52007DC0553

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Rapport Annwali dwar l-implimentazzjoni tar-regolament tal-Kunsill (KE) 866/2004 tad-29 ta' April 2004 u dwar is-sitwazzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tiegħu /* KUMM/2007/0553 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 21.9.2007

KUMM(2007) 553 finali

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Rapport Annwali dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 866/2004 tad-29 ta' April 2004 u dwar is-sitwazzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tiegħu

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Rapport Annwali dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 866/2004 tad-29 ta' April 2004 u dwar is-sitwazzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tiegħu

Introduzzjoni

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 866/2004 tad-29 ta’ April dwar reġim skond l-Artikolu 2 tal-Protokoll 10 ma' l-Att ta' l-Adeżjoni[1] (minn hawn ’il quddiem: ir-Regolament dwar il-Linja l-Ħadra) jistipula fl-Artikolu 11(1) li “ il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill fuq il-bażi ta' kull sena, li tibda mhux iktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u s-sitwazzjoni li tirriżulta mill-[applikazzjoni] tiegħu, filwaqt li tehmeż ma' dan ir-rapport proposti xierqa għal emendi jekk meħtieġ” .

Ir-Regolament dwar il-Linja l-Ħadra ilu fis-seħħ sa mill-1 ta’ Mejju 2004. Huwa jfisser it-termini li fl-ambitu tagħhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi ta' l-UE fir-rigward tal-moviment tal-prodotti u tal-persuni minn naħa għal oħra tal-linja fiż-żoni tar-Repubblika taċ-Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv u ż-żoni fejn għandu dan il-kontroll.

Dan ir-rapport ikopri l-perjodu bejn l-1 ta’ Mejju 2006 sat-30 ta’ April 2007.

1. MIżURI TA' IMPLIMENTAZZJONI

Fl-4 ta’ Mejju 2007, immedjatament wara l-perjodu kopert minn dan ir-rapport, il-Kummissjon adottat Deċiżjoni li tneħħi l-projbizzjonijiet fuq il-moviment ta’ ċerti prodotti ta’ l-annimali fil-gżira ta’ Ċipru taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 u li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-moviment ta’ dawn il-prodotti. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tistipula l-kundizzjonijiet fir-rigward tal-kummerċ ta’ l-għasel u l-ħut frisk minn-naħa għall-oħra tal-Linja l-Ħadra[2].

2. PERSUNI LI JAQSMU L-LINJA

Skond l-Artikolu 2 tar-Regolament dwar il-Linja l-Ħadra, ir-Repubblika ta' Ċipru “ għandha twettaq kontrolli fuq il-persuni li jaqsmu l-linja bil-għan li tkkumbatti l-immigrazzjoni illegali taċ-ċittadini ta’ pajjżi terzi u biex tikxef u tipprevjeni kull theddida għas-sigurtà pubblika u l-politika pubblika. Dawn il-kontrolli għandhom jitwettqu wkoll fuq il-vetturi u l-oġġetti fil-pussess tal-persuni li jaqsmu l-linja [l-Ħadra]” filwaqt li l-Artikolu 3 jiddikjara li “ sorveljanza effettiva għandha titwettaq mir-Repubblika ta' Ċipru matul il-linja kollha, b'tali mod illi tiskoraġġixxi lill-persuni milli jaħarbu mill-kontrolli fil-punti tal-qsim .”

2.1. Il-qsim fil-postijiet ta’ qsim

Ir-Regolament jipprovdi qafas legali stabbli għall-moviment ħieles taċ-ċittadini Ċiprijotti, ta' ċittadini oħrajn ta’ l-UE u ta' ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-Linja l-Ħadra fil-postijiet tal-qsim. Skond id- data disponibbli, matul il-perjodu tar-rappurtaġġ, 788,823 Ċiprijott Grieg qasmu miż-żoni kkontrollati mill-gvern għall-parti tat-Tramuntana ta’ Ċipru filwaqt li 1,384,215 Turko-Ċiprijott qasmu mill-parti tat-Tramunatana ta’ Ċipru lejn iż-żona kkontrollata mill-gvern. Fl-ewwel sitt xhur tal-perjodu tar-rappurtaġġ, għadd totali ta’ 812,756 Turko-Ċiprijott qasmu l-Linja l-Ħadra, u fit-tieni nofs tal-perjodu tar-rappurtaġġ l-għadd niżel għal 535,459, tnaqqis ta' aktar minn 30%[3]. [4] L-għadd ta’ persunal tal-Pulizija ta’ Ċipru f'ħidma diretta fil-postijiet tal-qsim żdied minn 54 (fl-2005) għal 61 (fl-2006).

Ma kien irrappurtat l-ebda inċident importanti fir-rigward tal-qsim ta’ kuljum ta' persuni fil-postijiet tal-qsim. Il-Kummissjoni rċeviet ilmenti sporadiċi miċ-ċittadini ta’ l-UE fir-rigward ta’ verifiki intrużivi fuq persuni u l-konfiska ta’ dokumenti personali fil-postijiet tal-qsim. Il-Kodiċi Doganali tar-Repubblika ta' Ċipru jippermetti lill-uffiċjali doganali biex, fost l-oħrajn, ifittxu fuq il-persuni, iżommu jew jikkonfiskaw prodotti u jarrestaw mingħajr mandat ġudizzjarju lil kwalunkwe persuna li l-uffiċċjal doganali jiskopri li tkun qed tikkommetti, jew tipprova tikkommetti, kwalunkwe reat previst mill-leġiżlazzjoni doganali jew minn leġiżlazzjoni oħra suġġett għal piena ta’ impriġunerija inkluż fil-każ ta’ suspett ta’ xiri illegali jew użu ta’ proprjetà Ċiprijotta Griega fil-parti tat-Tramuntana ta’ Ċipru.

