KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKATA ĠENERALI
KOKOTT
ippreżentati fit‑18 ta’ Settembru 2025 ( 1 )
Kawża C‑131/24
Umweltorganisation VIRUS – Verein Projektwerkstatt für Umwelt und Soziales et
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali, l-Awstrija)
“Talba għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Direttiva 2009/147/KE – Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi – Projbizzjoni tat-tfixkil intenzjonali tal-għasafar – Proġett ta’ kostruzzjoni ta’ triq nazzjonali li tista’ twassal għat-tfixkil ta’ kampjuni individwali ta’ ċerti speċi – Miżuri għat-titjib tal-habitats – Prova tal-effettività – Opinjoni ta’ espert”
I. Introduzzjoni
|
1. |
L-Artikolu 5(d) tad-Direttiva dwar l-għasafar ( 2 ) jipprojbixxi t-tfixkil intenzjonali tal-għasafar, sakemm dan it-tfixkil ikollu effett sinjifikattiv fid-dawl tal-għanijiet ta’ din id-direttiva. Mill-ġurisprudenza jirriżulta li din il-projbizzjoni testendi wkoll għat-tfixkil li huwa sempliċement aċċettat ( 3 ). Madankollu, tfixkil jaqa’ taħt il-projbizzjoni anki jekk l-effetti negattivi tiegħu fuq il-habitat tal-għasafar jkunu kkumpensati bit-titjib tal-habitat tal-ispeċi affettwati f’postijiet oħra? U kif tista’ tiġi evalwata l-effettività tal-miżura ta’ titjib qabel l-implimentazzjoni tagħha? Dawn huma d-domandi li l-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali, l-Awstrija) qiegħda tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. |
II. Il‑kuntest ġuridiku
A. Id-Direttiva dwar l-għasafar
|
2. |
Il-premessi 3, 5, 7 u 8 tad-Direttiva dwar l-għasafar jippreċiżaw l-għan tagħha:
(4) […]
(6) […]
|
|
3. |
Il-premessa 10 tad-Direttiva dwar l-għasafar teżiġi, inter alia, li ċerti speċi ta’ għasafar jinżammu f’“livell sodisfaċenti”: “Minħabba l-livell għoli tal-popolazzjoni, id-distribuzzjoni ġeografika u r-rata tar-riproduzzjoni tagħhom fil-Komunità kollha, ċerti speċi jistgħu jkunu suġġetti għall-kaċċa, li jikkostitwixxu sfruttar aċċetabbli. Għaldaqstant, ċerti limiti huma stabbiliti u rispettati, kaċċa bħal din għandha tkun kompatibbli mal-manteniment tal-popolazzjoni ta’ dawn l-ispeċi f’livell sodisfaċenti.” |
|
4. |
L-Artikolu 1 tad-Direttiva dwar l-għasafar jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha: “Din id-Direttiva hija dwar il-konservazzjoni tal-ispeċi kollha tal-għasafar li jinsabu fin-natura fit-territorju Ewropew tal-Istati Membri li għalihom japplika t-Trattat. Din tkopri l-protezzjoni, l-amministrazzjoni u l-kontroll ta’ dawn l-ispeċi u tippreskrivi regoli għall-isfruttar tagħhom.” |
|
5. |
L-Artikolu 2 tad-Direttiva dwar l-għasafar jinkludi l-obbligu bażiku tal-Istati Membri fir-rigward tal-konservazzjoni tal-ispeċi tal-għasafar: “L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex iżommu jew jadattaw il-popolazzjoni tal-ispeċi kollha msemmija fl-Artikolu 1 fil-livell li jikkorrispondi partikolarment għall-ħtiġiet ekoloġiċi, xjentifiċi u kulturali, filwaqt li tittieħed kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet ekonomiċi u rekreazzjonali.” |
|
6. |
L-Artikolu 3 tad-Direttiva dwar l-għasafar jimponi obbligi ġenerali ta’ implimentazzjoni tal-Artikolu 2: “1. Fid-dawl tal-ħtiġiet msemmija fl-Artikolu 2, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jippreżervaw, imantnu jew jistabbilixxu mill-ġdid diversità u żoni ta’ ambjent naturali suffiċjenti għall-ispeċi kollha tal-għasafar msemmija fl-Artikolu 1. 2. Il-preżervazzjoni, iż-żamma u l-istabbiliment mill-ġdid tal-bijotopi u l-ambjent naturali għandhom jinkludu primarjament il-miżuri li ġejjin:
|
|
7. |
L-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar l-għasafar jipprevedi projbizzjonijiet indipendenti miż-żona: “Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 7 u 9, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxu sistema ġenerali ta’ protezzjoni għall-ispeċi kollha tal-għasafar imsemmija fl-Artikolu 1, li tipprojbixxi partikolarment: […]
|
|
8. |
L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva dwar l-għasafar jippermetti derogi mill-projbizzjonijiet tal-Artikolu 5: “1. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mid-dispożizzjonjiet tal-Artikoli 5 sa 8, fejn ma hemm ebda soluzzjoni oħra sodisfaċenti għar-raġunijiet li ġejjin:
|
B. Id-Direttiva dwar il-habitats
|
9. |
L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats ( 4 ) jirregola l-hekk imsejħa evalwazzjoni tal-effetti. “Kull pjan jew proġett li mhux marbut direttament ma’ jew li ma hux meħtieġ għat-tmexxija tas-sit iżda li x’aktarx se jkollu effett sinifikanti fuqu, jew b’mod individwali jew inkella flimkien ma’ xi pjanijiet jew proġetti oħra, għandu jkun suġġett għal evalwazzjoni xierqa ta’ l-implikazzjonijiet tiegħu għas-sit in vista ta’ l-għanjiet ta’ konservazzjoni tas-sit. Fl-isfond tar-riżultati ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-implikazzjonijiet għas-sit u skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jaqblu dwar il-pjan jew il-proġett biss wara li jkunu żguraw li dan ma jaffettwax ħażin l-integrità tas-sit konċernat u, jekk xieraq, wara li jkunu raw l-opinjoni tal-pubbliku ġenerali.” |
|
10. |
L-Artikolu 12(1) tad-Direttiva dwar il-habitats jinkludi projbizzjonijiet fundamentali meħtieġa għall-protezzjoni tal-ispeċi: “L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxu sistema ta’ ħarsien strett ta’ l-ispeċi ta’ l-annimali msemmija fl-Anness IV (a) fil-firxa naturali tagħhom, u li jipprojbixxu:
|
|
11. |
L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva dwar il-habitats jinkludi d-derogi mill-Artikolu 12: “Sakemm ma jkunx hemm alternattiva sodisfaċenti u d-deroga mhix ta’ dannu għall-ħarsien tal-popolazzjonijiet ta’ l-ispeċi konċernati fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli fil-firxa naturali tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 12, 13, 14 u 15 (a) u (b):
|
III. Il-fatti u t-talba għal deċiżjoni preliminari
|
12. |
Wara evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, in-Niederösterreichische Landesregierung (il-Gvern Reġjonali tal-Land ta’ Niederösterreich) awtorizza l-proġett ta’ kostruzzjoni tat-triq inkwistjoni fit‑12 ta’ Novembru 2019. L-Umweltorganisation VIRUS – Verein Projektwerkstatt für Umwelt und Soziales kif ukoll ċittadini u assoċjazzjonijiet ambjentali oħra ppreżentaw rikors kontra din l-awtorizzazzjoni quddiem il-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali), il-qorti tar-rinviju, billi sostnew ksur b’mod partikolari tad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-ispeċi previsti mid-Direttiva dwar l-għasafar. Diversi speċi ta’ għasafar, b’mod partikolari għasafar tal-foresti bħall-bulebbiet b’tikek ta’ daqs medju (Dendrocopos medius jew Leiopicus medius), jużaw żoni li kienu ser ikunu affettwati, fost affarijiet oħra, mill-istorbju ġġenerat mit-triq il-ġdida. |
|
13. |
Madankollu, skont l-opinjoni ta’ espert fil-qasam tal-protezzjoni tan-natura mqabbad mill-qorti tar-rinviju, wieħed jista’ jistenna li l-ispeċi ta’ għasafar ikkonċernati jibbenefikaw mil-limitazzjonijiet ta’ żmien ta’ kostruzzjoni previsti mill-proġett għal ċerti xhur u minn miżuri ta’ titjib tal-habitat fuq superfiċji li jinsabu barra miż-żona tal-istorbju, li jistgħu jiġu fformulati fil-forma ta’ kundizzjonijiet. |
|
14. |
