x'jaqsam ma' apparat rmonkat:
— id-data u l-ħin tad-dħul tal-bastiment f'żona jew tal-ħruġ minn port li jkun f'dik iż-żona;
— id-data u l-ħin tal-ħruġ tal-bastiment minn dik iż-żona jew tad-dħul f'port li jkun f'dik iż-żona;
għal dak li għandu x'jaqsam ma' apparat statiku:
— id-data u l-ħin tad-dħul tal-bastiment li juża l-apparat statiku f'żona jew tal-ħruġ minn port li jkun f'dik iż-żona,
— id-data u l-ħin tat-tqegħid jew tat-tqegħid mill-ġdid ta' l-apparat statiku fiż-żona kkonċernata,
— id-data u l-ħin tat-tmiem ta' operazzjonijiet ta' sajd bl-użu ta' l-apparat statiku,
— id-data u l-ħin tal-ħruġ tal-bastiment minn dik iż-żona jew tad-dħul f'port li jkun f'dik iż-żona.
2. Bla ħsara għall-paragrafu 1, il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd komunitarji li jistadu f'diversi żoni kif imfisser fl-Artikolu 19b għandhom jirreġistraw id-data u l-ħin ta' l-ewwel dħul u ta' l-aħħar ħruġ tagħhom.
3. Il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd komunitarji li jeżerċitaw attivitajiet tas-sajd indirizzati lejn speċi ta' qiegħ il-baħar għandhom jirreġistraw l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 19b fil-kotba t'abbord tagħhom.
4. Għal bastimenti li huma eżentati mill-obbligu li jżommu ktieb t'abbord l-Istat Membru tal-bandiera għandu jistħarreġ permezz tat-teħid ta' kampjuni biex jivvaluta l-isforz ġenerali effettwat fil-medda tal-baħar fejn isir is-sajd.
5. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 36.
L-Artikolu 19f
1. L-Istat Membru tal-bandiera għandhom jikkompletaw ir-reġistru/i li jkun ħoloq skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 109/94 tad-19 ta' Jannar 1994 dwar ir-reġistru ta' bastimenti tas-sajd tal-Komunità ( 9 ) sabiex jinkorpora fih/fihom l-informazzjoni li tkun tinsab fil-listi ta' bastimenti msemmija kif mfisser fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 685/95 ►M6 u l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 779/97 ◄ .
2. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jittrasmetti l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 f'forma komputerizzata, preferibilment bil-posta elettronika, skond il-proċedura stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 109/94.
3. Taħt il-proċeduri previsti fir-Regolament (KE) Nru 109/94, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri responsabbli għall-kontroll ikollhom l-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni ta' bastimenti li għandhom aċċess għall-ibħra tagħhom disponibbli.
L-Artikolu 19g
Kull Stat Membru għandu jirreġistra l-isforz għas-sajd li jkun intuża minn bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu f'kull żona tas-sajd konċernata fuq il-bażi ta' informazzjoni disponibbli li jkun hemm fil-ġurnali ta' abbord u l-informazzjoni miġbura skond l-Artikolu 19e(4).
L-Artikolu 19h
Kull Stat Membru għandu jagħmel stima f'termini ġenerali ta' l-isforzi għas-sajd użati minn bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, li għandhom tul sħiħ ta' inqas minn 15-il metru, f'kull żona tas-sajd konċernata u minn bastimenti, li għandhom tul sħiħ ta' inqas minn 10 metri, fiż-żona msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 ta' l-4 ta' Novembru 2003 dwar l-immaniġġjar ta' l-isforz għas-sajd li jirrigwarda ċerti żoni u riżorsi tas-sajd tal-Komunità ( 10 ).
L-Artikolu 19i
Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni, permezz ta' mezzi komputerizzati skond il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 109/94, dwar l-informazzjoni aggregata ta' l-isforzi fis-sajd imwettqa:
— fix-xahar ta' qabel għal kull żona tas-sajd konċernata għall-ispeċi tal-qiegħ, qabel il-15-il jum ta' kull xahar,
— fil-kwart ta' sena ta' qabel għal kull żona tas-sajd li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 19a (1a), għal speċji ta' taħt l-ilma, salamun, trota tal-baħar u ħut ta' l-ilma ħelu, qabel it-tmiem ta' l-ewwel xahar ta' kull kwart kalendarju kif ukoll, qabel il-15 ta' Frar ta' kull sena kalendarja, il-kapaċità tas-sajd użata kull xahar matul is-snin ta' qabel,
— għat-tliet xhur ta' qabel għal kull żona tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 19a għal speċi pelaġiċI, qabel tmiem l-ewwel xahar tal kull perjodu ta' tliet xhur.
L-Artikolu 19j
Kull Stat Membru għandu jgħarraf, bla dewmien, lill-Istati Membri l-oħra, bid-dettalji ta' identifikazzjoni tal-bastimenti li jkunu jtajru l-bandiera tiegħu li għalihom l-awtorizzazzjoni biex jitwettqu attivitajiet f'waħda jew iżjed mill-meded ta' baħar imsemmija fl-Artikoli 3 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 1954/2003 ikunu ġew sospiżi jew irtirati.
L-Artikolu ►M9 19k ◄
Sabiex jiġi żgurat li l-obbligazzjonijet stabbiliti fl-Artikoli 19b, 19ċ u 19e jiġu rrispettati, kull Stat Membru għandu jagħmel kontro-kontroll u għandu jivverifika l-informazzjoni li tirriżulta minn dawn l-obbligi.
IT-TITOLU III
Sorveljanza ta' l-użu ta' l-attrezzatura tas-sajd.
L-Artikolu 20
1. Il-qabdiet kollha li nżammu abbord kull bastiment tas-sajd tal-Komunità għandhom jikkonformaw mal-kompożizzjoni ta' l-ispeċi pprovduta fir-Regolament tal Kunsill (KEE) Nru 3094/86 tas-7 ta' Ottubru 1986 li jipprovdi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd ( 11 ) għax-xibka li tinġarr abbord dak il-bastiment.
L-ixbieki abbord bastimenti li ma jintużawx għandhom jintrefgħu biex ma jkunux jistgħu jintużaw faċilment skond il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) xbieki, piżijiet, u attrezzaturi bħalhom għandhom jitneħħew mit-twavel tax-xbieki u fili u ħbula ta' l-irmonk jew ġbid,
(b) ix-xbieki mgħobbija fuq jew 'l fuq mill-gverta għandhom ikunu marbuta fis-sod ma' parti mill-istruttura ta' fuq tal-bastiment.
2. Jekk qabdiet li jkunu nżammu abbord kull bastiment tas-sajd tal-Komunità jkunu nqabdu bi xbieki bid-daqsijiet minimi tal-malji matul l-istess vjaġġ, għandha tiġi kkalkolata l-komposizzjoni ta' l-ispeċi għal kull parti tal-qabda meħuda taħt kondizzjonijiet differenti.
Għal dan il-għan it-tibdiliet kollha mid-daqs tal-malja użata qabel kif ukoll il-kompożizzjoni tal-qabda abbord fil-mument ta' bidla bħal din għandhom jiddaħħlu fil-ġurnal ta' abbord u fid-dikjarazzjoni ta' l-inżul. F'każijiet speċifiċi, regoli dettaljati fuq iż-żamma abbord ta' pjan ta' stivaġġ, bi speċi, ta' prodotti proċessati, li jindikaw fejn qed jinżammu fl-istiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 36.