F’Ottubru 2006, il-Parlament tar-Repubblika ta' Ċipru adotta emenda tal-Kodiċi Penali li tippenalizza kwalunkwe użu illegali (inkluż il-kiri) ta’ propjetà b’sentenza ta’ seba’ snin impriġunerija[5]. Billi madwar 78% mill-propjetà privata fil-parti tat-Tramuntana ta’ Ċipru hija propjetà Ċiprijotta Griega, din l-emenda ħolqot tħassib fil-komunità Turka-Ċiprijotta. L-awtoritajiet tar-Repubblika ta' Ċipru jidhru li qed isegwu politika ta’ nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ l-emenda fil-konfront ta' ċittadini ordinarji Turko-Ċiprijotti, fatt li jwassal għal nuqqas ta' ċertezza legali. Ser ikollu jsir monitoraġġ mill-qrib ta’ l-impatt ta’ din il-leġiżlazzjoni fuq il-qsim ta’ persuni Turko-Ċiprijotti.

2.2. Immigrazzjoni illegali minn naħa għal oħra tal-Linja l-Ħadra

L-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-Linja Ħadra b’mod illegali għadha kwistjoni li toħloq tħassib serju. L-analiżi taċ-ċifri mill-Pulizija tar-Repubblika ta' Ċipru tindika li, fost dawk kollha li qasmu l-Linja l-Ħadra illegalment, 36.4%[6] minnhom evidentement kellhom viża Torka fil-passaport tagħhom[7]. Il-Pulizija tar-Repubblika ta' Ċipru rrapportat li l-immigranti illegali kienu prinċipalment joriġinaw minn dawn il-pajjiżi li ġejjin: is-Sirja (46.3%) u l-Iran (9.2%).

Skond id- data mressqa mill-awtoritajiet tar-Repubblika ta' Ċipru, l-għadd ta’ immigranti illegali miżmuma wara li qasmu l-Linja l-Ħadra żdied minn 725 fl-2002 għal 3796 fl-2003 u 5287 fl-2004 biex imbagħad naqas għal-livell ta' 5191 fl-2005 u 3778 fl-2006. Fil-perjodu tar-rappurtaġġ, 2844 immigrant illegali (aktar minn 97% ta’ l-immigranti illegali miżmuma) huma rraportati mill-Pulizija Ċiprijotta li daħlu fiż-żoni ikkontrollati mill-gvern tul il-Linja l-Ħadra, filwaqt li madwar 2% huma rraportati li daħlu min-naħa taż-Żona tal-Bażi Sovrana tal-Lvant u anqas minn 1% li daħlu direttament fiż-żoni ikkontrollati mill-gvern[8]. Il-valutazzjoni tal-Pulizija Ċiprijotta fir-rigward tar-rotta tad-dħul fiż-żoni kkontrollati mill-gvern hija bbażata fuq:

- dokumenti;

- dikjarazzjonijiet mill-immigranti nfushom;

- suppożizzjoni bbażata fuq il-pajjiżi ta’ l-oriġini (il-Pulizija Ċiprijotta tissopponi li l-immigranti kollha minn ċerti pajjiżi (eż. l-Pakistan u s-Sirja) jidħlu fiż-żoni kkontrollati mill-gvern mill-parti tat-Tramuntana ta' Ċipru minħabba r-rabtiet, li huma kkunsidrati li huma rabtiet mill-qrib, ta' dawn il-pajjiżi mat-Turkija)[9].

Skond il-Pulizija Ċiprijotta, il-maġġoranza ta' l-immigranti illegali sussegwentment japplikaw għall-ażil (l-għadd ta' dawk li qed ifittxu ażil tela' minn 950 fl-2002 għal 4410 fl-2003 u għal 9860 fl-2004 biex imbagħad naqas għal 7746 fl-2005 u 4545 fl-2006).

Ir-raġunijiet għal dan it-tnaqqis fl-għadd kemm ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-Linja l-Ħadra kif ukoll ta’ individwi li japplikaw għall-ażil jinkludu:

- kooperazzjoni aħjar bejn il-Pulizija tar-Repubblika ta' Ċipru ma’ l-UNPOL u l-UNFICYP u mal-Gwardja Nazzjonali Ċiprijotta;

- sorveljanza intensifikata tal-Linja l-Ħadra permezz tal-ħelikopters[10] u mal-persunal ta’ l-Għases tal-Pulizija lokali u tad-Dipartiment tal-Barranin u l-Immigrazzjoni tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija;

- kooperazzjoni tajba ma’ l-awtorijajiet taż-ŻBS tal-Lvant, attivitajiet intensifikati minn dawn ta’ l-aħħar sa minn Novembru 2006 għat-tnaqqis ta’ l-immigrazzjoni illegali u l-kuntrabandu ta’ prodotti, u l-għadd għoli ta’ persuni li ntbagħtu lura fil-post fejn ippruvaw jidħlu;

- iskambju ta’ intelligence u kooperazzjoni mtejba bejn l-awtoritajiet taż-ŻBS tal-Lvant u l-Komunità Turko-Ċiprijotta.

