European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2596

2.5.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11904 – MEIF 7 / BCI / RENEWI)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/2596)

1.   

Fit-22 ta’ April 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Macquarie European Infrastructure Fund 7 SCSp (“MEIF7”, il-Lussemburgu), ikkontrollata minn Macquarie Group Limited (“Macquarie”, l-Awstralja),

—

British Columbia Investment Management Corporation (“BCI”, il-Kanada),

—

Renewi plc (“Renewi”, ir-Renju Unit).

MEIF7 u BCI se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Renewi kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fit-13 ta’ Frar 2025.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

MEIF7 hija fond ta’ investiment finalment ikkontrollata minn Macquarie. Macquarie hija fornitur globali ta’ servizzi bankarji, finanzjarji, ta’ konsulenza, ta’ investiment u ta’ ġestjoni tal-fondi, b’għarfien espert notevoli f’oqsma bħall-infrastruttura, l-enerġija u t-teknoloġija,

—

BCI hija aġent tal-Gvern tal-British Columbia, il-Kanada, li f’isem il-klijenti tas-settur pubbliku, tinvesti f’firxa ta’ klassijiet ta’ assi, inkluż introjtu fiss, ekwitajiet pubbliċi, ekwità privata, infrastruttura, sorsi rinnovabbli, proprjetà immobbli u ipoteki kummerċjali,

—

Renewi hija kumpanija li tiġġenera prodotti mill-iskart b’attivitajiet fil-Belġju, fi Franza, fin-Netherlands u fil-Portugall. B’mod partikolari, tipprovdi servizzi ta’ ġbir u ta’ ġestjoni tal-iskart, u tbiddel il-biċċa l-kbira tal-iskart miġbur f’materjali ċirkolari li sussegwentement tbigħhom lill-klijenti madwar l-Ewropa.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11904 – MEIF 7 / BCI / RENEWI

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2596/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)