European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/3338

16.6.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12023 — TPG / CORPAY / AVIDXCHANGE)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/3338)

1.   

Fil-5 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

TPG Inc. (“TPG”, l-Istati Uniti),

—

Corpay, Inc. (“Corpay”, l-Istati Uniti),

—

AvidXchange Holdings Inc. (“AvidXchange”, l-Istati Uniti).

TPG u Corpay se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ AvidXchange kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

TPG, li għandha l-kwartieri ġenerali fl-Istati Uniti, hija kumpanija globali alternattiva għall-immaniġġjar tal-assi li tikkonsisti f’sitt pjattaformi b’diversi prodotti: Il-Kapital, it-Tkabbir, l-Impatt, il-Proprjetà Immobbli, is-Soluzzjonijiet tas-Suq u TPG Angelo Gordon,

—

Corpay, li għandha l-kwartieri ġenerali fl-Istati Uniti, hija fornitur globali lin-negozji ta’ kards kummerċjali (eż. kards tan-negozju, kards tal-flotta, kards virtwali) u soluzzjonijiet ta’ awtomatizzazzjoni għall-kontijiet kredituri, elenkat fl-NYSE,

—

AvidXchange, li għandha l-kwartieri ġenerali fl-Istati Uniti, hija fornitur ta’ software ta’ awtomatizzazzjoni għall-kontijiet kredituri u ta’ soluzzjonijiet ta’ pagament għan-negozji tas-suq medju u għall-fornituri tagħhom elenkat fin-NASDAQ. AvidXchange tiddiġitalizza u tawtomatizza l-flussi tax-xogħol tal-kontijiet kredituri u hija trażmettitur tal-flus liċenzjat għall-pagamenti minn negozju għal negozju fl-Istati Uniti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12023 — TPG / CORPAY / AVIDXCHANGE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3338/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)