Dawn ta' l-aħħar issa bdew jilqgħu lura għadd sinifikanti ta' immigranti illegali miżmuma fiż-ŻBS tal-Lvant viċin il-Linja l-Ħadra. Mill-madwar 100 immigrant illegali miżmuma fiż-ŻBS tal-Lvant, madwar nofshom intlaqgħu lura mill-awtoritajiet Turko-Ċiprijotti, filwaqt li l-oħrajn ingħataw lill-awtoritajiet tar-Repubblika ta' Ċipru fuq il-bażi ta' Memorandum ta' Ftehim’

Minħabba l-għadd kbir ta' immigranti illegali li għadu jnissel tħassib, il-Kummissjoni hija ta' l-opinjoni li s-sorveljanza tal-Linja mwettqa mir-Repubblika ta' Ċipru bejn il-postijiet ta' qsim skond l-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-Linja l-Ħadra jeħtieġ tisħiħ mill-aktar fis. Il-Kummissjoni żammet djalogu kostruttiv ma’ l-awtoritajiet rilevanti tar-Repubblika ta' Ċipru fuq il-livell ta’ ħidma. Saru diversi laqgħat f’Ċipru u ġie organizzat workshop fi Brussell f’Mejju 2007 b’enfasi partikolari fuq il-problema ta’ l-immigrazzjoni illegali tul il-Linja l-Ħadra fejn ingħatat l-opportunità li ssir diskussjoni dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu fil-ġejjieni qarib.

F’din l-okkażjoni, ir-rappreżentanti tar-Repubblika ta' Ċipru aġġornaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda mill-aħħar workshop li sar f’Diċembru 2005. Dawn kienu jinkludu t-titjib tal-kooperazzjoni mal-UNFICYP, il-UNPOL, l-awtoritajiet taż-ŻBS u l-Gwardja Nazzjonali Ċiprijotta u l-użu tal-ħelikopters u l-persunal ta' l-Għases tal-Pulizija lokali u tad-Dipartiment tal-Barranin u l-Immigrazzjoni tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għas-sorveljanza tal-Linja l-Ħadra, kif imsemmi aktar ’il fuq. Fir-rigward ta’ dawk li jfittxu l-ażil, tnaqqas il-fattur ta’ ġibda marbut mal-possibbiltajiet ta’ impjiegi, filwaqt li l-analiżi ta’ l-applikazzjoni tagħhom għall-ażil ġiet mgħaġġla.

Fir-rigward tas-sorveljanza tal-Linja l-Ħadra, r-Repubblika ta' Ċipru ma tixtieq tieħu l-ebda miżura li possibbilment twassal biex il-Linja l-Ħadra tieħu d-dehra ta’ fruntiera esterna. Għahekk, la nxtara, u lanqas mhu mbassar li se jinxtara, xi tagħmir addizzjonali għas-sorveljanza tal-Linja l-Ħadra u l-għadd ta’ persunal li jittratta l-flussi migratorji illegali (pulizija inklużi) ħdejn il-postijiet ta’ qsim ma ġiex miżjud. Għall-kuntrarju ta' l-intenzjonijiet tar-Repubblika ta' Ċipru, kif ġew rrappurtat fir-Rapport dwar il-Linja l-Ħadra tas-sena li għaddiet, ma ddaħħlux regoli aktar restrittivi fir-rigward tal-ħruġ tal-viżi mir-Repubblika ta' Ċipru u ma ġiex stabbilit ċentru ta’ detenzjoni ġdid għall-immigranti illegali.

Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-awtoritajiet tar-Repubblika ta' Ċipru jieħdu passi konkreti mingħajr dewmien biex jikkonformaw mar-Regolament dwar il-Linja l-Ħadra, anke bil-għan tal-parteċipazzjoni ġejjiena ta’ Ċipru fiż-żona ta’ Schengen. Filwaqt li l-Linja l-Ħadra ma tikkostitwix fruntiera esterna, l-obbligi ta’ sorveljanza tar-Repubblika ta' Ċipru fin-naħa kkontrollata mill-gvern tal-Linja l-Ħadra għandhom jiġu rispettati b'mod effettiv filwaqt li fl-istess ħin inaqqsu x-xkiel fuq il-kuntatti bejn iż-żewġ Komunitajiet.

3. MERKANZIJA LI TAQSAM IL-LINJA

3.1. Il-valur tal-kummerċ

Skond l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1480/2004[11]il-Kamra tal-Kummerċ Turka-Ċiprijotta (minn hawn ’il quddiem: KtKĊT) tirrapporta kull xahar dwar ix-xorta, il-volum u l-valur tal-prodotti li tkun ħarġitilhom dokumenti anċillari.

L-awtoritajiet tar-Repubblika ta' Ċipru ikkomunikaw ukoll ix-xorta, il-volum u l-valur tal-prodotti li qasmu l-Linja f' rapporti mensili lill-Kummissjoni. Dawk ir-rapporti jinkludu prodotti li daħlu fiż-żoni kkontrollati mill-Gvern mill-postijiet ta' qsim ta' Pergamos u Strovilia , li huma taħt l-awtorità tal-ŻBS tal-Lvant.