It-tilwima fil-kawża prinċipali tirrigwarda b’mod partikolari l-effettività tal-miżuri ta’ titjib forestali u tal-ikklerjar tas-siġar xjuħ proposti mill-applikanti għall-proġett għal distanza mit-triq ta’ mill-inqas 300 m, b’superfiċji totali ta’ 6.6 ettaru f’żona ta’ miżuri reġjonali, li jgawdu minnha l-bulebbiet b’tikek ta’ daqs medju u speċi oħra ta’ għasafar forestali. |
|
15. |
L-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri proposti ma twassalx, fl-opinjoni taż-żewġ esperti kkonsultati matul il-proċedura, għal tfixkil tal-ispeċi ikkonċernati li jista’ jkollu effett sinjifikattiv fuq l-għanijiet tad-Direttiva dwar l-għasafar. Madankollu, dawn il-miżuri ma jippermettux li jitnaqqas it-tfixkil ta’ speċi individwali fil-foresta konkretament affettwata mill-proġett. Minkejja dan, skont l-evalwazzjoni tal-esperti, il-miżuri proposti jipproteġu l-habitat u l-kundizzjonijiet ta’ preżenza tal-ispeċi bħala għasafar li jbejtu. |
|
16. |
Quddiem il-qorti tar-rinviju, l-espert sostna li ma kienx jaf bi studji li jikkontestaw l-adegwatezza tal-miżuri mħabbra għall-protezzjoni tal-bulebbiet b’tikek ta’ daqs medju. Hemm ukoll nuqqas ta’ informazzjoni rilevanti minħabba l-ekoloġija tal-ispeċi. Għalhekk ma hemm l-ebda dubju ġġustifikat biżżejjed dwar l-effettività ta’ dawn il-miżuri. L-uniku element li baqa’ huwa l-monitoraġġ sħiħ u tekniku, li mhux biss jelimina kull dubju, iżda li jista’ wkoll jipproduċi prova tal-effettività tal-miżuri. Mistoqsi mill-qorti tar-rinviju dwar jekk jeżistix każ iddokumentat wieħed affidabbli li fih il-miżuri ta’ nuqqas ta’ użu previsti kellhom bħala konsegwenza li proġett ma fixkilx il-bulebbiet b’tikek ta’ daqs medju, jew li l-istat ta’ konservazzjoni tal-ispeċi tjieb fiż-żona tal-proġett, l-espert wieġeb li ma kienx sab studju daqshekk inekwivoku minkejja riċerka intensiva u skambju ta’ esperjenzi ma’ kollegi. |
|
17. |
F’dan il-kuntest, il-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali) għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi li ġejjin:
|
|
18. |
L-Umweltorganisation VIRUS – Verein Projektwerkstatt für Umwelt und Soziales, li magħha ngħaqdet l-inizjattiva taċ-ċittadini “Nein zur Spange Wörth”, il-Gvern tal-Land ta’ Niederösterreich, l-Autobahnen- und Schnellstraßen-Finanzierungs-Aktiengesellschaft (ASFINAG), il-belt ta’ Sankt Pölten, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Isvezja kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. |
|
19. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ma żżommx seduta għas-sottomissjonijiet orali skont l-Artikolu 76(2) tar-Regoli tal-Proċedura peress li qieset li kellha biżżejjed informazzjoni sabiex tiddeċiedi. |
|
20. |
Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ssospendiet il-proċedura fid‑19 ta’ Novembru 2024 sabiex tistenna s-sentenza tal‑1 ta’ Awwissu 2025, Voore Mets u Lemeks Põlva (C‑784/23, EU:C:2025:609). |
IV. Evalwazzjoni legali
|
21. |
Iż-żewġ domandi għandhom bħala sfond il-fatt li kemm il-kostruzzjoni kif ukoll l-operat tat-triq inkwistjoni ser ifixklu b’mod partikolari l-bulebbiet b’tikek ta’ daqs medju, iżda wkoll speċi oħra ta’ għasafar forestali. Konsegwentement, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-projbizzjoni ta’ tfixkil prevista fl-Artikolu 5(d) tad-Direttiva dwar l-għasafar tipprekludix il-proġett. |
|
22. |
Skont l-Artikolu 5(d) tad-Direttiva dwar l-għasafar, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu t-tfixkil intenzjonali tal-ispeċi ta’ għasafar Ewropej, b’mod partikolari matul il-perijodu tat-tgħammir u tkabbir, sa fejn dan it-tfixkil ikollu effett sinjifikattiv fid-dawl tal-għanijiet ta’ din id-direttiva. |
|
23. |
Din il-projbizzjoni tikkompleta projbizzjonijiet oħra li jinsabu fl-Artikolu 5(a) sa (c) tad-Direttiva dwar l-għasafar, relatati, b’mod partikolari, mal-qtil jew mal-qbid intenzjonali ta’ dawn l-ispeċi kif ukoll mal-qerda jew mal-ħsara intenzjonali tal-bejtiet u tal-bajd tagħhom. Il-Qorti tal-Ġustizzja reċentement iddeċidiet li dawn il-projbizzjonijiet japplikaw mhux biss għall-attivitajiet tal-bniedem li għandhom l-għan li jkollhom impatt negattiv fuq l-għasafar, iżda wkoll għall-attivitajiet li, minkejja li ma jkollhomx manifestament tali għan, fir-rigward tagħhom huwa aċċettat li hemm il-possibbiltà li jkollhom tali impatt negattiv ( 5 ). |
|
24. |
Sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni tal-projbizzjoni ta’ tfixkil, miżuri favur il-bulebbiet b’tikek ta’ daqs medju u speċi oħra ta’ għasafar forestali għandhom jiġu implimentati f’distanza ta’ mill-inqas 300 metru mit-triq b’superfiċji totali ta’ 6.6 ettaru f’żona reġjonali fejn japplikaw il-miżuri. Dan jinvolvi, fost l-oħrajn, il-preservazzjoni ta’ ċerti siġar xjuħ li altrimenti jkunu jistgħu jinqatgħu. |
|
25. |
Hemm interess kbir li tiġi evitata, permezz ta’ tali miżuri, l-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar l-għasafar. Kif spjegajt reċentement, applikazzjoni koerenti ta’ dawn il-projbizzjonijiet tillimita b’mod kunsiderevoli l-attività tal-bniedem ( 6 ). Għalhekk, huwa dubjuż kemm din hija kompatibbli mal-protezzjoni tal-proprjetà u tal-libertà ekonomika skont l-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ( 7 ). B’kuntrast ma’ dan, jekk l-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet tkun tista’ tiġi evitata permezz ta’ miżuri ta’ titjib tal-habitats li jinsabu f’postijiet oħra, kif issa huwa espressament previst għal ċerti proġetti ta’ enerġija rinnovabbli ( 8 ), dan il-kunflitt jonqos. |
|
26. |
Madankollu, kif ser nispjega iktar ’il quddiem, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-miżuri inkwistjoni huwa possibbli biss għaliex l-Artikolu 5(d) tad-Direttiva dwar l-għasafar jippreżupponi li t-tfixkil ikollu effett sinjifikattiv fuq l-għan tad-Direttiva dwar l-għasafar (ara, f’dan ir-rigward, taħt A). Il-projbizzjonijiet l-oħra ma fihomx tali kundizzjoni. Sussegwentement ser neżamina, sabiex nirrispondi għat-tieni domanda, kif għandha tiġi evalwata l-effettività ta’ tali miżuri (ara, f’dan ir-rigward, taħt B). |
A. L-ewwel domanda – Projbizzjoni ta’ tfixkil u miżuri kumpensatorji
|
27. |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-applikazzjoni tal-projbizzjoni ta’ tfixkil prevista fl-Artikolu 5(d) tad-Direttiva dwar l-għasafar tistax tiġi prekluża permezz ta’ miżuri intiżi għat-titjib tal-habitat tal-ispeċi ta’ għasafar ikkonċernati f’postijiet oħra. |
|
28. |
Il-qorti tar-rinviju tistaqsi b’mod partikolari jekk is-sentenza People over Wind ( 9 ) tipprekludix it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn il-miżuri (ara, f’dan ir-rigward, taħt il-punt 1). Din is-sentenza tikkonċerna l-eżami preliminari tan-neċessità ta’ eżami formali tad-danni lis-siti protetti skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats. Madankollu, il-miżuri kumpensatorji għandhom jiġu kklassifikati fl-istruttura leġiżlattiva tal-Artikolu 5(d) tad-Direttiva dwar l-għasafar (ara, f’dan ir-rigward, taħt il-punt 2). |
1. Is-sentenza People over Wind
|
29. |
Għalkemm huwa minnu li s-sentenza People over Wind kienet tikkonċerna t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ miżuri intiżi sabiex jipprevjenu jew itaffu l-ħsara fil-qasam tal-protezzjoni tan-natura, fuq eżami iktar mill-qrib, iżda, din is-sentenza ma għandha l-ebda effett fuq l-interpretazzjoni tal-projbizzjoni ta’ tfixkil. |
|
30. |