3. Minkejja l-paragrafi 1 u 2 il-Kunsill jista', fuq il-bażi ta' rapport mħejji mill-Kummissjoni, jiddeċiedi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, li:
(a) l-ebda basitiment tas-sajd tal-Komunità li jipparteċipa f'sajdiet ma jista' jġorr xbieki ta' daqsijiet tal-malji minimi differenti matul vjaġġ wieħed għas-sajd;
(b) regoli speċifiċi għandhom japplikaw għall-użu ta' daqsijiet tal-malji differenti għall-sajdiet speċifiċi.
L-Artikolu 20a
1. Meta bastimenti tas-sajd li għalihom japplika t-titolu IIA jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd konċernati jistgħu jġorru magħhom u jużaw biss it-tagħmir korrispondenti.
2. Madankollu, bastimenti tas-sajd li wkoll ikunu qed jistadu f'żoni tas-sajd ħlief dawk imsemmija fil-paragrafu 1 fl-istess vjaġġ jistgħu jġorru tagħmir li jikkorrispondi għall-attivitajiet tagħhom fiż-żoni konċernati, basta li tagħmir li jinżamm abbord u li ma jkunx awtorizzat biex jintuża fiż-żoni tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 1 jiġi stivat biex ma jkunx jista' jintuża malajr, skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 20(1).
3. Għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet dwar l-identifikazzjoni ta' apparat tas-sajd statiku mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1996 skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 36’.
IT-TITOLU IV
Regolamentazzjoni u sospenzjoni ta' l-attivitajiet tas-sajd
L-Artikolu 21
1. Il-qabdiet kollha ta' stokk jew grupp ta' stokkijet suġġetti għal kwota magħmula mill-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom jitnaqqsu mill-kwota applikabbli għall-Istat Membru għall-istokk jew grupp ta' stokkijiet konċernati, irrespettivament mill-post ta' l-inżul.
2. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi d-data minn meta l-qabdiet ta' stokk jew grupp ta' stokkijiet suġġetti għall-kwota magħmula mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu jew huma rreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jitqiesu li eżawrew il-kwota applikabbli għalih għal dak l-istokk jew grupp ta' stokkijiet. Minn dik id-data, għandu jipprojbixxi proviżorjament sajd għal dak l-istokk jew grupp ta' stokkijiet minn dawk il-bastimenti kif ukoll iż-żamma tagħhom abbord, it-trasbord u l-inżul ta' ħut meħuda wara dik id-data u għandu jiddeċiedi fuq data sakemm it-trasbord u l-inżul jew dikjarazzjonijiet finali tal-qabdiet huma permessi. Il-Kummissjoni għandha tiġi nnotifikata minnufih b'din il-miżura li mbagħad għandha tgħarraf l-Istati Membri l-oħra.
3. Wara n-notifika taħt il-paragrafu 2 jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha tiffissa, fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli, id-data li fiha, għall-stokk jew gruppi ta' stokk, il-qabdiet suġġetti għal TAC, kwota jew limitazzjoni kwantitattiva oħra magħmula mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta', jew huma rreġistrati fi, kwalunkwe Stat Membru jitqiesu li eżawrew il-kwota, allokazzjoni jew sehem disponibbli għal dak l-Istat Membru jew, kif jista' jkun il-każ, għall-Komunità ►M7 il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri b'din id-data mingħajr dewmien ◄ .
Meta ssir stima ta' din is-sitwazzjoni kif imsemmija fl-ewwel paragrafu, il-Kummissjoni għandha tavża l-Istati Membri konċernati bil-prospetti li s-sajd jitwaqqaf bħala riżultat li TAC tkun eżawrita.
Mid-data msemmija fl-ewwel sub-inċiż, l-Istat Membru tal-bandiera jista' għal xi żmien ma jħallix li jsir sajd ta' dak l-istokk jew grupp ta' stokk minn bastimenti li jġorru l-bandiera tiegħu kif ukoll li jinżammu abbord, jiġu trasbordati jew żbarkati ħut wara dik id-data u għandu jiddeċiedi data sakemm l-ispedizzjonijijiet u l-iżbarki jew id-dikjarazzjonijiet finali tal-qabdiet huma permessi.
Il-Kummissjoni għandha tiġi notifikata mill-ewwel b'din il-miżura u għandha mbagħad tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn.
4. Meta l-Kummissjoni tkun waqqfet is-sajd, bis-saħħa ta' l-ewwel sub-paragrafu ta' paragrafu 3, minħabba l-allegat eżawriment tal-TAC, kwota, allokazzjoni jew sehem disponibbli lill-Komunità u jiġri li Stat Membru ma jkunx fil-fatt eżawrixxa l-kwota, allokazzjoni jew sehem ta' l-istokk jew grupp ta' stokkijiet konċernati, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw.
Jekk il-preġudizzju li jkun bata Stat Membru li jkun ġie pprojbit mis-sajd qabel il-kwota tiegħu tkun ġiet eżawrita ma tkunx tneħħa b'azzjoni skond l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3760/92, għandhom jiġu addottati miżuri bil-għan li jirrimedjaw b'mod xieraq il-preġudizzju maħluq, skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 36. Dawn il-miżuri jistgħu jinvolvu li jsir tnaqqis mill-kwota, allokazzjoni jew sehem ta' l-Istat Membru li jkun sdad iżżejjed, bil-kwantitajiet mnaqqsa b'dan il-mod jkunu allokati kif xieraq lill-Istati Membri li l-attivitajiet tas-sajd tagħhom kienu mwaqqfa qabel il-kwoti tagħhom ġew eżawriti. Dan it-tnaqqis u l-allokazzjonijiet konsegwenti għandhom isiru wara li jitqiesu bħala kwistjoni ta' prijorità l-ispeċi u ż-żoni li għalihom ġew fissati l-kwoti, allokazzjonijiet jew ishma annwali. Dan it-tnaqqis jew allokazzjonijiet jistgħu jsiru matul is-sena fejn il-preġudizzju jseħħ jew fis-sena jew snin ta' wara.
Għandhom jiġu adottati regoli għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, u b'mod partikolari għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet konċernati, skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 36.
L-Artikolu 21a
Kull Stat Membru għandu jiddetermina d-data li fiha l-bastimenti li jkunu jtajru l-bandiera tiegħu jew ikunu reġistrati mal-Komunità għandhom ikunu kkunsidrati li laħqu l-livell massimu ta' l-isforz għas-sajd f'żona tas-sajd kif preskritt fir-Regolament imsemmi fl-Artikolu 11(2) jew (3) tar-Regolament (KE) Nru 1954/2003. Minn dik id-data, għandu jipprojbixxi proviżorjament l-attivitajiet tas-sajd minn dawk il-bastimenti f'dik iż-żona. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa minnufih b'din il-miżura u għandha mbagħad tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra.
L-Artikolu 21b
Meta bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru jitqiesu li jkunu użaw 70 fil-mija tal-massimu ta' l-isforzi fis-sajd f'żona tas-sajd kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2027/95, l-Istat Membru interessat għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżuri adottati konformement mat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 685/95.