Skond ir-rapporti tal-KtKĊT, il-valur totali tal-prodotti li nħarġulhom dokumenti anċillari fil-perjodu tar-rappurtaġġ ammonta għal €4,806,100 filwaqt li l-valur tal-prodotti attwalment fil-kummerċ kien ta’ €3,380,805[12]. Fir-rigward tad-differenza sostanzjali fiċ-ċifri rrapportati, il-Kummissjoni kienet informata li xi drabi d-dokumenti anċillari nħarġu dwar stima tal-kwantità tal-prodotti u mhux dwar kwantitatijiet eżatti u li l-kwantità u għalhekk il-valur tal-prodotti li finalment qasmu l-Linja kien anqas miċ-ċifri msemmija fid-dokumenti anċillari. Barra minn hekk, xi drabi l-kunsinni ġew ikkanċellati[13]. Aktar minn hekk, il-Kummissjoni ġiet informata mill-KtKĊT li d-dokumenti anċillari mhux dejjem tressqu jew ġew iċċekkjati meta l-prodotti kienu qed jaqsmu l-Linja. Fir-rigward ta’ dawn, l-awtoritajiet tar-Repubblika ta' Ċipru kkonfermaw li kull kunsinna tiġi ċċekkjata iżda nnutaw li huma m’humiex obbligati jitolbu d-dokumenti anċillari billi huwa n-negozjant li għandu l-obbligi li jressaq dawn id-dokumenti.

Meta mqabbla mal-perjodu tar-rappurtaġġ preċedenti, iċ-ċifri juru żieda kbira fil-valur totali ta’ prodotti li qasmu l-Linja l-Ħadra. Skond ir-rapporti mogħtija mill-awtoritajiet tar-Repubblika ta' Ċipru, il-valur kummerċjali totali tal-prodotti li attwalment qasmu l-Linja kważi rdoppja u kien ta’ madwar € 3,380,805 meta mqabbel mal-€ 1,734,770 tal-perjodu tar-rappurtaġġ preċedenti.

Għalkemm mhux kopert fl-ambitu tal-GLR, wieħed jista’ jinnota li, skond iċ-ċifri tal-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija Ċiprijotta, fil-perjodu tar-rappurtaġġ il-kummerċ miż-żoni kkontrollati mill-Gvern lejn il-parti tat-Tramuntana ta' Ċipru ammonta għal valur ta' € 1,027,688 meta mqabbel mal-€ 442,408 tal-perjodu preċedenti. Għalhekk il-kummerċ miż-żoni kkontrollati mill-gvern lejn il-parti tat-Tramuntana ta’ Ċipru aktar minn irdoppja, iżda xorta waħda għadu jammonta biss għal terz tal-kummerċ fid-direzzjoni opposta. Il-Komunità Turko-Ċiprijotta tapplika sistema ta’ liċenzjar, li fil-prinċipju, “tirrifletti” r-restrizzjonijiet tar-Regolament dwar il-Linja l-Ħadra. Hija taċċetta biss, per eżempju, prodotti li joriġinaw miż-żoni kkontrollati mill-gvern, titlob sabiex jinħarġulhom dokumenti anċillari mill-Kamra tal-Kummerċ u l-Industija Ċiprijotta u ma tippermettix il-qsim ta’ annimali ħajjin jew prodotti ta' l-annimali minn naħa għal oħra tal-Linja l-Ħadra. Saru xi derogi fuq bażi ad hoc , li mhix daqstant ċara.

3.2. It-tip ta’ prodotti

Iċ-ċifri dwar it-tipi ta’ prodotti kkumerċjati juru għadd limitat ta' prodotti ġodda li qed jaqsmu l-Linja lejn iż-żoni kkontrollati mill-gvern. It-tipi l-ġodda ta’ prodotti ma jikkontribwixxux għal żieda sinifikanti fil-kummerċ.

Bħal fil-perjodu tar-rappurtaġġ preċedenti, il-ħxejjex, il-prodotti ta’ l-injam u l-għamara kienu jikkostitwixxu l-gruppi ewlenin ta' prodotti kkummerċjati[14].

Il-kummerċ min naħa għal oħra tal-Linja l-Ħadra matul il-perjodu tar-rappurtaġġ kien biss għall-iskop tal-kummerċ fi ħdan il-ġżira. Fit-30 ta’ April 2007, kunsinna ta’ skart ta' l-aluminju qasmet il-Linja l-Ħadra u sussegwentement intbagħtet lejn ir-Renju Unit. Wara kunsinna ta’ Cyprus Delights (ħlewwiet) f’Diċembru 2005, din il-kunsinna kienet biss it-tieni eżempju ta’prodotti li qasmu l-Linja l-Ħadra u sussegwentement kienu suġġetti għal tranżazzjoni intrakomunitarja ma’ Stat Membru ieħor.

3.3. Irregolaritajiet rappurtati

Minn Mejju 2006 ġew rappurtati sitt każi ta' irregolaritajiet li fihom prodotti ma tħallewx jaqsmu l-Linja Ħadra. F’erba’ minnhom it-tikketti tal-prodott ma kinux konformi mar-rekwiżiti u fi tnejn minnhom ma tressqux id-dokumenti anċillari.

3.4. Żviluppi pożittivi dwar il-moviment ta’ prodotti

Matul il-perjodu tar-rappurtaġġ, jeħtieġ li wieħed jinnota jinnota xi żviluppi pożittivi li gradwalment neħħew xi ostakli li preċedentement kienu qed jillimitaw il-kummerċ minn naħa għal oħra tal-Linja. Dawn l-iżviluppi jinkludu:

- ‘Laqgħat ta’ Diskussjoni’ mensili bejn it-tliet kmamar (Il-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija Ċiprijotta, KKIĊ, KtKĊT, u l-Kamra ta’ l-Industrija Turka-Ċiprijotta, KIĊT) taħt il-patroċinju tal-Proġett EDGE (Żvilupp Ekonomiku u Tkabbir għall-Impriżi) iffinanzjat mill-USAID bl-għan li jinstabu soluzzjonijiet tekniċi u prattiċi għall-problemi attwali fil-kummerċ minn naħa għal oħra tal-Linja l-Ħadra.