Din il-kawża tirrigwarda l-eżami preliminari tan-neċessità li ssir evalwazzjoni formali tal-effetti ta’ proġett fuq żona ta’ protezzjoni kkonċernata, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats. Skont din id-dispożizzjoni, kull pjan jew proġett li ma jkunx marbut direttament ma’ jew li ma jkunx meħtieġ għall-immaniġġjar tas-sit iżda li x’aktarx se jkollu effett sinjifikattiv fuqu, kemm individwalment kif ukoll flimkien ma’ xi pjanijiet jew proġetti oħra, għandu jkun suġġett għal evalwazzjoni tal-effetti tiegħu fid-dawl tal-għanjiet ta’ konservazzjoni tas-sit. |
|
31. |
Waqt l-eżami preliminari tan-neċessità stess ta’ tali evalwazzjoni, mis-sentenza People over Wind jirriżulta li miżuri intiżi sabiex jiġu evitati jew imnaqqsa l-effetti negattivi ta’ dan il-pjan jew ta’ dan il-proġett fuq is-sit ikkonċernat ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni ( 10 ). Fil-fatt, l-effettività ta’ tali miżuri għandha tiġi eżaminata fil-kuntest tal-eżami formali, li l-kwalità tiegħu hija differenti minn dik tal-eżami preliminari u li jinkludi garanziji iktar estiżi ( 11 ). |
|
32. |
It-talba għal deċiżjoni preliminari u diversi partijiet jenfasizzaw ġustament li dan l-argument ma jistax jiġi traspost għal dan il-każ peress li, kuntrarjament għall-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats, il-projbizzjoni ta’ tfixkil prevista fl-Artikolu 5(d) tad-Direttiva dwar l-għasafar la tipprevedi evalwazzjoni minn qabel u lanqas proċedura formali ta’ evalwazzjoni li fil-kuntest tagħha l-effetti ta’ tfixkil għandhom jiġu evalwati għall-protezzjoni tas-siti. |
2. Klassifikazzjoni fl-istruttura leġiżlattiva tal-projbizzjoni ta’ tfixkil
|
33. |
It-teħid inkunsiderazzjoni ta’ miżuri intiżi sabiex itejbu l-habitat tal-ispeċi kkonċernati f’postijiet oħra għandu pjuttost jitqiegħed fl-istruttura leġiżlattiva tal-projbizzjoni ta’ tfixkil prevista fl-Artikolu 5(d) tad-Direttiva dwar l-għasafar, li tipprekludi tfixkil li għandu effett sinjifikattiv fuq l-għan tad-Direttiva. F’dan ir-rigward, jeħtieġ li l-ewwel nett jiġu eżaminati l-miżuri ta’ mitigazzjoni jew ta’ prevenzjoni ta’ tfixkil (ara, f’dan ir-rigward, taħt il-punt a), imbagħad l-importanza ta’ miżuri kumpensatorji għaż-żamma ta’ popolazzjoni sodisfaċenti tal-għasafar (ara, f’dan ir-rigward, taħt il-punt c) u, fl-aħħar nett, is-sitwazzjoni partikolari fejn, minħabba miżuri kumpensatorji, tfixkil ma jipprekludix l-istabbiliment mill-ġdid ta’ popolazzjoni sodisfaċenti ta’ speċi (ara, f’dan ir-rigward, taħt il-punt c). |
a) Miżuri ta’ mitigazzjoni jew ta’ prevenzjoni tat-tfixkil
|
34. |
Meta miżuri jipprekludu li proġett ifixkel l-għasafar, il-projbizzjoni ta’ tfixkil prevista fl-Artikolu 5(d) tad-Direttiva dwar l-għasafar ma tapplikax minħabba li ma jkun hemm l-ebda tfixkil. U jekk dawn il-miżuri ma jipprevjenux tfixkil, iżda tal-inqas inaqqsuh, huwa possibbli li t-tfixkil ma jkollux impatt sinjifikattiv fuq l-għan tad-Direttiva dwar l-għasafar. L-eżami tal-kwistjoni dwar jekk il-projbizzjoni ta’ tfixkil tipprekludix proġett għandu għalhekk jinkludi tali miżuri ( 12 ). |
|
35. |
It-teħid inkunsiderazzjoni ta’ miżuri intiżi sabiex jipprevjenu jew inaqqsu d-danni fil-kuntest tal-evalwazzjoni formali diġà msemmija taħt l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats huwa fl-istess sens. L-għan ta’ din l-evalwazzjoni huwa li jintwera jekk proġett jaffettwax ħażin l-integrità ta’ sit protett. Jekk il-proġett jinvolvi miżuri ta’ protezzjoni intiżi sabiex jevitaw jew inaqqsu l-effetti negattivi tiegħu fuq is-sit protett ikkonċernat, dawn il-miżuri għandhom naturalment jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni ( 13 ). |
|
36. |
Huwa ċertament possibbli li jiġu previsti miżuri li jippermettu li jiġi evitat jew jitnaqqas it-tfixkil fil-kawża prinċipali, iżda, skont l-informazzjoni disponibbli, dawn għandhom biss rwol limitat. F’dan ir-rigward, huma proposti biss limiti fuq il-ħin ta’ kostruzzjoni sabiex jiġi evitat li l-għasafar jiġu mfixkla mill-attivitajiet ta’ kostruzzjoni matul perijodi partikolarment sensittivi. |
|
37. |
Wieħed jista’ jżomm f’moħħu wkoll, pereżempju, il-ħitan protettivi li jtaffu l-istorbju ġġenerat mill-użu tat-triq jew minn tfixkil ottiku, kif ukoll ir-riskju ta’ kolliżjoni bejn l-għasafar u l-vetturi. Restrizzjonijiet fuq l-użu huma wkoll possibbli, pereżempju, projbizzjoni tas-sewqan jew, tal-inqas, limitu ta’ veloċità matul il-perijodu tat-tgħammir u tkabbir skont l-Artikolu 5(d) tad-Direttiva dwar l-għasafar. Madankollu, it-talba għal deċiżjoni preliminari ma tinkludi ebda informazzjoni dwar tali miżuri addizzjonali intiżi sabiex jipprevjenu jew inaqqsu t-tfixkil. |
b) Miżuri kumpensatorji
|
38. |
B’kuntrast ma’ dan, miżuri li jtejbu l-habitat tal-ispeċi kkonċernati f’postijiet oħra ma humiex miżuri intiżi sabiex jipprevjenu jew inaqqsu t-tfixkil ( 14 ). Evidentement, tali miżuri la jistgħu jipprevjenu t-tfixkil ta’ ċerti għasafar u lanqas inaqqsu l-effett tiegħu għal dawn l-għasafar, kif tirrikonoxxi wkoll il-qorti tar-rinviju. |
|
39. |
Għall-kuntrarju, tali miżuri jikkostitwixxu tentattiv sabiex jiġu kkumpensati l-effetti tat-tfixkil. Huwa aċċettat li l-ħoss irendi inqas attraenti parti mill-habitat tal-ispeċi kkonċernati, jew saħansitra jgerrixhom kompletament minn dawn is-siti. Għall-kuntrarju, żoni oħra huma mtejba, b’tali mod li, idealment, jiżdied b’kollox tal-inqas l-istess ammont ta’ habitat adattat bl-istess mod, li mbagħad jintuża mill-ispeċi affettwati, anki jekk dan jista’ ma jkunx il-każ għall-kampjuni kkonċernati. |
|
40. |
Peress li l-miżuri kumpensatorji ma jaffettwawx it-tfixkil, huma jistgħu jimpedixxu l-applikazzjoni tal-projbizzjoni ta’ tfixkil biss jekk, minħabba dawn il-miżuri, it-tfixkil ma jkollux effetti sinjifikattivi fuq l-għan tad-Direttiva dwar l-għasafar fis-sens tal-Artikolu 5(d) tagħha. |
|
41. |
Skont il-premessi 3, 5, 7 u 8 kif ukoll l-Artikolu 2 moqri flimkien mal-premessa 10 tad-Direttiva dwar l-għasafar, dan l-għan huwa li l-popolazzjonijiet tal-ispeċi kollha ta’ għasafar Ewropej jinżammu jew jinġiebu f’livell sodisfaċenti ( 15 ). |
|
42. |
Skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva dwar l-għasafar, dan il-livell għandu jissodisfa b’mod partikolari r-rekwiżiti ekoloġiċi, xjentifiċi u kulturali, fid-dawl tal-ħtiġijiet ekonomiċi u rikreazzjonali. Madankollu, l-Istati Membri ma jistgħux jibbilanċjaw liberament dawn il-fatturi sabiex jiddeterminaw il-livell sodisfaċenti ta’ popolazzjoni. L-għan prinċipali tad-Direttiva huwa, skont l-Artikolu 1 tagħha, li jiġu ppreżervati l-ispeċi kollha ta’ għasafar selvaġġi li jinsabu fit-territorju Ewropew tal-Istati Membri. Konsegwentement, bħal fil-każ tal-istat ta’ konservazzjoni tal-ispeċi, li huwa kunċett essenzjali tad-Direttiva dwar il-habitats ( 16 ), tqum il-kwistjoni ta’ jekk l-ispeċi tikkostitwixxix fuq perijodu twil element vijabbli tal-habitat naturali li tappartjeni għalih. F’dan ir-rigward, ir-rekwiżiti ekoloġiċi u xjentifiċi ta’ kull speċi huma determinanti. B’mod partikolari, għandu jkun hemm habitat kbir biżżejjed fit-tul u l-medda ta’ distribuzzjoni għandha mill-inqas tibqa’ stabbli. B’kuntrast ma’ dan, ir-rekwiżiti kulturali, ekonomiċi u rikreazzjonali jistgħu japplikaw biss wara u sa fejn tiġi żgurata l-konservazzjoni fit-tul tal-ispeċi. |
|
43. |
Peress li hija marbuta ma’ dan l-għan, il-projbizzjoni tipprekludi għalhekk tfixkil li jnaqqas il-popolazzjoni ta’ speċi ta’ għasafar sa tali punt li ma tkunx iktar sodisfaċenti jew li jkompli jnaqqas popolazzjoni diġà f’livell mhux sodisfaċenti. |