L-Artikolu 21c
1. Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19i, il-Kummissjoni għandga tiżgura li jiġu osservati l-livelli massimi ta' l-isforzi fis-sajd kif stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 2027/95.
2. Wara li tkun ġiet notifikata skond l-Artikolu 21a jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni li tkun rċeviet, id-data li fiha jitqies li jintlaħaq il-livell massimu ta' l-isforzi fis-sajd ta' Stat Membru għal żona tas-sajd. Minn dik id-data ’l quddiem, bastimenti li jtajru l-bandiera ta' dak l-Istat Membru ma jistgħux iwettqu attivitajiet tas-sajd f'dak il-meded tal-baħar fejn isir is-sajd konċernati.
L-Artikolu 22
Jekk l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistabbilixxu li l-attivitajiet ta' bastiment tas-sajd tal-Komunità naqqsu serjament jew ripetutament milli jħarsu dan ir-Regolament, l-Istat Membru tal-bandiera jista' jqiegħed il-bastiment konċernat taħt miżuri ta' kontroll addizzjonali.
L-Istat Membru tal-bandiera għandu jinforma lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra l-isem u l-marki ta' identifikazzjoni esterni u n-numri tal-bastiment li fuqu ġew imposti l-imsemmija miżuri ta' kontroll addizzjonali.
L-Artikolu 23
1. Meta jiġi stabbilit mill-Kummissjoni li Stat Membru stad iżżejjed il-kwota, allokazzjoni jew sehem tiegħu ta' stokk jew grupp ta' stokkijiet li jkollu disponibbli, il-Kummissjoni għandha topera tnaqqis mill-kwota, allokazzjoni jew sehem annwali ta' l-Istat Membru li jkun stad iżżejjed. Dan it-tnaqqis għandu jiġi deċiż skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 36.
2. Il-Kunsill għandu jadotta regoli b'maġġoranza kwalifikata, fuq proposta tal-Kummissjoni, għat-tnaqqis skond l-għanijiet u l-istrateġiji ta' tmexxija mniżżla fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 3760/92 u jagħti każ, bħala kwistjoni ta' prijorità, il-parametri li ġejjin:
— il-grad ta' sajd żejjed,
— kull każ ta' sajd żejjed ta' l-istess stokk fis-sena preċedenti,
— l-istatus bioloġiku tar-riżorsi konċernati.
IT-TITOLU V
L-ispezzjoni u l-kontroll ta' ċerti miżuri biex jittejbu u jiġu aġġustati strutturi fis-settur tas-sajd, l-akwakultura inkluża
L-Artikolu 24
Biex tiġi żgurata konformità ma' l-għanijiet u l-istrateġiji pprovduti mill-Kunsill skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 3760/92, b'mod partikolari l-għanijiet kwantitattivi li jikkonċernaw il-kapaċità għas-sajd tal-flottot tal-Komunità u l-aġġustament ta' l-attivitajiet tagħhom, kull Stat Membru għandu jorganizza verifiki regolari, fit-territorju tiegħu u ġewwa l-ibħra territorjali tiegħu taħt is-sovranità jew ġurisdizzjoni tiegħu, tal-persuni kollha konċernati bl-implimentazzjoni ta' l-għanijiet imsemmija hawn fuq.
L-Artikolu 25
1. Kull Stat Membru għandu jadotta dispożizzjonijiet biex jivverifika l-konformità ma' l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 24. Għal dan il-għan, għandu jagħmel kontrolli tekniċi, partikolarment fl-oqsma li ġejjin:
(a) ristrutturar, rinnovament u modernizzazzjoni tal-flotta tas-sajd;
(b) adattazzjoni tal-kapaċità għas-sajd permezz ta' waqfien temporanju jew definittiv;
(ċ) restrizzjoni ta' l-attività ta' ċerti bastimenti tas-sajd;
(d) restrizzjoni tad-disinn u n-numru ta' l-attrezzatura tas-sajd u tal-metodu li biha tintuża;
(e) l-iżvilupp ta' l-industrija ta' l-akwakultura u ż-żoni tax-xatt.
2. Jekk il-Kummissjoni stabbiliet li Stat Membru ma ħarisx id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, jista', mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 169 tat-Trattat, jagħmel proposti lill-Kunsill għall-adozzjoni ta' miżuri ġenerali xierqa. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.
L-Artikolu 26
1. Jistgħu jiġu adottati regoli għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 25 skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 36, partikolarment fir-rigward ta';
(a) il-verifika tas-saħħa tal-magna tal-bastimenti tas-sajd;
(b) il-verifika tat-tunnellaġġ reġistrat tal-bastimenti tas-sajd;
(ċ) il-verifika tal-perjodu li matulu l-bastiment tas-sajd hu immobilizzat;
(d) il-verifika ta' l-ispeċifikazzjonijiet ta' l-attrezzatura tas-sajd u n-numru tagħhom għal kull bastiment tas-sajd.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien it-tagħrif fuq il-metodi tal-kontroll użati, flimkien ma' l-ismijiet u l-indirizzi tal-korpi responsabbli għat-twettieq tal-verifika.
L-Artikolu 27
1. Biex tiġi ffaċilitata s-sorveljanza msemmija fl-Artikolu 25, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sistema ta' validazzjoni li għandha tinkludi b'mod partikolari verifika doppja ta' l-informazzjoni fuq il-kapaċità u l-attività tal-flotta tas-sajd li jinsabu fi; fost l-oħrajn:
— fil-ġurnal ta' abbord kif speċifikat fl-Artikolu 6,
— fid-dikjarazzjoni ta' inżul kif speċifikat fl-Artikolu 8,
— fir-reġistru tal-Komunità tal-bastimenti tas-sajd kif speċifikat fir-Regolament (KEE) Nru 163/89 ( 12 ).
2. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew ilestu data bases kompjuterizzati li jkollhom il-tagħrif rilevanti dwar il-kapaċità u l-attivitajiet tal-flotta tas-sajd.
3. Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 19(3), (4) u (5) għandhom japplikaw.
4. Għandhom jiġu addottati regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 36.
IT-TITOLU VI
L-ispezzjoni u l-kontroll ta' ċerti miżuri li jikkonċernaw l-organizzazzjoni tas-suq fil-prodotti tas-sajd.
L-Artikolu 28
1. Sabiex jiġi żgurat li jitħarsu l-aspetti tekniċi tar-regoli dwar il-miżuri definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) No 3759/92 tas-17 Diċembru 1992 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti tas-sajd u l-akwakultura ( 13 ), kull Stat Membru għandu jorganizza fit-territorju tiegħu verifiki regolari tal-persuni kollha involuti fl-applikazzjoni tal-miżuri.
2. Il-verifiki għandhom jolqtu l-aspetti tekniċi ta' l-applikazzjoni ta':
(a) l-istandards tal-bejgħ, u b'mod partikolari d-daqsijiet minimi;
(b) l-arranġamenti dwar il-prezz, b'mod partikolari;
— l-irtirar tal-prodotti mis-suq għall-għanijiet li ma jkunux għall-konsum uman,
— il-ħażna u/jew il-proċessar ta' prodotti irtirati mis-suq.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu paraguni bejn id-dokumenti dwar l-ewwel tqegħid fis-suq tal-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 9 u l-kwantitajiet imniżżla msemmija mid-dokumenti, b'mod partikolari rigward il-piż tagħhom.