- Attwalment qed jiġi stabbilit in-‘Netwerk Ċiprijott tal-Produttur’, li huwa netwerk ta’ produtturi ĊT u ĊG bil-għan li tiżdied il-kooperazzjoni u l-kollaborazzjoni u jagħti assistenza teknika, taħriġ u konsulenza sabiex jitnaqqsu r-restrizzjonijiet fil-kummerċ lejn il-Linja l-Ħadra. Barra minn hekk dan il-proġett, li riċentement irċieva fondi mill-UNDP-ACT, għandu l-għan li jtejjeb il-kooperazzjoni u l-kollaborazzjoni bejn il-kmamar parteċipanti (il-KIĊT, il-KtKĊT, u l-KKIĊ).

3.5. Ostakli u diffikultajiet li għandhom jippersistu fil-moviment tal-prodotti

Minkejja dawn l-iżviluppi pożittivi, għadhom jippersistu ħafna ostakoli għall-kummerċ minn naħa għall-oħra tal-Linja l-Ħadra.

Il-vetturi kummerċjali Turko-Ċiprijotti u partikolarment it-trakkijiet u x-xarabankijiet għad ma għandhomx il-possibbiltà ta' moviment ħieles fil-gżira. Ir-Repubblika ta' Ċipru ma taċċettax ċertifikati dwar il-kundizzjoni ta’ vetturi kummerċjali (roadworthiness certificates )[15] jew liċenzji tas-sewqan professjonali[16] maħruġa mill-Komunità Turko-Ċiprijotta (għalkemm taċċetta ċertifikati dwar il-kundizzjoni ta’ karozzi tal-passiġġieri). Il-gvern kien ippropona leġiżlazzjoni bil-għan li tiffaċilita t-trasport ta’ prodotti fuq trakkijiet Turko-Ċiprijotti minn naħa għal oħra tal-Linja l-Ħadra. Wara protesti mill-organizzazzjoni Ċiprijotta Griega tas-sewwieqa tat-trakkijiet, il-Parlament ma ħa l-ebda deċiżjoni dwar il-kwistjoni la fil-leġiżlatura preċedenti u lanqas f’dik attwali. L-awtoritajiet tar-Repubblika ta' Ċipru jagħtu diversi suriet ta’ għajnuna liċ-Turko-Ċiprijotti sabiex dawn jagħmlu użu mis-servizzi tal-gvern stess. Il-Ministru tal-Komunikazzjonijiet u x-Xogħolijiet, per eżempju, jimpjega Turko-Ċiprijott li, fost il-ħidmiet tiegħu, huwa inkarigat li jaħdem bħala interpretu għa;l-eżamijiet tal-liċenzja u jieħu ħsieb l-avviżi fil-gazzetti Turko-Ċiprijotti. Madanakollu, ir-rispons tas-sewwieqa tat-trakkijiet Turko-Ċiprijotti kien wieħed limitat. Strateġija aktar liberali min-naħa ta’ l-awtoritajiet tar-Repubblika ta' Ċipru tista’ ttejjeb il-kooperazzjoni ekonomika bejn iż-żewġ komunitajiet fuq iż-żewġ naħat tal-Linja l-Ħadra.

Il-Kummissjoni rċeviet xi ilmenti minn għadd ta' negozjanti Turko-Ċiprijotti dwar dewmien fl-approvazzjoni biex il-prodotti jaqsmu l-Linja, inklużi b'mod partikolari, xi kunsinni ta' patata. L-awtoritajiet tar-Repubblika ta' Ċipru spjegaw li dan id-dewmien irriżulta mir-rekwiżit fir-Regolament dwar il-Linja l-Ħadra li jsir eżami tal-kunsinni u, fejn ikun applikabbli, is-sostituzzjoni tar-‘Rapport ta’ spezzjoni fitosanitarja' minn passaport tal-pjanta. Il-Kummissjoni ġiet assigurata li fil-ġejjieni dawn il-verifiki ser jitwettqu fi żmien jumejn jew tlett ijiem ta' xogħol. Barra minn hekk, in-negozjanti huma ħielsa li jittrasportaw il-patata lejn imħażen irrefriġerati fiż-żoni kkontrollati mill-gvern fl-istess waqt li l-verifiki jibqgħu għaddejjin, għalkemm il-patata tibqa’ taħt is-sorveljanza ta’ l-awtoritajiet doganali.

Il-Kummissjoni irċeviet xi lmenti oħra minn xi negozjanti Turko-Ċiprijotti fir-rigward li, kull tant żmien l-awtoritajiet tar-Repubblika ta' Ċipru, minbarra d-dokumenti anċillari obbligatorji, jitolbuhom il-fattura kummerċjali. L-awtoritajiet tar-Repubblika ta' Ċipru għarrfu lill-Kummissjoni li l-uffiċjali dognali kollha tar-Repubblika ta' Ċipru rċevew ittra li tgħarrafhom li “peress li l-preżentazzjoni tal-fattura mhux prattika obbligatorja għall-moviment tal-prodotti, huwa kkonfermat li ... il-preżentazzjoni tal-fattura ma tintalabx fir-rigward tal-prodotti li jaqsmu l-Linja” . Din l-istruzzjoni ġiet imtennija fl-okkażjoni tat-taħriġ regolari ta’ l-uffiċjali doganali tar-Repubblika ta' Ċipru.