|
44. |
Meta tali tfixkil ikun prevedibbli, l-Artikolu 5(d) tad-Direttiva dwar l-għasafar ma jipprevedix it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ miżuri kumpensatorji ( 17 ). Anki jekk il-miżura kumpensatorja żżid il-popolazzjoni tal-ispeċi, it-tfixkil jibqa’ jnaqqasha. Ma hemm xejn f’din id-dispożizzjoni li jindika li ż-żewġ effetti jistgħu jikkumpensaw lil xulxin. |
|
45. |
Barra minn hekk, l-effettività tal-miżuri kumpensatorji għall-protezzjoni tal-ispeċi hija affettwata minn inċertezza kbira. It-tieni domanda preliminari hija eżempju ta’ dan. Minħabba tali dubji dwar l-effettività tal-miżuri kumpensatorji, il-Qorti tal-Ġustizzja regolarment tirrifjuta li teħodhom inkunsiderazzjoni waqt l-evalwazzjoni tal-ħsara lis-siti protetti ( 18 ). |
|
46. |
Għall-kuntrarju, argument ieħor, li għandu rwol fid-diskussjoni tal-miżuri kumpensatorji fil-qasam tal-protezzjoni tas-siti, ma jistax, prima facie, jiġi traspost għall-projbizzjoni ta’ tfixkil. |
|
47. |
Fir-rigward tal-protezzjoni tas-siti, il-miżuri kumpensatorji huma rregolati bħala kundizzjoni għad-derogi mill-protezzjoni tas-siti skont l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar il-habitats fil-forma ta’ miżuri intiżi sabiex jiżguraw il-koerenza tan-network tas-siti protetti (Natura 2000). Madankollu, il-leġiżlatur ikkumbinaha ma’ rekwiżiti oħra, b’mod partikolari ma’ eżami tal-alternattivi u mal-identifikazzjoni ta’ raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku superjuri. Dawn ir-rekwiżiti l-oħra jiġu evitati jekk jittieħdu inkunsiderazzjoni miżuri kumpensatorji fil-kuntest tal-Artikolu 6(3) ( 19 ). |
|
48. |
B’kuntrast ma’ dan, skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva dwar l-għasafar, id-derogi mill-projbizzjoni ta’ tfixkil ma humiex suġġetti għall-adozzjoni ta’ miżuri kumpensatorji. Għalhekk ma hemmx lok li wieħed jibża’ li d-deroga tiġi evitata. |
|
49. |
Madankollu, fuq eżami iktar mill-qrib, it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ miżuri kumpensatorji fil-kuntest tal-projbizzjoni tat-tfixkil jista’ jwassal għal ċirkomvenzjoni saħansitra iktar qawwija. |
|
50. |
Fil-fatt, skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva dwar l-għasafar, indipendentement minn kull tfixkil, l-Istati Membri ma humiex biss obbligati jżommu diversità u superfiċji sodisfaċenti ta’ habitats tal-għasafar kollha. Pjuttost, huma għandhom ukoll jistabbilixxu mill-ġdid jew joħolqu mill-ġdid tali habitats jekk ma jkunux sodisfaċenti ( 20 ). Ċertament, ir-Regolament dwar ir-restawr ( 21 ) jikkonkretizza dawn l-obbligi u jagħti termini ġenerużi għall-miżuri meħtieġa mir-Regolament. Madankollu, dan ma jbiddilx l-obbligu fundamentali tal-Artikolu 3 tad-Direttiva dwar l-għasafar li ilu jeżisti għal iktar minn erbgħin sena u, fil-każ tal-Awstrija, wara l-adeżjoni ( 22 ). |
|
51. |
Fil-każ li l-popolazzjoni sodisfaċenti tal-ispeċi kkonċernata tkun tiddependi effettivament mill-habitats tagħha, u huwa biss f’dan il-każ li l-miżuri għat-titjib tal-habitats jista’ jkollhom effett pożittiv fuq popolazzjoni mhux sodisfaċenti, l-Istati Membri jkollhom għalhekk, skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva dwar l-għasafar, fi kwalunkwe każ, jistabbilixxu mill-ġdid jew joħolqu mill-ġdid il-habitats neċessarji tal-ispeċi. |
|
52. |
Għalhekk, l-Istati Membri ma jistgħux jippermettu deterjorament ulterjuri ta’ popolazzjoni insuffiċjenti għas-sempliċi raġuni li d-deterjorament huwa assoċjat ma’ miżuri ta’ titjib li, minkejja dan, ma jkunux biżżejjed biex tintlaħaq popolazzjoni sodisfaċenti. |
|
53. |
Għall-kuntrarju, fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta’ tfixkil, l-effett tal-miżuri kumpensatorji jista’, bħala prinċipju, jittieħed inkunsiderazzjoni biss jekk jiżguraw livell sodisfaċenti ta’ popolazzjoni tal-ispeċi kkonċernata, minkejja t-tfixkil. Il-kwistjoni dwar jekk din il-konklużjoni hijiex ibbażata fuq miżuri kumpensatorji jew fuq miżuri skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva dwar l-għasafar hija għalhekk irrilevanti. |
c) Potenzjal ta’ stabbiliment mill-ġdid
|
54. |
Madankollu, din il-konklużjoni għandha tiġi kkwalifikata, bħal fil-każ ta’ projbizzjonijiet simili ta’ protezzjoni tal-ispeċi previsti mid-Direttiva dwar il-habitats, fis-sens li tfixkil jista’ jiġi awtorizzat b’mod eċċezzjonali anki f’każ ta’ popolazzjoni mhux sodisfaċenti jekk dan ma jostakolax l-istabbiliment mill-ġdid ta’ popolazzjoni sodisfaċenti. |
|
55. |
Fir-rigward tal-protezzjoni tal-ispeċi skont id-Direttiva dwar il-habitats, iż-żamma, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, tal-popolazzjonijiet tal-ispeċi kkonċernati fil-medda ta’ distribuzzjoni naturali tagħhom hija kundizzjoni għall-awtorizzazzjoni tad-derogi, previsti fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva dwar il-habitats, mill-projbizzjonijiet previsti fl-Artikolu 12 tagħha ( 23 ). Din il-kundizzjoni għandha tinftiehem bl-istess mod bħar-rekwiżit eżaminat fil-kawża ineżami li tiġi żgurata popolazzjoni sodisfaċenti tal-ispeċi ta’ għasafar imfixkla. |
|
56. |
Minn dan jista’ jiġi dedott li derogi skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva dwar il-habitats huma permessi biss fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli. Madankollu, anki fil-każ ta’ stat ta’ konservazzjoni sfavorevoli, il-Qorti tal-Ġustizzja taċċetta derogi b’mod eċċezzjonali meta dawn ma jostakolawx l-istabbiliment mill-ġdid ta’ stat ta’ konservazzjoni favorevoli ( 24 ). |
|
57. |
Din il-konstatazzjoni kienet tikkonċerna sitwazzjoni fejn il-popolazzjoni tal-ispeċi kkonċernata, għalkemm żgħira wisq sabiex titqies bħala li tinsab fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, kienet żdiedet ħafna matul is-snin preċedenti ( 25 ). Konsegwentement, it-tbassir li l-istat ta’ konservazzjoni sfavorevoli tal-ispeċi jkompli jitjieb minkejja l-qtil ta’ kampjuni individwali, li jippermetti li jiġi stabbilit mill-ġdid stat ta’ konservazzjoni favorevoli, kien jidher plawżibbli. Fil-każ ta’ tbassir daqstant favorevoli, għall-għan tad-Direttiva dwar il-habitats li jinħoloq stat ta’ konservazzjoni favorevoli ma huwiex neċessarju li Stat Membru jkollu jistenna, minkejja interessi altrimenti superjuri, li jkun hemm ħsara sakemm jintlaħaq stat ta’ konservazzjoni favorevoli. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat li deroga tista’ tkun newtrali għall-ispeċi kkonċernata, minkejja li twassal għat-telf ta’ kampjuni individwali. |
|
58. |
Madankollu, għalkemm il-possibbiltà ta’ stabbiliment mill-ġdid ta’ stat ta’ konservazzjoni favorevoli fil-każ ta’ deroga mill-projbizzjoni tal-qtil skont l-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva dwar il-habitats hija suffiċjenti, jeħtieġ qabelxejn li tissodisfa l-għanijiet tad-Direttiva dwar l-għasafar f’dak li jirrigwarda l-projbizzjoni ta’ tfixkil tal-għasafar prevista fl-Artikolu 5(d) tad-Direttiva dwar l-għasafar jekk tfixkil ma jostakolax l-istabbiliment mill-ġdid ta’ livell sodisfaċenti. |
|
59. |
Fil-fatt, it-tfixkil għandu effetti negattivi ferm iżgħar mill-qtil. Fl-istess ħin, it-tfixkil huwa, min-natura tiegħu, ħafna iktar frekwenti mill-qtil. Barra minn hekk, il-projbizzjonijiet tad-Direttiva dwar l-għasafar japplikaw għall-għasafar kollha u għalhekk għandhom kamp ta’ applikazzjoni ferm usa’ mill-projbizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-habitats li japplikaw għal ftit speċi rari. Il-projbizzjoni ta’ tfixkil prevista fl-Artikolu 5(d) tad-Direttiva dwar l-għasafar tista’ għalhekk tirrestrinġi l-attivitajiet tal-bniedem iktar mill-projbizzjoni tal-qtil prevista fl-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva dwar il-habitats. |