2a. Fejn ġie ffissat daqs minimu għal speċe partikolari permezz tal-Artikolu tar-Regolament (KEE) Nru 3760/92, dawk il-ħaddiema responsabbli mill-bejgħ, mill-ħażna jew mit-trasport ta' għadd ta' prodotti tas-sajd ta' dik l-ispeċe iżgħar mid-daqs minimu jridu jkunu dejjem kapaċi jippruvaw l-lok ġeografiku tal-oriġini jew il-provenjenza minn akwakultura tal-prodotti. l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-kontrolli meħtieġa sabiex jipprevjenu l-problemi li jistgħu jeżistu fit-territorju tagħhom minħabba it-trasport jew in-negozju ta' ħut taħt id-daqs.
3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-miżuri ta' Kontroll adottati, l-awtoritajiet kompetenti ta' kontroll, it-tip ta' ksur misjub u l-ażjoni meħuda.
Il-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri u l-uffiċjali u l-aġenti oħra huma obbligati li ma jikxfux t-tagħrif miġjub bis-saħħa ta' dan l-Artikolu li jkun kopert bis-sigriet professjonali.
4. Dan l-Artikolu m'għandux jippreġudika d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar is-segretezza ta' proċeduri legali.
IT-TITOLU VIa
Is-sorveljanza tal-attivitajiet ta' sajd minn bastimenti ta' pajjiżi terzi
L-Artikolu 28a
Għall-finijiet ta' dan it-Titolu “bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi” jfisser:
— bastiment, ta' kwalunkwe dimensjoni, li jintuża primarjament jew sekondarjament sabiex jieħu prodotti tas-sajd,
— bastiment li, anke jekk ma jintużax biex jaqbad il-ħut bil-mezzi tiegħu propji, jieħu l-prodotti tas-sajd minn bastimenti oħrajn bi trasbord,
— bastiment li fuqu l-prodotti tas-sajd jgħaddu minn wieħed minn dawn il-proċessi qabel jiġu konfezzjonati: dissossament jew tqattigħ, tqaxxir, ikkapuljar, iffriżar u/jew ipproċessar
u li jġorr il-bandiera ta', u rreġistrat f'pajjiż terz.
L-Artikolu 28b
1. Bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi għandhom jiġu awtorizzati illi jaqbdu, jżommu abbord jew jipproċessaw prodotti tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Komunità sakemm tkun inħarġitilhom liċenzja tas-sajd u permess speċjali sabiex jistadu skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1627/94 ( 14 ).
2. Barra minn hekk, bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi jistgħu jġorru jew jipproċessaw biss jekk ikollhom l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Istati Membri li fl-ibħra territorjali tagħhom ser isiru l-ħidmiet. Bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi għandhom jitħallew jġorru jew jagħmlu ħidmiet ta' sajd li jinvolvu azzjoni konġunta bejn tnejn jew aktar bastimenti biss jekk jiksbu l-awtorizzazzjoni minn qabel sabiex iġorru jew jipproċessaw mill-Istati Membri konċernati u jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament.
3. Għandhom jiġu adotti regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 36.
L-Artikolu 28c
Il-bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi kollha huma sottoposti għal dawn l-obbligi:
— li jniżżlu, f'ġurnal t'abbord, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6,
— l-aktar tard mill-1 ta' Jannar 2000, għal bastimenti akbar minn 20 metru bejn il-perpendikolari jew minn 24 metru ta' tul komplessiv, li jkunu ekwipaġġjati b'VMS sistema ta' kontroll ta' lokazzjoni appruvata mill-Kummissjoni,
— Sakemm tiġi ntrodotta s-sistema tal-VMS, li jikkonformaw ma' sistema li tirrapporta l-movimenti,
— li jikkonformaw ma' sistema għar-rapport ta' qabdiet miżmuma abbord,
— li jikkonformaw mal-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet responsabbli mill-kontroll, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' spezzjonijiet qabel ma' jħallu ż-żona ta' sajd tal-Komunità,
— li jikkonformaw mar-regoli dwar l-immarkar u l-identifikazzjoni ta' bastimenti tas-sajd u t-tagħmir tagħhom.
L-Artikolu 28d
Il-Kummissjoni għandha tistabilixxi d-data minn meta l-qabdiet ta' stokk jew grupp ta' stokk suġġetti għal kwota meħuda minn bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi għandhom jiġu meqjusa li esawrew il-kwota. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiż terz u lill-Istati Membri konċernati b'din id-data mingħajr dewmien.
Minn din id-data, is-sajd għal dak l-istokk jew grupp ta' stokk minn bastimenti simili kif ukoll iż-żamma abbord, it-trasbord u l-iżbark ta' ħut maqbud wara dik id-data għandu jiġi pprojbit għal xi żmien. Il-Kummissjoni għandha wkoll tistabilixxi d-data sakemm it-trasbord u l-iżbark jew dikjarazzjonijiet finali ta' qbid huma permessi.
L-Artikolu 28e
1. Il-kaptana ta' bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jixtiequ jużaw il-portijiet jew il-faċilitajiet tal-iżbark tagħhom, b'li ġej:
— il-ħin tal-wasla tagħhom fil-port tal-iżbark,
— il-qabdiet miżmuma abbord,
— iż-żona jew żoni fejn saret il-qabda, kemm jekk f'żona ta' sajd tal-Komunità, f'żoni taħt il-ġurisdizzjoni jew is-sovranità ta' pajjiż terz, jew fil-baħar miftuħ.
Il-ħidmiet ta' żbark ma jistgħux jibdew sakemm ma jkunux awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru.
2. Ħlief f'każ ta' forza maġġuri jew fejn il-bastiment jinsab f'periklu, il-bastimenti tas-sajd ta' pajjiż terz jistgħu jidħlu biss fil-portijiet nominati mill-Istat Membru li jixtiequ jużaw il-portijiet jew il-faċilitajiet tal-iżbark tiegħu.
3. Il-Kummissjoni tista', skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 36, teżenta lil ċerti kategoriji ta' bastimenti tas-sajd ta' pajjiż terz mill-obbligi imsemmija fil-paragrafu 1 għal żmien limitat u rinnovabbli, jew tagħmel dispożizzjoni għal perijodu ieħor ta' notifika wara li tikkunsidra, inter alia, id-distanza bejn l-oqsma tas-sajd, il-postijiet tal-iżbark u l-portijiet fejn il-bastimenti in kwistjoni huma reġistrati jew elenkati.
4. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali fi ftehim dwar is-sajd konkluż bejn il-Komunità u diversi pajjiżi terzi.
L-Artikolu 28f
Il-kaptana ta' bastimenti tas-sajd ta' pajjiż terz jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jissottomettu kemm jista' jkun malajr, iżda mhux aktar tard minn fi żmien 48 siegħa wara l-iżbark, lill-awtoritajiet tal-Istati Membri li tagħhom jużaw il-portijiet jew il-faċilitajiet tal-iżbark dikjarazzjoni li tindika il-kwantità ta' prodotti tas-sajd bl-ispeċe żbarkati u d-data u l-post ta' kull qabda. Il-kaptana għandhom ikunu responsabbli mill-eżattezza ta' dikjarazzjonijiet simili.
Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, informazzjoni dwar żbarki minn bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi.
L-Artikolu 28g
Fejn il-kaptan jew ir-rappreżentant tiegħu ta' bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz jiddikjara li l-qabdiet saru fil-baħar miftuħ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jawtorizzaw l-iżbark biss jekk jiġi ppruvat lilhom b'mod sodisfaċenti mill-kaptan jew mir-rappreżentant tiegħu illi:
— l-ispeċi miżmuma abbord ġew maqbuda barra l-ispazju rregolat minn kwalunkwe organizazzjoni internazzjonali kompetenti li tagħha il-Komunità hija membru, jew
— l-ispeċi miżmuma abbord ġew maqbuda skond il-miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni adottati mill-organizazzjoni reġjonali kompetenti li tagħha l-Komunità hija membru.
L-Artikolu 28h
Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan it-Titolu, inkluż il-listi tal-portijiet nominati, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 36 bi qbil mal-Istati Membri konċernati.
IT-TITOLU VII
Applikazzjoni u verifika tas-sorveljanza.
L-Artikolu 29
1. Il-Kummissjoni għandha tivverifika l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament mill-Istati Membri permezz ta' l-eżami tad-dokumenti u billi jsiru visti fuq il-post. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi jekk tikkunsidrax meħtieġa li twettaq verifika mingħajr preavviż.
Biex twettaq visti fuq il-post, il-Kummissjoni għandha toħroġ struzzjonijiet bil-miktub lill-ispetturi li jindikaw l-awtorità tagħhom u l-għanijiet tal-missjonijiet tagħhom.
2. Kull meta jitqies meħtieġ mill-Kummissjoni, l-ispetturi tagħha jistgħu jkunu preżenti f'attivitajiet ta' kontroll u spezzjoni mwettqa mis-servizzi ta' kontroll nazzjonali. Fil-qafas ta' dawn il-missjonijiet, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kuntatti xierqa ma' l-Istati Membri bl-għan, fejn possibbli, li jiġi stabbilit programm ta' spezzjoni li jkun reċiprokament aċċettabbli.
(a) L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni biex jiffaċilitawlha l-kompjiment tax-xogħlijiet tagħha. L-Istati Membri għandhom, b'mod partikolari, jieħdu l-passi kollha biex jiżguraw li l-missjonijiet ta' spezzjoni mhumiex suġġetti għall-pubbliċità li tkun ta' ħsara għall-ħidmiet ta' kontroll.
Kull fejn il-Kummissjoni jew l-uffiċjali awtorizzati jiltaqgħu ma' diffikultajiet fil-qadi ta' dmirijiethom, l-Istati Membri konċernati għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bil-mezzi biex tlesti xogħolha u jagħtu lill-ispetturi l-opportunità li jivvalutaw il-ħidmiet speċifiċi ta' kontroll.
(b) Jekk iċ-ċirkustanzi misjuba fuq il-post ma jippermettux l-ispezzjon u l-kontroll ta' ħidmiet maħsuba fil-qafas tal-programm ta' spezzjoni tal-bidu l-ispetturi tal-Komunità, bi ftehim mill-qrib mas-servizz ta' kontroll nazzjonali kompetenti, għandhom jimmodifikaw il-ħidma ta' spezzjoni u kontroll.
(ċ) Fil-qafas ta' spezzjoni mill-baħar jew l-ajru fejn is-servizzi nazzjonali kompetenti ikollhom iwettqu xogħlijiet ta' prijorità dwar, b'mod partikolari, id-difiza u s-sigurezza fil-baħar, l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri għandhom jirrizervaw id-dritt li jippostponu jew jidderieġu mill-ġdid il-ħidmiet li l-Kummissjoni riedet tosserva. F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni fit-twettieq ta' arranġamenti alternattivi.
Fil-każ ta' spezzjonijiet mill-baħar u mill-ajru, il-kmandant tal-bastiment biss għandu jkun responsabbli mill-ħidmiet, wara li jiġi kkunsidrat l-obbligu fuq in-naħa ta' l-awtoritajiet li japplikaw dan ir-Regolament. L-ispetturi awtorizzati mill-Kummissjoni u li jipparteċipaw f'daw il-ħidmiet għandhom jimxu mar-regoli u l-proċeduri pprovduti mill-kmandant.
3. Fejn jidher meħtieġ, partikolarment wara l-missjonijiet imwettqa mill-ispetturi tal-Komunità skond il-paragrafu 2 li juru li jistgħu jiġru irregolaritajiet fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' titlob l-Istati Membri li jinnotifikawha bl-ispezzjoni dettaljata u l-programm ta' kontroll pjanati jew iffissati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-perjodu speċifikat u/jew għas-sajd u r-reġuni msemmija. Mal-wasla ta' din in-notifika, l-ispetturi awtorizzati mill-Kummissjoni għandhom, kull fejn il-Kummissjoni tqis li hu meħtieġ, twettaq spezzjonijiet indipendenti biex tivverifika l-implimentazzjoni ta' dak il-programm mill-awtoritajiet kompetenti ta' Istat Membru.
Meta l-ispetturi tal-Komunità jivverifikaw l-implimentazzjoni ta' dak il-programm, l-aġenti ta' l-Istat Membru għandhom f'kull ħin ikunu responsabbli għat-twettieq ta' l-imsemmi programm. L-ispetturi tal-Komuniità ma jistgħux fuq l-inizjattiva tagħhom jużaw is-setgħat ta' spezzjoni mogħtija lill-aġenti nazzjonali. L-ispetturi msemmija m'għandhomx ikollhom aċċess għall-bastimenti jew fondijiet ħlief meta jakkumpanjaw aġenti ta' Stat Membru.
Wara dik il-verifika l-Kummissjoni għandha titrasmetti lill-Istat Membru konċernat rapport ta' valutazzjoni fuq il-programm u, jekk xieraq, tirrakkomanda miżuri ta' kontroll biex itejbu l-applikazzjoni ta' kontroll minn dak l-Istat Membru.
3a. L-ispetturi tal-Komunità jistgħu, fil-kuntest ta' verifika mingħajr notifika minn qabel, jagħmlu osservazzjonijiet dwar l-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Waqt il-viżti ta'osservazzjoni tagħhom, l-ispetturi tal-Komunità, akkumpanjati minn spetturi nazzjonali ta' dak il-pajjiż u mingħajr preġudizzju għall-Liġi Komunitarja applikabbli u skond ir-regoli ta' proċedura provduti fil-liġijiet tal-Istati Membri konċernati, għandu jkollhom aċċess għall-files u d-dokumenti kollha rilevanti u għall-bini u l-postijiet pubbliċi, bastimenti u postijiet privati, l-art u l-mezzi tat-trasport fejn iseħħu l-attivitajiet koperti minn dan ir-Regolament, sabiex tinġabar id-data (li ma jkunx fiha riferenzi bl-isem) meħtieġa sabiex ilestu xogħolhom.
Wara dawn il-verifiki mingħajr notifika minn qabel, il-Kummissjoni għandha tgħaddi rapport fuq l-osservazzjonijiet li saru lill-Istati Membri konċernati mingħajr dewmien.