Fi tmiem il-perjodu tar-rappurtaġġ, kunsinna maġġuri ta’ madwar 3800 tunnellata patata (kważi kwart tal-ħsad kollu tar-Rebbiegħa fil-parti tat-Tramuntana ta’ Ċipru u li tinkludi l-ħsad ta' kważi 50 bidwi lokali tal-patata) kellha taqsam il-Linja l-Ħadra u fi stadju sussegwenti possibbilment tintbagħat mill-port ta' Limassol (li jinsab fiż-żoni kkontrollati mill-gvern) lil Stati Membri oħra ta’ l-UE. Madankollu, wara pressjoni mill-komunità Turka-Ċiprijotta fuq il-bdiewa u n-negozjanti Turko-Ċiprijotti, din it-tranżazzjoni kummerċjali minn fuq il-Linja l-Ħadra ġiet finalment imħassra.

Xi eżempji oħra ta' ostakoli li jistgħu jillimitaw il-kummerċ minn naħa għal oħra tal-Linja huma d-diffikultajiet li qed iħabbtu wiċċhom magħhom in-negozjanti Turko-Ċiprijotti biex jaħżnu l-prodotti tagħhom fis- supermarkets fiż-żoni kkontrollati mill-gvern u biex jirreklamaw f'partijiet mix-xandir taż-żoni kkontrollati mill-gvern. Eżampji ulterjuri ta’ ostakoli rrappurtati lill-Kummissjoni kienu jinkludu l-prattika okkażjonali li l-awtoritajiet taż-ŻBS tal-Lvant jitolbu d-dokumenti anċillari fil-każi meta l-prodotti jkunu maħsuba speċifikament għall-forniment tradizzjonali tal-popolazzjoni Turka-Ċiprijotta tar-raħal ta’ Pyla li jinsab fiż-Żona ta’ bejn iż-żewġ Komunitajiet Ċiprijotti ( Buffer Zone) . F’dan il-każ tant speċifiku, bħala deroga għar-regoli standard, mhu meħtieġ l-ebda dokument anċillari skond l-Artikolu 4 (10) tar-Regolament.

Barra minn hekk, ir-rappreżentanti tal-komunità Turka-Ċiprijotta wrew tħassib dwar il-limitu baxx fir-rigward tal-faċilitajiet ta' xiri għall-persuni li jaqsmu l-Linja. Attwalment, l-Artikolu 6 (1) jistipula li l-prodotti akkwistati fil-parti tat-Tramuntana ta’ Ċipru miżmuma fil-bagalji personali tal-persuni li jaqsmu l-Linja għandhom ikunu eżenti mit-taxxa fuq il-bejgħ u mid-dazju sakemm ma jkunux ta’ natura kummerċjali u l-valur totali tagħhom ma jaqbiżx il-€ 135 għal kull persuna.

Rappreżentanti tar-Renju Unit infurmaw lill-Kummissjoni li s-servizzi ta’ l-awtoritajiet taż-ŻBS tal-Lvant qed jaffaċċjaw diffikultajiet prattiċi fl-ipproċċessar ta’ prodotti li jeħtieġu ċertifikat fitosanitarju minħabba nuqqas ta’ faċilitajiet tekniċi xierqa. Ir-Repubblika ta' Ċipru offriet l-użu tal-faċilitajiet tagħha.

Jidher li mal-Linja l-Ħadra hemm bosta kuntrabandu ta' prodotti, notevolment fil-“postijiet ta’ qsim” illegali użati mir-residenti u l-bdiewa lokali (eż. l-irħula ta' Pyla u Pergamos li jinsabu fiż-żona ta' bejn iż-żewġ Komunitajiet) fejn is-sorveljanza hija insuffiċjenti. Skond xi osservaturi, jista’ jagħti l-każ li l-volum tal-kuntrabandu saħansitra jaqbeż il-volum tal-kummerċ legali.

Il-problema tal-kuntrabandu ta' prodotti tenfasizza l-ħtieġa ta’ sorveljanza effettiva tal-Linja mill-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru.

Fl-aħħarnett, wieħed għandu jinnota li l-volum globali tal-kummerċ minn naħa għal oħra tal-Linja l-Ħadra għadu wieħed limitat. Sa ċertu punt, il-kawża ta’ dan huma r-restrizzjonijiet tar-Regolament dwar il-Linja l-Ħadra nnifsu. Huwa ma jippermettix li l-prodotti akkwistati fil-parti tat-Tramuntana tal-gżira minn Stati Membri oħra jew mit-Turkija jgħaddu għaż-żoni kkontrollati mill-gvern. Kif ġie enfasizzat studju riċenti tal-Bank Dinji[17], dan jista' jnaqqas b’mod sinifikanti l-benefiċċji tal-produtturi, il-fornituri tas-servizzi u l-konsumaturi mit-Tramuntana u n-Nofsinhar tal-Linja l-Ħadra.

3.6. Il-qsim temporanju tal-prodotti

Bħal ma ġara fil-perjodu tar-rappurtaġġ preċedenti, kien hemm xi diffikultajiet fir-rigward tal-qsim temporanju tal-prodotti. Hemm erba’ kategorji ewlenin ta’ prodotti fejn titfaċċa din il-kwistjoni:

- Il-qsim temporanju ta’ prodotti li jkunu meħtieġa biex jingħata servizz (per eżempju: strumenti mużikali ta’ grupp tar-rokk Turko-Ċiprijott li kellu kunċert fiż-żoni kkontrollati mill-gvern).