|
60. |
Meta tiġi kkunsidrata l-projbizzjoni tat-tfixkil, il-miżuri kumpensatorji għat-titjib tal-habitat tal-ispeċi kkonċernati f’postijiet oħra jistgħu għalhekk jappoġġaw it-tbassir li t-tfixkil mhux ser ifixkel iż-żamma jew, minn tal-inqas, l-istabbiliment mill-ġdid ta’ livell sodisfaċenti. Madankollu, peress li dan huwa tbassir, kemm il-miżuri kumpensatorji diġà implimentati kif ukoll dawk li għad ikollhom jiġu implimentati jistgħu jitqiesu f’dan il-kuntest. Għalkemm il-miżuri kumpensatorji ma jistgħux, minħabba n-natura tagħhom stess, jiġi implimentati direttament fil-post fejn ikun hemm it-tfixkil, peress li dan jippreġudika l-kwalità tal-habitat eżistenti f’dan il-post, huma għandhom madankollu jiġi implimentati f’post ġeografikament qrib il-post fejn ikun hemm it-tfixkil għaliex, jekk ma jkunx hekk, ikun hemm ir-riskju li l-istatus tal-ispeċi kkonċernata ma jkunx jista’ jinżamm jew jiġi stabbilit mill-ġdid, minn tal-inqas fil-post ikkonċernat. |
3. Ir-risposta għall-ewwel domanda
|
61. |
Konsegwentement, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li tfixkil tal-għasafar li jwassal għal tnaqqis fil-popolazzjoni tal-ispeċi ta’ għasafar imfixkla jkun kompatibbli mal-Artikolu 5(d) tad-Direttiva dwar l-għasafar biss jekk, minkejja t-tfixkil, din il-popolazzjoni tibqa’ f’livell sodisfaċenti jew jekk ikun jista’ jiġi preżunt li t-tfixkil ma huwiex ser jostakola l-istabbiliment mill-ġdid ta’ livell sodisfaċenti. Fl-evalwazzjoni ta’ din il-kwistjoni, l-Istati Membri jistgħu jieħdu inkunsiderazzjoni l-impatt tal-miżuri li għandhom l-għan li jtejbu l-habitat tal-ispeċi f’post ieħor. |
B. It-tieni domanda – Evalwazzjoni tal-effettività tal-miżuri kumpensatorji
|
62. |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk l-effettività tal-miżuri ta’ titjib tal-habitat tal-ispeċi affettwati f’postijiet oħra għandhiex tiġi eskluża minn kull dubju xjentifiku fis-sens li l-evalwazzjoni teknika debitament motivata ta’ espert maħtur minn qorti hijiex biżżejjed għal dan l-għan jew jekk, għall-kuntrarju, għandux ikun hemm dokumentazzjoni xjentifika oġġettiva ta’ esperjenza prattika b’suċċess ta’ dawn il-miżuri. |
|
63. |
Dokumentazzjoni xjentifika oġġettiva teħtieġ, jekk tiġi eżaminata iktar mill-qrib, żewġ studji kbar. Minn naħa, għandhom jiġu identifikati l-effetti negattivi tat-tfixkil fuq il-popolazzjoni tal-ispeċi kkonċernati. Min-naħa l-oħra, huwa neċessarju li jiġu ddeterminati l-effetti pożittivi tal-miżuri kumpensatorji fuq din il-popolazzjoni. Dawn iż-żewġ studji jeħtieġu, preċiżament fil-habitats forestali, paragun fit-tul tas-sitwazzjoni preċedenti u sussegwenti għal kull miżura. B’mod partikolari, l-effett tal-konservazzjoni tal-injam qadim u mejjet jiddependi naturalment fuq il-mogħdija taż-żmien. L-effett ta’ tfixkil tal-proġett ser jinbidel ukoll maż-żmien. Barra minn hekk, l-iżvilupp taż-żewġ suġġetti ta’ eżami għandu jkun iżolat minn fatturi oħra, bħalma huma l-kundizzjonijiet tat-temp, id-disponibbiltà tal-ikel jew il-mard. |
|
64. |
Anki jekk jitqies li tali studji jeżistu għal sitwazzjonijiet simili, kif jenfasizzaw il-Gvern tal-Land ta’ Niederösterreich, il-belt ta’ Sankt Pölten u l-ASFINAG, xorta jibqa’ d-dubju dwar jekk ir-riżultati tagħhom jistgħux effettivament jiġu ttrasferiti. |
|
65. |
Għalhekk ma huwiex sorprendenti li l-espert ma seta’ jsib ebda studju konklużiv dwar l-effettività tal-miżuri kumpensatorji kontenzjużi. Hemm biss studji li għandhom ċertu valur indikattiv ( 26 ). |
|
66. |
Għalhekk, huwa xieraq li jiġi ċċarat iktar ’il quddiem kif l-effettività tal-miżuri kumpensatorji għandha tiġi evalwata. F’dan ir-rigward, għandha qabelxejn tiġi eżaminata l-premessa tal-qorti tar-rinviju li kwalunkwe dubju xjentifiku dwar l-effettività tal-miżuri kumpensatorji għandu jitwarrab (ara, f’dan ir-rigward, taħt il-punt 1), u sussegwentement għandhom jiġu eżaminati l-kriterji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni għall-evalwazzjoni ta’ kwistjonijiet xjentifiċi kumplessi (ara, f’dan ir-rigward, taħt il-punt 2). |
1. L-esklużjoni ta’ dubji xjentifiċi?
|
67. |
Il-qorti tar-rinviju tiddeduċi, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li għandu jiġi eskluż kull dubju xjentifiku raġonevoli jew kull dubju raġonevoli mill-aspett xjentifiku dwar l-effettività tal-miżuri kumpensatorji. |
|
68. |
Huwa minnu li la l-Artikolu 5(d), la dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva dwar l-għasafar u lanqas il-ġurisprudenza ma jindikaw espressament l-applikabbiltà ta’ dan il-kriterju għall-projbizzjoni ta’ tfixkil. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta diversi dispożizzjonijiet oħra billi tibbaża ruħha fuq qari partikolarment strett tal-prinċipju ta’ prekawzjoni stabbilit fl-Artikolu 191(2) TFUE fir-rigward ta’ dan il-kriterju ( 27 ). Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat f’iktar dettall jekk dan il-kriterju restrittiv japplikax ukoll għall-evalwazzjoni ta’ miżuri kumpensatorji fil-kuntest tal-projbizzjoni ta’ tfixkil. |
|
69. |
Madankollu, ser nuri li la l-ġurisprudenza dwar id-deroga prevista fl-Artikolu 16 tad-Direttiva dwar il-habitats (ara, f’dan ir-rigward, taħt il-punt a) u lanqas dik dwar l-awtorizzazzjoni ta’ proġetti skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 6(3) ta’ din id-direttiva (ara, f’dan ir-rigward, taħt il-punt b) jew il-ġurisprudenza dwar l-Artikolu 14 ta’ din id-direttiva (ara, f’dan ir-rigward, taħt il-punt c) ma jistgħu jiġu trasposti għall-Artikolu 5(d) tad-Direttiva dwar l-għasafar. |
a) Il-ġurisprudenza dwar l-Artikolu 16 tad-Direttiva dwar il-habitats
|
70. |
Qabelxejn, wieħed jista’ jqis it-traspożizzjoni tal-ġurisprudenza dwar l-Artikolu 16 tad-Direttiva dwar il-habitats. Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi ż-żamma jew l-istabbiliment mill-ġdid tal-ispeċi kkonċernata fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli bħala kundizzjoni meħtieġa għal deroga mill-projbizzjonijiet fil-qasam tar-regoli tal-protezzjoni tal-ispeċi stabbiliti fl-Artikolu 12 ta’ din id-direttiva ( 28 ). L-Istat Membru għandu jirrinunzja għal tali deroga jekk l-eżami tal-aħjar data xjentifika disponibbli jħalli inċertezza fuq il-kwistjoni dwar jekk tali deroga hijiex ser tkun ta’ ħsara jew le għaż-żamma jew għall-istabbiliment mill-ġdid tal-popolazzjonijiet ta’ speċi f’perikolu ta’ estinzjoni fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli ( 29 ). |
|
71. |
Madankollu, dan japplika wkoll għall-applikazzjoni tal-projbizzjoni ta’ tfixkil prevista fl-Artikolu 5(d) tad-Direttiva dwar l-għasafar? Il-projbizzjoni tipprekludi proġett meta, wara l-eżami tal-aħjar data xjentifika disponibbli, minkejja l-miżuri kumpensatorji, ikun għad hemm inċertezza dwar jekk livell sodisfaċenti tal-ispeċi ta’ għasafar affettwati jistax jinżamm jew jiġi stabbilit mill-ġdid? |
|
72. |