4. Fil-kuntest ta' missjonijiet ta' spezzjoni mwettqa minn inġenji ta' l-ajru fuq il-baħar jew l-art, l-ispetturi awtorizzati ma jistgħux jagħmlu kontrolli fir-rigward ta' persuni naturali.
5. Fil-qafas tal-visti tagħhom imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, l-ispetturi awtorizzati mill-Kummissjoni jistgħu jkollhom aċċess fuq il-post, fil-preżenza tas-servizzi responsabbli, għall-informazzjoni f'data bases speċifiċi jew f'forma aggregata jew individwali u jistgħu jeżaminaw ukoll kull dokument li għandu x'jaqam ma' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Jekk id-dispożizzjonijiet nazzjonali jipprovdu għall-kunfidenzjalità ta' l-investigazzjonijiet, il-komunikazzjoni ta' din l-informazzjoni għandha tkun suġġetta għall-awtorizzazzjoni tal-qorti kompetenti.
L-Artikolu 30
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-Kummissjoni b'dik l-informazzjoni li tista' titlob fuq l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Meta ssir talba għall-informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tispeċifika limitu taż-żmien raġonevoli li fih l-informazzjoni trid tingħata.
2. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li seħħew irregolaritajiet fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament jew id-dispożizzjonijiet u metodi eżistenti fuq il-verifika mhumiex effettivi hija għandha tinforma l-Istat Membru jew Stati Membri konċernati, li għandhom imbagħad jagħmlu inkjesta amministrattiva fejn l-uffiċjali tal-Kummissjoni jistgħu jipparteċipaw.
L-Istati Membri konċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-riżultati tal-inkjesta u għandhom jgħaddu kopja tar-rapport mhux aktar minn tlett xhur wara li t-talba tal-Kummissjoni. Dan il-perjodu jista' jiġi estiż mill-Kummissjoni, fuq talba debitament motivata ta' Stat Membru, għal dewmien raġonevoli.
Biex jipparteċipaw fl-ispezzjonijiet msemmija f'dan il-paragrafu, l-uffiċjali tal-Kummissjoni għandhom jipproduċu struzzjonijiet bil-miktub fejn jistqarru l-identità u l-mansjonijiet tagħhom.
3. Fejn uffiċjali tal-Kummissjoni jipparteċipaw f'inkjesta, dik l-inkjesta għandha f'kull ħin titmexxa mill-uffiċjali ta' l-Istat Membru; l-uffiċjali tal-Kummissjoni ma jistgħux, fuq l-inizjattiva tagħhom, jużaw il-poteri ta' spezzjoni mogħtija lill-uffiċjali nazzjonali; min-naħa l-oħra, għandhom ikollhom aċċess għall-istess fondi u l-istess dokumenti bħal dawk l-uffiċjali.
Safejn dispożizzjonijiet nazzjonali fuq proċeduri kriminali jirriżervaw ċerti atti għall-uffiċjali speċifikatament imsemmija mil-liġi nazzjonali, l-uffiċjali tal-Komunità m'għandhomx jieħdu sehem f'dawn l-azzjonijiet. B'mod partikolari, m'għandhomx jipparteċipaw f'tiftix f'fondi jew jew f'interrogatorji formali ta' persuni taħt il-liġi kriminali nazzjonali. Għandhom, iżda, jkollhom aċċess għall-informazzjoni li tkun hekk miksuba.
4. Dan l-Artikolu m'għandux jippreġudika d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar is-segretezza ta' proċeduri legali.
IT-TITOLU VIII
Għandhom jittieħdu proċeduri fil-każ ta' nuqqas ta' tħaris tar-regoli fis-seħħ.
L-Artikolu 31
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li miżuri xierqa jittieħdu, inkluż azzjoni amministrattiva jew proċeduri kriminali skond il-liġi nazzjonali tagħhom, kontra l-persuni naturali jew legali responsabbli fejn ma tkunx ġiet rispettata l-politika komuni tas-sajd, partikolarment wara verifika jew spezzjoni mwettqa bis-saħħa ta' dan ir-Regolament.
2. Il-proċeduri mibdija bis-saħħa tal-paragrafu 1 għandhom ikunu kapaċi, skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali, li effettivament iċaħħdu dawk responsabbli mill-benefiċċju ekonomiku tal-ksur jew tal-produzzjoni ta' riżultati proporzjonati għas-serjetà ta' dan il-ksur, li effettivament jiskoraġġixxu reati oħra ta' l-istess tip.
2a. Il-Kunsill, fuq il-bażi tal-Artikolu 43 tat-Trattat, jista' jagħmel lista tat-tipi ta' mġieba li tikser serjament ir-regoli tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 1 u li għalihom l-Istati Membri jobbligaw rwieħhom li japplikaw sanzjonijiet proporzjonati, disswassivi u effettivi.
3. Is-sanzjonijiet li joħorġu mill-proċeduri msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jinkludu skond il-gravità tar-reat:
— multi,
— qbid ta' l-attrezzatura tas-sajd u l-qabdiet,
— sekwestru tal-bastiment,
— waqfien temporanju tal-bastiment,
— sospensjoni tal-liċenzja,
— l-irtirar tal-liċenzja.
4. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu m'għandhomx jipprevienu l-Istat Membru ta' l-inżul jew trasbord milli jittrasferixxi l-prosekuzzjoni ta' ksur lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni bi fethim ta' dan ta' l-aħħar u bil-kondizzjoni li t-trasferiment x'aktarx li jikseb iżjed ir-riżultat imsemmi fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha tkun notifikata b'kull trasferiment bħal dan mill-Istat Membru ta' inżul jew trasbord.
L-Artikolu 32
1. Fejn jinstab ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ta' inżul jew trasbord, dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu azzjoni xierqa skond l-artikolu 31 kontra l-kaptan tal-bastiment involut jew kontra kull persuna oħra responsabbli għall-ksur.
2. Jekk l-Istati Membru ta' l-inżul jew trasbord ma jkunx l-Istat Membru tal-bandiera u l-awtoritajiet kompetenti ma jieħdux, skond il-liġi nazzjonali tagħhom, miżuri xierqa inkluż il-bidu ta' azzjoni amministrattiva jew proċeduri kriminali kontra l-persuni naturali jew legali responsabbli, jew ma jittrasferixxux il-prosekuzzjoni skond l-artikolu 31(4), il-kwantitajiet mniżżla illegalment jew trasbordati jistgħu jitqiesu kontra l-kwota allokata lil dak l-ewwel Istat Membru.
Il-kwantitajiet ta' ħut li għandhom jiddaħħlu fil-kwota ta' l-Istat Membru għandhom jiġu ffissati skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 36 wara li l-Kummissjoni tkun ikkonsultat iż-żewg Stati Membri konċernati.
Jekk Stat Membru ta' l-inżul jew trasbord m'għandux aktar kwota korrispondenti għad-dispożizzjoni tiegħu, l-Artikolu 21(4) għandu japplika mutatis mutandis, il-kwantitajiet ta' ħut mniżżla illegalment jew trasbordati jitqiesu li jkunu ekwivalenti għall-ammont ta' preġudizzju soffert, kif imsemmi f'dak l-Artikolu, mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.