- Il-qsim temporanju ta’ prodotti Ċiprijotti Griegi fiż-żoni li m’humiex ikkontrollati mill-gvern (eżempju: biċċa għamara li kienet qed tissewwa u tiġi restawrata fil-parti tat-Tramuntana ta’ Ċipru; minħabba r-rekwiżit ta’ l-oriġini, ir-Regolament dwar il-Linja l-Ħadra ma jippermettix li tali prodotti jerġgħu jidħlu mill-ġdid fiż-żoni kkontrollati mill-gvern).

- Il-qsim temporanju ta’ prodotti Turko-Ċiprijotti li għandhom jiġu esibiti f'fiera fiż-żoni kkontrollati mill-gvern (eż. il-parteċipazzjoni ta’ Turko-Ċiprijotti fil-Fiera Kummerċjali Internazzjonali ta’ Ċipru kull ma jmur qed tonqos, minn 53 negozjant Turko-Ċiprijott fl-2005 għal 16 fl-2006 filwaqt li din is-sena kienu biss 3). Barra minn hekk, m’huwiex permess il-qsim ta’ prodotti sabiex jitqassmu bħala kampjuni bla ħlas (billi ma jkun hemm l-ebda xerrej).

- Il-qsim temporanju ta’ apparat tekniku Turko-Ċiprijott biex jissewwa fiż-żoni kkontrollati mill-gvern.

Fis-sura attwali tiegħu, ir-Regolament dwar il-Linja l-Ħadra ma jippermettix dawn it-tranżazzjonijiet. Ir-Repubblika ta' Ċipru tapplika sistema ta’ derogi ad hoc . Fuq din il-bażi, wieħed jista’ jargumenta li s'issa it-talbiet Turko-Ċiprijotti intlaqgħu u għalhekk m'hemmx il-ħtieġa li l-proċedura tiġi formalizzata b'mod legali. Madanakollu, is-sistema ad hoc attwali m’hix konformi mar-Regolament u lanqas m’hi trasparenti u għalhekk tista' taġixxi b'mod li tnaqqas il-kummerċ. De lege ferenda , din il-kwistjoni għandha tiġi indirizzata f’emenda li hi ppjanata għar-Regolament dwar il-Linja l-Ħadra.

3.7. L-iffaċilitar tal-kummerċ

F’Novembru 2006, il-Kumitat tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud[18] approva skema simplifikata applikabbli għan-negozjanti Turko-Ċiprijotti stabbiliti fil-parti tat-Tramuntana ta’ Ċipru li jbiegħu il-prodotti direttament lil konsumaturi aħħarija fiż-żoni kkontrollati mill-gvern. Din l-iskema tippermetti lin-negozjanti Turko-Ċiprijotti sabiex iħallsu l-VAT fuq il-prodotti mibjugħa fiż-żoni kkontrollati mill-gvern direttament fuq il-Linja. Konsegwentement, in-negozjant Turko-Ċiprijott m’għandux għalfejn jirreġistra ruħu għall-għanijiet tal-VAT fiż-żoni kkontrollati mill-gvern.

Fi Frar 2007, il-Kummissjoni, flimkien mal-KtKĊT, organizzat seminar ta’ jum bil-għan li jitrawwem għarfien, partikolarment fost in-negozjanti Turko-Ċiprijotti, dwar il-proċeduri u r-rekwiżiti tal-kummerċ minn naħa għal oħra tal-Linja l-Ħadra.

Ittieħdu l-miżuri addiżjonali li ġejjin sabiex ikun iffaċilitat il-kummerċ ta' ċerti prodotti:

Patata

Wara li kmieni fl-2006 is-servizz kompetenti tal-Kummissjoni ta l-awtorizzazzjoni għall-kummerċ tal-patata minn naħa għal oħra tal-Linja l-Ħadra, xi trakkijiet b'tagħbijiet ta' patata (ammont totali ta' madwar 290 tunnellata) għall-konsum (biss) fiż-żoni kkontrollati mill-gvern irnexxielhom jaqsmu l-Linja mingħajr tfixkil maġġuri[19].

Il-patata m’hi suġġetta għal ebda tariffa iżda kull trakk jeħtieġ ikollu Rapport ta’ spezzjoni fitosanitarja, maħruġ minn esperti fitosanitarji indipendenti skond l-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1480/2004[20]. Sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ tal-patata minn naħa għal oħra tal-Linja, il-Kummissjoni żgurat il-preżenza permanenti ta’ dawn l-esperti matul l-istaġun ewlieni tal-ħsad (minn nofs April sa nofs Ġunju). Matul perjodi oħra, id-disponibbiltà tagħom ġiet garantita fi żmien ftit jiem ta’ xogħol (s’issa, setgħu jintlaqgħu it-talbiet Turko-Ċiprijotti kollha għall-preżenza ta’ espert fitosanitarju).

Attwalment il-Kummissjoni qiegħda fil-proċess li testendi l-lista eżistenti ta’ esperti fitosanitarji indipendenti maħtura.

Frott taċ-ċitru

S’issa m’hu qed isir l-ebda kummerċ tal-frott taċ-ċitru.