Il-kundizzjoni dwar iż-żamma jew l-istabbiliment mill-ġdid ta’ stat ta’ konservazzjoni favorevoli fl-applikazzjoni tal-Artikolu 16 tad-Direttiva dwar il-habitats għandha funzjoni analoga għal dik tal-Artikolu 5(d) tad-Direttiva dwar l-għasafar, li jipprovdi li l-popolazzjoni tal-għasafar affettwati għandha, minkejja t-tfixkil, tibqa’ f’livell sodisfaċenti, jew għandu jiġi preżunt li t-tfixkil ma jostakolax l-istabbiliment mill-ġdid ta’ livell sodisfaċenti fil-futur. Sakemm din il-kundizzjoni tiġi ssodisfatta, jekk ikun il-każ minħabba miżuri kumpensatorji, il-projbizzjoni ta’ tfixkil ma tapplikax skont l-argument li qiegħed jiġi difiż fil-kawża ineżami. |
|
73. |
Madankollu, l-Artikolu 16 tad-Direttiva dwar il-habitats jikkostitwixxi deroga mill-projbizzjonijiet previsti fl-Artikolu 12 u għandu għalhekk jiġi interpretat b’mod restrittiv ( 30 ). Il-Qorti tal-Ġustizzja teżiġi dan b’mod ġenerali fir-rigward tad-derogi peress li, fil-każ kuntrarju, ikun hemm ir-riskju li jiddgħajfu r-regoli li għalihom huma permessi derogi ( 31 ). Din l-idea tirrifletti l-kriterju ta’ kontroll restrittiv li jeħtieġ li tiġi eskluża kull inċertezza qabel ma tapplika d-deroga. |
|
74. |
Għall-kuntrarju, ħsara lill-popolazzjoni tal-ispeċi ta’ għasafar ikkonċernati jew lill-potenzjal tal-istabbiliment mill-ġdid tagħhom hija kundizzjoni għall-applikazzjoni tal-projbizzjoni ta’ tfixkil prevista fl-Artikolu 5(d) tad-Direttiva dwar l-għasafar. Għaldaqstant, il-ġurisprudenza dwar l-Artikolu 16 ma tistax tiġi trasposta direttament. |
b) Il-ġurisprudenza dwar it-tieni sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats
|
75. |
Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tinterpretax derogi abbażi biss ta’ interpretazzjoni stretta tal-prinċipju ta’ prekawzjoni. Għall-kuntrarju, dan il-qari joriġina mill-interpretazzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats, li għaliha tirreferi wkoll il-qorti tar-rinviju. Għaldaqstant, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jaqblu mal-pjan jew proġett biss jekk ikunu aċċertaw ruħhom li s-sit tan-Natura 2000 ikkonċernat ma huwiex ser jiġi affettwat ħażin bħala tali. |
|
76. |
Fir-rigward ta’ din id-dispożizzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-pjanijiet u l-proġetti li jistgħu jaffettwaw sit protett jistgħu jiġu awtorizzati biss jekk ma jkun għad hemm ebda dubju raġonevoli mill-aspett xjentifiku dwar l-assenza ta’ effetti negattivi fuq l-integrità ta’ dan is-sit ( 32 ). |
|
77. |
Madankollu, kuntrarjament għat-tieni sentenza tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats, il-projbizzjoni ta’ tfixkil prevista fl-Artikolu 5(d) tad-Direttiva dwar l-għasafar ma hijiex ifformulata b’tali mod li għandhom jiġu esklużi effetti sinjifikattivi fuq l-għanijiet tad-Direttiva sabiex jiġi awtorizzat it-tfixkil. Għall-kuntrarju, konstatazzjoni pożittiva ta’ tali effetti hija neċessarja sabiex tiġi applikata l-projbizzjoni tat-tfixkil ( 33 ). Għaldaqstant, il-ġurisprudenza dwar it-tieni sentenza tal-Artikolu 6(3) lanqas ma tista’ tiġi trasposta direttament. |
c) Il-ġurisprudenza dwar l-Artikolu 14 tad-Direttiva dwar il-habitats
|
78. |
Il-ġurisprudenza dwar l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva dwar il-habitats hija saħansitra l-eqreb għall-Artikolu 5(d) tad-Direttiva dwar l-għasafar. Skont l-Artikolu 14(1), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li t-teħid ta’ kampjuni ta’ ċerti speċi ta’ fawna u flora selvaġġi li huma ta’ interess għall-Komunità mis-selvaġġ u l-isfruttament tagħhom ikunu kompatibbli maż-żamma tagħhom fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli. |
|
79. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat din id-dispożizzjoni fis-sens li l-Istat Membru kkonċernat għandu jastjeni milli jawtorizza l-qbid jew l-isfruttament ta’ speċi jekk il-verifika tal-aħjar data disponibbli tħalli inċertezza dwar il-kompatibbiltà ta’ dan l-isfruttament maż-żamma tal-ispeċi fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli ( 34 ). |
|
80. |
L-Artikolu 14(1) tad-Direttiva dwar il-habitats u l-Artikolu 5(d) tad-Direttiva dwar l-għasafar huma fformulati f’termini simili, peress li ż-żewġ dispożizzjonijiet jeżiġu li jiġi kkonstatat b’mod pożittiv jekk it-teħid jew l-isfruttament, minn naħa, jew it-tfixkil, min-naħa l-oħra, humiex kompatibbli ma’ stat ta’ konservazzjoni favorevoli jew ma’ popolazzjoni sodisfaċenti tal-ispeċi kkonċernata. |
|
81. |
Madankollu, l-ispeċi protetti f’kull każ ivarjaw b’mod sinjifikattiv. L-Artikolu 14(1) tad-Direttiva dwar il-habitats jipproteġi l-ispeċi ta’ interess Komunitarju li huma partikolarment vulnerabbli fis-sens tal-Artikolu 1(g) ta’ din id-direttiva. Għall-kuntrarju, il-projbizzjoni ta’ tfixkil prevista fl-Artikolu 5(d) tad-Direttiva dwar l-għasafar tapplika għall-għasafar kollha, indipendentement mill-perikolu għalihom u mill-bżonn ta’ protezzjoni tagħhom. |
|
82. |
Barra minn hekk, il-projbizzjoni ta’ tfixkil tal-għasafar sempliċement aċċettat ( 35 ) hija, min-natura tagħha, nettament iktar estiża mir-restrizzjonijiet fuq il-qbid jew fuq l-isfruttament ta’ speċi partikolarment vulnerabbli. It-tfixkil tal-għasafar huwa ta’ spiss aċċettat, filwaqt li l-qbid jew l-isfruttament ta’ speċi vulnerabbli u għalhekk normalment rari huwa ferm inqas aċċettat u jirriżulta minn għażla intenzjonali. |
|
83. |
Dawn id-differenzi jiġġustifikaw li jingħata kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ lill-Artikolu 14 tad-Direttiva dwar il-habitats, iżda mhux lill-Artikolu 5(d) tad-Direttiva dwar l-għasafar. |
d) Konklużjoni intermedja
|
84. |
Minn dan niddeduċi li, sabiex tapplika l-projbizzjoni ta’ tfixkil prevista fl-Artikolu 5(d) tad-Direttiva dwar l-għasafar, ma huwiex biżżejjed li l-eżami tal-aħjar data xjentifika disponibbli jħalli inċertezza jew dubju raġonevoli dwar il-possibbiltà li jinżamm jew jiġi stabbilit mill-ġdid livell sodisfaċenti tal-ispeċi ta’ għasafar ikkonċernati. Għall-kuntrarju, għandu jiġi kkonstatat b’mod pożittiv li t-tfixkil jaffettwa l-livell sodisfaċenti tal-ispeċi ta’ għasafar ikkonċernati jew jostakola l-istabbiliment mill-ġdid tiegħu qabel ma l-projbizzjoni ssir applikabbli. |
2. Kriterji tad-dritt tal-Unjoni sabiex isiru evalwazzjonijiet xjentifiċi kumplessi
|
85. |
Għaldaqstant, l-evalwazzjonijiet xjentifiċi kumplessi meħtieġa għall-applikazzjoni tal-projbizzjoni ta’ tfixkil prevista fl-Artikolu 5(d) tad-Direttiva dwar l-għasafar għandhom isiru abbażi tal-kriterji normali. |
|
86. |
F’dan ir-rigward, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-eżami tal-projbizzjoni ta’ tfixkil, għandu qabelxejn jissemma l-prinċipju ta’ awtonomija proċedurali tal-Istati Membri, kif issostni l-belt ta’ Sankt Pölten. Peress li dan il-prinċipju huwa applikabbli wkoll għal kwistjonijiet ta’ produzzjoni ta’ prova ( 36 ), huwa japplika għall-evalwazzjoni tal-effettività tal-miżuri kumpensatorji. Il-mod li bih għandha tiġi eżaminata din l-effettività għandu għalhekk, bħala prinċipju, jiġi rregolat mill-Istati Membri. |
|
87. |
Madankollu, il-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri għandhom jissodisfaw il-kundizzjoni doppja li ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw sitwazzjonijiet simili suġġetti għad-dritt intern (prinċipju ta’ ekwivalenza) u li ma jirrendux impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mid-dritt tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività) ( 37 ). |
|
88. |
Il-prinċipju ta’ effettività jimplika qabel kollox, fir-rigward tal-projbizzjoni ta’ tfixkil, li l-prova ta’ effetti sinjifikattivi fuq l-għanijiet tad-Direttiva dwar l-għasafar ma għandhiex issir eċċessivament diffiċli. |
