|
10.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 292/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1999
tad-9 ta' Novembru 2015
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 165/2011 li jipprovdi għal tnaqqis minn ċerti kwoti tal-kavalli allokati lil Spanja għall-2011 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed fl-2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 105(1) u (2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 165/2011 (2), kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 978/2014 (3), jistabbilixxi li l-kwota tas-sajd għall-kavalli (Scomber scombrus) fiż-żoni VIIIc, IX u X tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.1 tas-CECAF (“il-kwota tas-sajd għall-kavalli”) allokata lil Spanja għall-2014 trid titnaqqas b'5 989 tunnellata minħabba s-sajd żejjed fl-2010. |
|
(2) |
Barra minn hekk, minħabba dan l-istess sajd żejjed li kien hemm fl-2010, ir-Regolament (UE) Nru 165/2011 jipprevedi wkoll li l-kwota tas-sajd għall-kavalli allokata lil Spanja għall-2015 u, meta jkun xieraq, għas-snin ta' wara, trid titnaqqas b'9 747 tunnellata. |
|
(3) |
Fit-30 ta' Marzu 2015, l-awtoritajiet Spanjoli għarrfu lill-Kummissjoni li l-kwota tas-sajd tagħhom għall-kavalli għall-2014 ma kinetx intużat kollha u talbu lill-Kummissjoni tqis l-ammont ta' tunnellati li ma ntużawx biex tnaqqas it-tnaqqis previst fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 165/2011 għall-2015. |
|
(4) |
Fl-istess ħin, skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (4), l-awtoritajiet Spanjoli kienu talbu li, fil-limiti indikati f'dak ir-Regolament, parti mill-kwota tas-sajd tagħhom għall-kavalli għall-2014 tinżamm u tiġi ttrasferita għall-2015. |
|
(5) |
Il-kwota tas-sajd għall-kavalli allokata lil Spanja għall-2014 li ma ntużatx tammonta għal 5 652,891 tunnellata. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1170 (5) diġà ttrasferixxa 4 211,038-il tunnellata minn dik il-kwota tas-sajd għall-2015 li ma ntużatx. Għalhekk, għad fadal ammont ta' 1 441,853 tunnellata mill-kwota għall-2014 li ma ntużatx. |
|
(6) |
It-talba qiegħda tkompli tkun kompatibbli mar-raġunament mogħti fil-premessa 7 tar-Regolament (UE) Nru 165/2011 li jiġġustifika l-fatt li t-tnaqqis jinfirex fuq perjodu ta' ħames snin jew aktar. |
|
(7) |
L-ammont ta' 1 441,853 tunnellata għandu jintuża biex jiġi skedat mill-ġdid it-tnaqqis previst fir-Regolament (UE) Nru 165/2011, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 978/2014. Dik il-kwantità għandha tiżdied mal-ammont li jrid jitnaqqas mill-kwota tas-sajd għall-kavalli għall-2014, li għalhekk għandu jiżdied minn 5 989 tunnellata għal 7 430,853 tunnellata, u fl-istess ħin għandha titnaqqas mill-ammont li jrid jitnaqqas mill-kwota tas-sajd għall-kavalli għall-2015, li għalhekk għandu jonqos minn 9 747 tunnellata għal 8 305,147 tunnellati. |
|
(8) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 165/2011 għandu jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 165/2011 jinbidel bit-test mogħti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 165/2011 tat-22 ta' Frar 2011 li jipprovdi għal tnaqqis minn ċerti kwoti tal-kavalli allokati lil Spanja għall-2011 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed fl-2010 (ĠU L 48, 23.2.2011, p. 11).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 978/2014 tas-16 ta' Settembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 165/2011 li jipprovdi għal tnaqqis minn ċerti kwoti tal-kavalli allokati lil Spanja għall-2011 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed fl-2010 (ĠU L 275, 17.9.2014, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1170 tas-16 ta' Lulju 2015 li jżid mal-kwoti tas-sajd tal-2015 ċerti kwantitajiet miżmuma fis-sena 2014 skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (ĠU L 189, 17.7.2015, p. 2).
ANNESS
“ANNESS
|
Stokk |
Il-kwota inizjali għall-2010 (1) |
Il-kwota adattata għall-2010 |
Il-qabdiet stabbiliti għall-2010 |
Id-differenza bejn il-qabdiet u l-kwota (is-sajd żejjed) |
Il-fattur ta' multiplikazzjoni msemmi fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 (is-sajd żejjed * 2) |
It-tnaqqis għall-2011 |
It-tnaqqis għall-2012 |
It-tnaqqis għall-2013 |
It-tnaqqis għall-2014 |
It-tnaqqis għall-2015 u, meta jkun xieraq, għas-snin ta' wara |
|
MAC/8C3411 |
27 919 -il tunnellata |
24 604 tunnellati |
44 225 tunnellata |
– 19 621 tunnellata (79,7 % tal-kwota għall-2010) |
– 39 242 tunnellata |
7 744 tunnellata |
5 500 tunnellata |
10 262 tunnellata |
7 430,853 tunnellata |
8 305,147 tunnellati |
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 53/2010.”