L-Artikolu 33
1. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom mingħajr dewmien u b'konformità mal-proċeduri tagħhom taħt il-liġi nazzjonali jinnotifikaw l-Istat Membru tal-bandiera jew l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, b'kull ksur tar-regoli tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 1, jindikaw l-isem u l-marki ta' l-identifikazzjoni tal-bastimenti involuti, l-ismijiet tal-kaptan u tal-propjetarju, iċ-ċirkostanzi tal-ksur, kull proċedura kriminali jew amministrattiva jew miżuri oħra meħuda u kull provvediment definittiv fuq ksur bħal dan. Fuq talba, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dan it-tagħrif f'każijiet speċifiċi.
2. Wara trasferiment ta' prosekuzzjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 31(4), l-Istat Membru tal-bandiera jew l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kif dispost fl-Artikolu 31.
3. L-Istat Membru tal-bandiera jew l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni b'kull miżura meħuda skond il-paragrafu 2 flimkien ma' l-isem u l-identifikazzjoni esterna tal-bastiment konċernat.
IT-TITOLU VIIIa
Ko-operazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli mill-kontroll fl-Istati Membri u mal-Kummissjoni
L-Artikolu 34
It-termini u l-kondizzjonijiet li fuqhom l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-kontroll ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-Istati Membri għandhom jikkollaboraw bejniethom u mal-Kummissjoni sabiex jiżguraw konformità mar-regoli tal-politika komuni dwar is-sajd, għandhom ikunu kif stipulat hawn isfel.
L-Artikolu 34a
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lil xulxin l-assistenza reċiproka meħtieġa sabiex isiru l-kontrolli stabbiliti f'dan it-Titolu.
2. Fejn ispezzjoni jew ħidma ta' sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jikxfu li bastimenti tas-sajd tal-Komunità jew bastimenti li jġorru l-bandiera ta' pajjiż terz u rreġistrat f'pajjiż terz għamlu l-attivitajiet ta' sajd imsemmija fl-Artikolu 2 b'mod li x'aktarx jikser ir-regoli tal-Komunità, l-Istat Membru in kwistjoni għandu jinnotifika mal-ewwel l-informazzjoni kollha rilevanti lill-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment jew bastimenti konċernati, l-Istati Membri l-oħrajn u l-Kummissjoni. L-Istati Membri l-oħra konċernati huma l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom jew fl-ibħra tagħhom qed isiru jew x'aktarx isiru l-attivitajiet in kwistjoni.
L-Istati Membri in kwistjoni jistgħu jitolbu lill-Istati Membri konċernati l-oħra sabiex jagħmlu kontrolli speċjali u jagħtu raġunijiet speċifiċi għat-talba tagħhom.
L-Istati Membri għandhom iżommu lil xulxin infurmati, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, bl-azzjoni li jieħdu b'risposta għal talba simili, inkluż, fejn applikabbli, ir-riżultati tal-kontrolli u kwalunkwe proċedimenti li jirrigwarda xi ksur.
3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-miżuri nazzjonali li ttieħdu għal dan l-iskop, b'mod partikolari dawk li ttieħdu wara l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3760/92.
4. Għandhom jiġu adotti regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 36.
L-Artikolu 34b
1. Fil-każ ta' verifiki b'avviż minn qabel fi Stat Membru, il-Kummissjoni tista' tara li l-ispetturi tagħha li jkunu qed iżuru Stat Membru jkun hemm magħhom wieħed jew aktar spetturi tas-sajd minn Stat Membru ieħor bħala osservaturi, bl-approvazzjoni tal-Istat Membru li jridu jżuru. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istat Membru li jibgħat jista' jinnomina fi żmien qasir l-ispetturi nazzjonali tas-sajd magħżula bħala osservaturi.
L-Istati Membri jistgħu ukoll jagħmlu lista ta' spetturi nazzjonali tas-sajd li jistgħu jiġu mistiedna mill-Kummissjoni biex ikunu preżenti għal dawn il-verifiki. Il-Kummissjoni tista' fuq talba tistieden lill-ispetturi nklużi f'dik il-lista jew dawk notifikati lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni għandha, fejn hu xieraq, tpoġġi l-lista għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri kollha.
2. L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħmlu, bejniethom u fuq l-inizjattiva tagħhom stess, programmi ta' kontroll, ispezzjoni u sorveljanza dwar l-attivitajiet tas-sajd.
L-Artikolu 34ċ
1. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 36(2) u flimkien ma' l-Istati Membri konċernati, liema attivitajiet tas-sajd li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar għandhom ikunu soġġetti għall-programmi speċifiċi ta' kontroll u spezzjoni u għall-kondizzjonijiet li jirregolaw tali programmi.
Il-programmi speċifiċi ta’ kontroll u spezzjoni għandhom jiddeterminaw l-attivitajiet ta' sajd li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar li huma soġġetti għall-programm u l-kundizzjonijiet li jirregolaw tali attivitajiet tas-sajd.
Kull programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni għandu jiddikjara l-għanijiet, il-prijoritajiet u l-proċeduri b'għan komuni kif ukoll il-livelli għall-attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni, ir-riżultati mistennija tal-miżuri speċifikati u l-istrateġija meħtieġa biex jiġi żgurat li l-attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni huma kemm jista’ jkun uniformi, effettivi u ekonomiċi. Kull programm għandu jidentifika l-Istati Membri konċernati.
Programmi speċifiċi ta' kontroll u spezzjoni ma jistgħux idumu aktar minn tliet snin jew kwalunkwe perijodu stabbilit għal dan il-għan fi pjan ta' rkupru adottat skond l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd taħt il-politika komuni tas-sajd jew pjan ta' mmaniġġar adottat skond l-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament ( 15 ).
Programmi speċifiċi ta’ kontroll u spezzjoni għandhom ikunu implimentati mill-Istati Membri konċernati abbażi ta’ pjanijiet ta’ eżerċizzju konġunti stabbiliti taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tal-26 ta' April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja ta’ Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd ( 16 ).
2. Il-Kummissjoni għandha tikkontrolla u tevalwa r-rendiment ta' kull programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 27 (4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.
IT-TITOLU IX
Dispożizzjonijiet ġenerali
L-Artikolu 35
1. Mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fis-sena ta' qabel skond il-kalendarju.
2. Fuq il-bażi tar-rapporti mogħtija mill-Istati Membri u l-osservazzjonijiet tagħha stess, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fattwali kull sena u rapport ta' valutazzjoni kull tlett snin li jrid jingħata lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew. Hi għandha tippubblika dan ir-rapport ta' valutazzjoni flimkien mar-risposti tal-Istati Membri u, fejn hu xieraq, miżuri u proposti sabiex jitnaqqsu dawk in-nuqqasijiet misjuba.
3. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għal provvista ta' informazzjoni sabiex jintlaħqu r-rekwisiti ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 36, b'mod partikolari l-informazzjoni dwar:
— ir-riżorsi tekniċi u umani għall-kontroll tas-sajd, u l-ħin dedikat għal dan ix-xogħol,
— il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jiġu adottati mill-Istati Membri sabiex jipprevjenu u jibdew il-prosekuzzjoni ta' irregularitajiet,
— ir-riżultati tal-ispezzjonijiet u tal-kontrolli li jsiru skond dan ir-Regolament, inkluż in-numru u t-tipi ta' ksur ta'regoli li jinstabu u l-azzjoni meħuda, u b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mat-tipi ta' mġieba msemmija fl-Artikolu 31(2a),
— il-miżuri ta'applikazzjoni u ta' azzjoni skond l-Artikolu 19, b'mod partikolari l-valutazzjoni tal-affidabiltà tad-data.