|
89. |
Fir-rigward tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, diversi partijiet jenfasizzaw li l-opinjonijiet xjentifikament fondati ta’ esperti maħtura mill-qorti jintużaw regolarment mill-qrati Awstrijaċi. |
|
90. |
Barra minn hekk, għandhom jiġu osservati prinċipji oħra tad-dritt tal-Unjoni, bħalma huma l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u l-prinċipju ta’ prekawzjoni diġà msemmi. |
|
91. |
L-Istati Membri għandhom josservaw il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba meta japplikaw id-dritt tal-Unjoni mhux biss skont l-Artikolu 41 tal-Karta ( 38 ), iżda wkoll bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ( 39 ). Dan il-prinċipju jeżiġi, inter alia, li awtorità amministrattiva twettaq eżami diliġenti u imparzjali tal-aspetti rilevanti kollha, sabiex ikollha, waqt l-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha, l-iktar elementi kompleti u affidabbli possibbli ( 40 ). |
|
92. |
Barra minn hekk, miżuri bbażati fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni, jiġifieri, b’mod partikolari, l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent, jeħtieġu ġeneralment evalwazzjoni globali tar-riskji rilevanti bbażata fuq l-għarfien xjentifiku disponibbli l-iktar affidabbli u fuq ir-riżultati l-iktar reċenti tar-riċerka internazzjonali ( 41 ). Il-Qorti tal-Ġustizzja ġustament teżiġi dan ukoll b’mod regolari fil-qasam tal-protezzjoni tan-natura ( 42 ), u b’mod partikolari sabiex tiġi prodotta l-prova tal-kundizzjonijiet ta’ deroga mis-sistema ta’ protezzjoni prevista mid-Direttiva dwar l-għasafar ( 43 ), mingħajr madankollu ma tinvoka espressament dawn il-prinċipji. |
|
93. |
Finalment, dawn il-konstatazzjonijiet għandhom ikunu wkoll debitament immotivati. Dan jirriżulta wkoll mid-dritt għal amministrazzjoni tajba ( 44 ) u huwa stabbilit ukoll fl-Artikolu 6(9) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus ( 45 ) fir-rigward ta’ deċiżjonijiet ambjentali li, skont l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, jeħtieġu parteċipazzjoni pubblika. Madankollu, l-istħarriġ ġudizzjarju effettiv tad-deċiżjonijiet u l-protezzjoni ġudizzjarja effettiva jippreżupponu wkoll li l-qorti adita u l-partijiet li qegħdin ifittxu protezzjoni legali jkollhom aċċess għall-motivi tad-deċiżjoni kkontestata, jew permezz tad-deċiżjoni, jew tal-inqas fuq talba ( 46 ). |
|
94. |
Konsegwentement, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li, fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja, l-evalwazzjonijiet kumplessi neċessarji għall-applikazzjoni tal-projbizzjoni ta’ tfixkil prevista fl-Artikolu 5(d) tad-Direttiva dwar l-għasafar jistgħu jkunu bbażati fuq opinjonijiet motivati ta’ esperti, li min-naħa tagħhom għandhom ikunu bbażati fuq l-iktar data xjentifika disponibbli affidabbli u fuq l-iktar riżultati reċenti tar-riċerka internazzjonali |
V. Konklużjoni
|
95. |
Għaldaqstant, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għat-talba għal deċiżjoni preliminari kif ġej:
|
( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.
( 2 ) Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU 2010, L 20, p. 7).
( 3 ) Sentenza tal‑1 ta’ Awwissu 2025, Voore Mets u Lemeks Põlva (C‑784/23, EU:C:2025:609, punt 49).
( 4 ) Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal‑21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2013/17/UE tat‑13 ta’ Mejju 2013 (ĠU 2013, L 158, p. 193).
( 5 ) Sentenza tal‑1 ta’ Awwissu 2025, Voore Mets u Lemeks Põlva (C‑784/23, EU:C:2025:609, punt 49).
( 6 ) Il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Voore Mets u Lemeks Põlva (C‑784/23, EU:C:2025:67, punti 39, 40 u 47).
( 7 ) Il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Voore Mets u Lemeks Põlva (C‑784/23, EU:C:2025:67, punti 92 sa 101).
( 8 ) Qabelxejn, l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2577 tat‑22 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi qafas biex jitħaffef il-varar tal-enerġija rinnovabbli (ĠU 2022, L 335, p. 36), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/223 tat‑22 ta’ Diċembru 2023 (ĠU L, 2024/223), sussegwentement l-Artikolu 15c(1), l-Artikolu 15e(2) u (4) kif ukoll l-Artikolu 16a(5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU 2018, L 328, p. 82, rettifiki fil-ĠU 2020, L 311, p. 11, fil-ĠU 2021, L 224, p. 42, u fil-ĠU 2022, L 41, p. 37), kif emendata bid-Direttiva (UE) 2023/2413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑18 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001, ir-Regolament (UE) 2018/1999 u d-Direttiva 98/70/KE fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 (ĠU L, 2023/2413, rettifika fil-ĠU L, 2025/90026).
( 9 ) Sentenza tat‑12 ta’ April 2018, People Over Wind u Sweetman (C‑323/17, EU:C:2018:244).
( 10 ) Sentenza tat‑12 ta’ April 2018, People Over Wind u Sweetman (C‑323/17, EU:C:2018:244, punt 40).
( 11 ) Sentenza tat‑12 ta’ April 2018, People Over Wind u Sweetman (C‑323/17, EU:C:2018:244, punti 37 sa 39).
( 12 ) Dan huwa l-mod kif ninterpreta s-sentenza tas‑17 ta’ April 2018, Il‑Kummissjoni vs Il-Polonja (Foresta ta’ Białowieża) (C‑441/17, EU:C:2018:255, punti 255 u 259).
( 13 ) Sentenzi tal‑15 ta’ Mejju 2014, Briels et (C‑521/12, EU:C:2014:330, punt 28), u tal‑25 ta’ Lulju 2018, Grace u Sweetman (C‑164/17, EU:C:2018:593, punt 51).
( 14 ) Ara, dwar il-protezzjoni tas-sit, is-sentenza tas‑7 ta’ Novembru 2018, Coöperatie Mobilisation for the Environment et (C‑293/17 u C‑294/17, EU:C:2018:882, punt 125). Madankollu, is-sentenza tas‑26 ta’ April 2017, Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja (Moorburg) (C‑142/16, EU:C:2017:301, punt 38), hija ambigwa f’dan ir-rigward.
( 15 ) Sentenza tal‑1 ta’ Awwissu 2025, Voore Mets u Lemeks Põlva (C‑784/23, EU:C:2025:609, punt 51).
( 16 ) Ara l-Artikolu 1(i) tad-Direttiva dwar il-habitats kif ukoll il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Eesti Suurkiskjad (C‑629/23, EU:C:2024:1029, b’mod partikolari l-punti 43 sa 46).
( 17 ) Simili għall-protezzjoni tas-siti skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar il-habitats, is-sentenza tal‑21 ta’ Lulju 2016, Orleans et (C‑387/15 u C‑388/15, EU:C:2016:583, punt 57).
( 18 ) Sentenzi tal‑15 ta’ Mejju 2014, Briels et (C‑521/12, EU:C:2014:330, punt 32); tal‑21 ta’ Lulju 2016, Orleans et (C‑387/15 u C‑388/15, EU:C:2016:583, punt 55); tas‑26 ta’ April 2017, Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja (Moorburg) (C‑142/16, EU:C:2017:301, punti 37 u 38); tal‑25 ta’ Lulju 2018, Grace u Sweetman (C‑164/17, EU:C:2018:593, punti 51 sa 53); kif ukoll tas‑7 ta’ Novembru 2018, Coöperatie Mobilisation for the Environment et (C‑293/17 u C‑294/17, EU:C:2018:882, punt 126).
( 19 ) Sentenzi tal‑15 ta’ Mejju 2014, Briels et (C‑521/12, EU:C:2014:330, punti 33 sa 38), u tal‑21 ta’ Lulju 2016, Orleans et (C‑387/15 u C‑388/15, EU:C:2016:583, punti 60 sa 63).
( 20 ) Ara s-sentenza tat‑13 ta’ Ġunju 2002, Il‑Kummissjoni vs L-Irlanda (Willow grouse) (C‑117/00, EU:C:2002:366, punti 15 sa 21).
( 21 ) Regolament (UE) 2024/1991 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑24 ta’ Ġunju 2024 dwar ir-restawr tan-natura u li jemenda r-Regolament (UE) 2022/869 (ĠU L, 2024/1991, rettifika fil-ĠU L, 2025/90451).
( 22 ) F’dan is-sens, is-sentenza tat‑23 ta’ Marzu 2006, Il‑Kummissjoni vs L-Awstrija (C‑209/04, EU:C:2006:195, punt 43).
