31997R2495



Official Journal L 343 , 13/12/1997 P. 0018 - 0018


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2495/97

tat-12 ta’ Diċembru 1997

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1460/96 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ftehim ta’ kummerċ preferenzjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli, kif provdut fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

Il-KUMMISSJONI TAL-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistipula l-arranġamenti tal-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli [1], u partikolarment l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 8(3) tiegħu,

billi l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1460/96 tal-25 ta’ Lulju 1996 li jistipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-arranġamenti tal-kummerċ preferenzjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli, kif provdut fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 [2], jistipula regoli għall-amministrazzjoni ta’ kwoti għat-tariffi;

billi, mill-adozzjoni ta’ dak ir-regolament, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 jistipula d-disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar- Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1427/97 [4], ikkonsolida r-regoli dwar l-immaniġġjar ta’ kwoti tat-tariffi mfassla sabiex jintużaw in segwitu ta’ l-ordni kronoloġiku tad-dati minn meta jkunu aċċettati id-dikjarazzjonijiet għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa; in konsiderazzjoni ta’ dan it-test kurrenti ta’ l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1460/96 għandu jinbidel permezz ta’ riferenza għal Artikli 308a sa 308ċ tar-Regolament (KE) Nru 2454/93;

billi l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal mistoqsijiet orizzontali li jikkonċernaw il-kummerċ fi prodotti agrikoli proċessati mhux imdaħħla f’L-Anness II.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1460/96 hu mibdul b’dan it-test li ġej:

"L-Artikolu 10

Il-kwoti tat-tariffi skond dan ir-Regolament għandhom ikunu maniġġjat mill-Kummissjoni bi qbil mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 308a sa 308ċ tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [5]."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda jgħodd mill-1 ta’ Jannar 1998.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta’ Diċembru 1997.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 318, ta’ l-20.12.1993, p. 18.

[2] ĠU L 187, tas-26.7.1996, p. 18.

[3] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

[4] ĠU L 196, ta’ l-24.7.1997, p. 31.

[5] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

--------------------------------------------------