L-Artikolu 36
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Ġestjoni tas-Sajd u l-Akwakultura, stabbilit skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 3760/92.
2. Meta jsir riferiment għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 17 ).
Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal xahar.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tiegħu ta' Proċedura.
L-Artikolu 37
1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li d-data riċevuta fil-qafas ta' dan ir-Regolament għandha tiġi trattata b'mod kunfidenzjali.
2. L-ismijiet ta' persuni naturali u legali m'għandhomx jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni jew lill-Stat Membru ieħor ħlief fil-każ fejn tali komunikazzjoni hija espressament ipprovduta f'dan ir-Regolament jew jekk ikun neċessarju għall-għan tal-prevenzjoni jew prosegwiment ta' ksur jew il-verifika ta' ksur apparenti.
Id-data msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx jiġu trasmessi ħlief jekk huma aggregati ma' data oħra f'formula, li ma tippermettix l-identifikazzjoni diretta jew indiretta ta' persuni naturali jew legali.
3. Id-data mibdula bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni m'għandiex tiġi trasmessa lill-persuni oħra ħlief dawk fl-Istati Membri jew l-istituzzjonijiet tal-Komunità li l-mansjonijiet tagħhom jeħtiġuhom li jkollhom tali aċċess ħlief jekk l-Istati Membri li jitrasmettu d-data jagħtu l-kunsens espress tagħhom.
4. Id-data kkomunikata jew akkwistata fi kwalunkwe forma bis-saħħa ta' dan ir-Regolament hi mħarsa bis-segretezza professjonali u għandha tgawdi mill-istess ħarsien mogħti lill-data simili mil-leġislazzjoni nazzjonali ta' l-Istati Membri li jirċevuhom u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Komunità.
5. Id-data msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx jintużaw għall-għan ieħor għajr dak dispost f'dan ir-Regolament ħlief jekk l-awtoritajiet li jipprovdu d-data jagħtu l-kunsens espress tagħhom u bil-kondizzjoni li d-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru ta' l-awtorità li tirċievi d-data ma jipprojbux tali użu jew komunikazzjoni.
6. Il-paragrafi 1 sa 5 m'għandhomx jiftiehmu bħala ostaklu għall-użu tad-data, miġjubin bis-saħħa ta' dan ir-Regolament, fil-qafas ta' azzjonijiet u proċeduri legali meħuda wara għan-nuqqas ta' rispett lejn il-leġislazzjoni tal-Komunità fuq is-sajd. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jitrasmetti d-data għandhom jiġu infurmati tad-drabi kollha fejn l-imsemmija data ġew utiliżżati għal dan il-għan.
Dan l-Artikolu m'għandux jippreġudika l-obbligi li joħorġu mill-konvenzjonijiet internazzjonali rigward l-assistenza f'affarijiet kriminali.
7. Kull fejn Stat Membru jinnotifika l-Kummissjoni li ġie stabbilit wara t-tmiem ta' inkjesta li persuna naturali jew legali li isimha ġie kkomunikat lilha bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma kienetx imdaħħla fi ksur, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tinforma kull parti jew partijiet lil min tkun ikkomunikat l-isem ta' l-imsemmija persuna, l-eżitu ta' l-imsemmija inkjesta jew proċeduri. Din il-persuna m'għandiex tiġi trattata bħala persuna mdaħħla fl-irregolaritajiet imsemmija fuq il-bażi ta' l-ewwel notifika. Id-data maħżuna f'forma li tippermetti l-identifikazzjoni tal-persuna konċernata għandhom jitħassru mingħajr dewmien.
8. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 5 m'għandhomx jiftehmu li jipprojbixxu l-pubblikazzjoni ta' kull data ġenerali jew kull studju li ma jkollhomx referenzi individwali għall-persuni naturali jew legali.
9. Id-data msemmija f'dan ir-Regolament għandha tinħażen f'forma li tippermetti l-identifikazzjoni tal-persuni konċernati biss jekk meħtieġ għall-qadi ta' l-għan konċernat.
10. Id-data riċevuti fil-qafas ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu disponibbli fuq talba lill-persuni naturali jew legali konċernati.
L-Artikolu 38
Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kull miżura ta' kontroll nazzjonali li jmur lil hinn mill-ħtiġijiet minimi tiegħu, iżda għandhom iħarsu l-liġi tal-Komunità u jkunu skond il-politika komuni tas-sajd.
Il-miżuri nazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 101/76 tad-19 ta' Jannar 1976 li jppreskrivi politika strutturali komuni għall-industrija tas-sajd ( 18 ).
L-Artikolu 39
1. Ir-Regolament (KEE) Nru 2241/87 għandu jiġi mħassar fl-1 ta' Jannar 1994, ħlief għall-Artikolu 5, li għandu jkompli japplika sakemm ir-Regolamenti li jistabbilixxu l-listi msemmija fl-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament ikunu daħħlu fis-seħħ.
2. Ir-riferenzi għar-Regolament imħassar bis-saħħa tal-paragrafu 1 għandhom jinftiehmu bħala riferenzi għal dan ir-Regolament.
L-Artikolu 40
L-Istati Membri għandhom jiġu eżentati sal-1 ta' Jannar 2000 mill-obbligi li japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 u 8, sakemm ikunu jikkonċernaw l-operazzjonijiet ta' sajd fil-Baħar Mediterran.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU C 280, tad-29.10.1992, p. 5.
( 2 ) ĠU C 21, tal-25.1.1993, p. 55.
( 3 ) ĠU C 108, tad-19.4.1993, p. 36.
( 4 ) ĠU L 389, tal-31.12.1992, p. 1.
( 5 ) ĠU L 207, tad-29.7.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 3483/88 (ĠU L 306, tal-11.11.1988, p. 2).
( 6 ) Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/EEC tas-17 ta' Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-taxxa fuq it-turnover - sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, tat-13.6.1977, p. 1).
( 7 ) ĠU L 389, tal-31.12.1992, p. 1.
( 8 ) ĠU L 113, tat-30.4.1997, p. 1.
( 9 ) ĠU L 19, tal-21.1.1984, p. 5.
( 10 ) ĠU L 289, 07.11.2003, pġ. 1.
( 11 ) ĠU L 288, tal-11.10.1986, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3034/92 (ĠU L 307, tat-23.10.1992, p. 1).
( 12 ) ĠU L 20, tal-25.1.1989, p. 5.
( 13 ) ĠU L 388, tal-31.12.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 1891/93 (ĠU N. L 172, tal-15.7.1993, p. 1).
( 14 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94 tas-27 Ġunju 1994 li joħloq dispożizzjonijiet ġenerali li dwar permessi speċjali għas-sajd (ĠU L 171, tas-6.7.1994, p. 7).
( 15 ) ĠU L 358, 21.12.2002, p. 59.
( 16 ) ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.
( 17 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.
( 18 ) ĠU L 20, tat-28.1.1976, p. 19.