( 23 ) Sentenza tal‑10 ta’ Mejju 2007, Il‑Kummissjoni vs L-Awstrija (Traspożizzjoni tad-Direttiva dwar il-habitats fil-Ländern) (C‑508/04, EU:C:2007:274, punt 115).
( 24 ) Sentenzi tal‑14 ta’ Ġunju 2007, Il‑Kummissjoni vs Il-Finlandja (Kaċċa għal-lupu) (C‑342/05, EU:C:2007:341, punt 29) u tal‑10 ta’ Ottubru 2019, Luonnonsuojeluyhdistys Tapiola (C‑674/17, EU:C:2019:851, punt 68).
( 25 ) Ara s-sentenza tal‑14 ta’ Ġunju 2007, Il‑Kummissjoni vs Il-Finlandja (Kaċċa għal-lupu) (C‑342/05, EU:C:2007:341, punt 26), u l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Il‑Finlandja (Kaċċa għal-lupu) (C‑342/05, EU:C:2006:752, punt 44).
( 26 ) Ara, pereżempju, Michalek, K. G., Auer, J. A., Großberger, H., Schmalzer, A., u Winkler, H. (2001), “Die Einflüsse von Lebensraum, Witterung und Waldbewirtschaftung auf die Brutdichte von Bunt-und Mittelspecht (Picoides major und P. medius) im Wienerwald:, Abhandlungen und Berichte aus dem Museum Heineanum, 5, p. 31 sa 58, jew Mollet, P., Zbinden, N., u Schmid, H. (2009), “Steigende Bestandszahlen bei Spechten und anderen Vogelarten dank Zunahme von Totholz? An increase in the population of woodpeckers and other bird species thanks to an increase in the quantities of deadwood?”, Schweizerische Zeitschrift für Forstwesen, 160(11), p. 334 sa 340.
( 27 ) Minbarra s-sentenzi diskussi iktar ’il quddiem dwar id-Direttiva dwar il-habitats, ara wkoll is-sentenza tal‑24 ta’ Ottubru 2019, Prato Nevoso Termo Energy (C‑212/18, EU:C:2019:898, punt 58), kif ukoll dwar id-Direttiva 2010/75/UE tal‑24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU 2010, L 334, p. 17) is-sentenza tad‑9 ta’ Marzu 2023, Sdruzhenie “Za Zemyata - dostap do pravosadie”et (C‑375/21, EU:C:2023:173, punt 53). Ara wkoll f’dan ir-rigward Sobotta, C. (2020), “Recent applications of the precautionary principle in the jurisprudence of the CJEU – a new yardstick in EU environmental decision making?”, ERA Forum, Vol. 21, p. 723.
( 28 ) Ara l-punti 55 sa 57 iktar ’il fuq.
( 29 ) Sentenza tal‑10 ta’ Ottubru 2019, Luonnonsuojeluyhdistys Tapiola (C‑674/17, EU:C:2019:851, punti 66, 68 u 69).
( 30 ) Sentenzi tal‑20 ta’ Ottubru 2005, Il‑Kummissjoni vs Ir-Renju Unit (Traspożizzjoni tad-Direttiva dwar il-habitats) (C‑6/04, EU:C:2005:626, punt 111), u tal‑10 ta’ Ottubru 2019, Luonnonsuojeluyhdistys Tapiola (C‑674/17, EU:C:2019:851, punt 30). Ara wkoll il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża ASCEL (C‑436/22, EU:C:2024:83, punt 66).
( 31 ) Sentenzi tat‑12 ta’ Lulju 1962, Acciaierie Ferriere e Fonderie di Modena vs L‑Awtorità Għolja (16/61, EU:C:1962:29, p. 610 (p. 575 fil-verżjoni Franċiża)); tal‑14 ta’ Diċembru 1962, Il‑Kummissjoni vs Il-Lussemburgu u Il-Belġju (2/62 u 3/62, EU:C:1962:45, p. 884 (p. 830 fil-verżjoni Franċiża)); u tat‑30 ta’ April 2024, Procura della Repubblica presso il Tribunale di Bolzano (C‑178/22, EU:C:2024:371, punt 48).
( 32 ) Sentenzi tas‑7 ta’ Settembru 2004, Waddenvereniging u Vogelbeschermingsvereniging (C‑127/02, EU:C:2004:482, punti 58 u 59); tas‑17 ta’ April 2018, Il‑Kummissjoni vs Il-Polonja (Foresta ta’ Białowieża) (C‑441/17, EU:C:2018:255, punt 117); u tal‑15 ta’ Ġunju 2023, Eco Advocacy (C‑721/21, EU:C:2023:477, punt 38).
( 33 ) Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża ASCEL (C‑436/22, EU:C:2024:83, punt 67) u fil-kawża PAN Europe vs Il‑Kummissjoni (C‑316/24 P, EU:C:2025:422, punti 117 u 128).
( 34 ) Sentenzi tad‑29 ta’ Lulju 2024, ASCEL (C‑436/22, EU:C:2024:656, punt 72), u tat‑12 ta’ Ġunju 2025, Eesti Suurkiskjad (C‑629/23, EU:C:2025:429, punt 42).
( 35 ) Sentenza tal-1 ta’ Awwissu 2025, Voore Mets u Lemeks Põlva (C‑784/23, EU:C:2025:609, punt 49).
( 36 ) Sentenzi tal‑21 ta’ Ġunju 2017, W et (C‑621/15, EU:C:2017:484, punt 25), u tas‑6 ta’ Ottubru 2020, La Quadrature du Net et (C‑511/18, C‑512/18 u C‑520/18, EU:C:2020:791, punti 222 u 223).
( 37 ) Sentenzi tas‑16 ta’ Diċembru 1976, Rewe-Zentralfinanz u Rewe-Zentral (33/76, EU:C:1976:188, punt 5); tal‑15 ta’ April 2008, Impact (C‑268/06, EU:C:2008:223, punti 44 u 46); u tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Deutsche Umwelthilfe (C‑752/18, EU:C:2019:1114, punt 33).
( 38 ) Ara s-sentenzi tas‑17 ta’ Lulju 2014, YS et (C‑141/12 u C‑372/12, EU:C:2014:2081, punt 67), u tas‑17 ta’ Diċembru 2015, WebMindLicenses (C‑419/14, EU:C:2015:832, punt 83).
( 39 ) Sentenzi tat‑8 ta’ Mejju 2014, N. (C‑604/12, EU:C:2014:302, punti 49 u 50); tal‑14 ta’ Mejju 2020, Agrobet CZ (C‑446/18, EU:C:2020:369, punt 43); u tat‑22 ta’ Settembru 2022, Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság et (C‑159/21, EU:C:2022:708, punt 35).
( 40 ) Sentenzi tal‑14 ta’ Mejju 2020, Agrobet CZ (C‑446/18, EU:C:2020:369, punt 44), u tal‑21 ta’ Ottubru 2021, CHEP Equipment Pooling (C‑396/20, EU:C:2021:867, punt 48).
( 41 ) F’dan is-sens, is-sentenzi tat‑28 ta’ Jannar 2010, Il‑Kummissjoni vs Franza (C‑333/08, EU:C:2010:44, punt 92); tal‑1 ta’ Ottubru 2019, Blaise et (C‑616/17, EU:C:2019:800, punt 46, ara wkoll il-punti 93 u 94); u tad‑9 ta’ Novembru 2023, Global Silicones Council et vs Il‑Kummissjoni (C‑558/21 P, EU:C:2023:839, punt 66).
( 42 ) Ara, pereżempju, is-sentenzi tas‑7 ta’ Settembru 2004, Waddenvereniging u Vogelbeschermingsvereniging (C‑127/02, EU:C:2004:482, punt 54), u tat‑12 ta’ Ġunju 2025, Eesti Suurkiskjad (C‑629/23, EU:C:2025:429, punt 42).
( 43 ) Sentenzi tat‑23 ta’ April 2020, Il‑Kummissjoni vs Il-Finlandja (Kaċċa fir-rebbiegħa għall-edredun raġel) (C‑217/19, EU:C:2020:291, punt 70), u tas‑17 ta’ Marzu 2021, One Voice u Ligue pour la protection des oiseaux (C‑900/19, EU:C:2021:211, punt 30).
( 44 ) Sentenzi tat‑8 ta’ Mejju 2019, PI (C‑230/18, EU:C:2019:383, punt 57); tal‑24 ta’ Novembru 2020, Minister van Buitenlandse Zaken (C‑225/19 u C‑226/19, EU:C:2020:951, punt 34); u tal‑24 ta’ Frar 2022, SC Cridar Cons (C‑582/20, EU:C:2022:114, punt 54).
( 45 ) Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali tal‑1998 (ĠU 2005, L 124, p. 4), approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas‑17 ta’ Frar 2005 (ĠU 2006, L 164M, p. 17).
( 46 ) Ara f’dan is-sens is-sentenza tal‑15 ta’ Ottubru 1987, Heylens et (222/86, EU:C:1987:442, punt 15), u tat‑30 ta’ April 2009, Mellor (C‑75/08, EU:C:2009:279, punt 59). Ara wkoll il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Holohan et (C‑461/17, EU:C:2018:649, punt 65)