Esperti indipendenti minn għadd ta’ Stati Membri maħtura mill-Kummissjoni reġgħu wettqu spezzjoni annwali ta’ qabel il-ħsad fil-Ħarifa ta’ l-2006. Huma kkonfermaw ir-riżultati tal-verifiki mwettqa bejn l-2003 u l-2005 li f’dan istħarriġ ma nstabux l-organiżmi perikolużi rilevanti u għalhekk huma meqjusa li ma jinstabux fil-parti tat-Tramuntana ta' Ċipru. Il-Kummissjoni tipprevedi li tkompli bil-ħidma ta’ stħarriġ bħala attività ta’ monitoraġġ kollaterali apparti l-ispezzjonijiet u l-kontrolli ta’ meded ta’ siġar tal-frott u ta’ kunsinni ta’ frott taċ-ċitru intenzjonati għall-kummerċ lejn in-naħa l-oħra tal-Linja l-Ħadra.

Għasel u ħut

Kif irrappurtat aktar ’il fuq, fl-4 ta’ Mejju 2007, il-Kummissjon adottat Deċiżjoni li tneħħi l-projbizzjonijiet fuq il-moviment ta’ ċerti prodotti ta’ l-annimali fil-gżira ta’ Ċipru taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 u tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-moviment tal-ħut frisk u l-għasel minn naħa għal oħra tal-Linja l-Ħadra[21].

Attwalment il-Kummissjoni qiegħda fil-proċess li taħtar esperti indipendenti mill-Istati Membri li, skond l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, għandhom jispezzjonaw il-bastimenti tas-sajd Turko-Ċiprijotti li jħottu ħut frisk għal-konformità ma’ regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali kif ukoll biex jieħdu 10 kampjuni ta' għasel fil-katina tal-produzzjoni għal analiżi sussegwenti f'laboratorji speċifiċi ta' l-UE.

Injam

Għall-ewwel darba, fi Frar 2007, espert fitosanitarju indipendenti ħareġ Rapport ta’ spezzjoni fitosanitarja għall-qsim ta’ tip speċifiku ta' dar prefabbrikata ta’ l-injam. Skond l-Artikolu 4(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 u l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1480/2004, li t-tnejn li huma jirreferu għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE, din ix-xorta ta’ proċedura saret meħtieġa billi din id-dar prefabbrikata speċifika kienet magħmula minn tip ta' njam koniferu li kien joriġina mit-Turkija.

3.8. Il-Proposti tar-Repubblika ta’ Ċipru dwar Kummerċ Imtejjeb minn naħa għal oħra tal-Linja l-Ħadra

Fi tmiem Marzu 2007, l-awtoritajiet tar-Repubblika ta' Ċipru ressqu sett ta’ miżuri bil-għan li jittejjeb il-kummerċ fi ħdan il-qafas tar-Regolament dwar il-Linja l-Ħadra lill-Kummissjoni. Bosta minn dawn il-miżuri huma ta’ natura unilaterali u jaqgħu taħt il-kompetenza tar-Repubblika ta' Ċipru. Il-pakkett jinkludi wkoll il-proposta li l-Linja l-Ħadra tinfetaħ għall-kummerċ tal-ħut u l-għasel kif ukoll għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib. Filwaqt li sadanittant id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-ħut u l-għasel ġiet adottata[22], kwalunkwe deċiżjoni fir-rigward tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ser ikollha tistenna sakemm il-parti tat-Tramuntana ta' Ċipru tibda tirrispetta r-regoli ta' l-UE dwar is-sikurezza ta' l-ikel. L-għajnuna lill-komunità Turka-Ċiprijotta f'dan ir-rigward diġà bdiet tingħata.

Fl-aħħarnett, għal darb'oħra Ċipru reġgħet ipproponiet rata żero tal-VAT fuq il-prodotti li jaqsmu miż-żoni kkontrollati mill-gvern lejn il-parti tat-Tramuntana ta’ Ċipru. Kif diġà stqarret il-Kummissjoni fir-rapport tas-sena li għaddiet, tali fornimenti b’rata żero setgħu jiġu ġustifikati biss jekk dawn kienu ser jitqiesu bħala esportazzjoni. Dan ikun il-każ irrispettivament minn jekk dawn il-fornimenti jissejħux esportazzjoni. Jekk prodotti li jinbagħtu lejn iż-żoni tat-Tramuntana ta’ Ċipru jitqiesu bħala esportazzjoni, il-prodotti li jiġu minn hemm għandhom ugwalment jitqiesu bħala importazzjoni. Il-bidla proposta tkun aċċettabbli biss taħt dawn iċ-ċirkostanzi.

Globalment, m'huwiex ċert jekk is-sett ta' miżuri huwiex fil-fatt se jrawwem il-kummerċ u l-kuntatt ekonomiku minn naħa għal oħra tal-Linja l-Ħadra fuq il-gżira, li jkun żvilupp pożittiv. Madanakollu, dawn il-miżuri ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala sostituti għall-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill dwar kundizzjonijiet speċjali għall-kummerċ fiż-żoni tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax il-kontroll effettiv (l-hekk imsejjaħ ir-Regolament dwar il-Kummerċ Dirett) li għadu pendenti fil-Kunsill.

4. KONKLUżJONIJIET

Ir-Regolament dwar il-Linja l-Ħadra għadu jipprovdi qafas legali stabbli għall-moviment ħieles ta' ċittadini Ċiprijotti u ċittadini oħrajn ta’ l-UE li ta' kuljum jaqsmu l-Linja fil-postijiet tal-qsim.

Madanakollu, l-għadd kbir ta’ persuni li għadhom jaqsmu l-Linja l-Ħadra b’mod illegali qed joħloq tħassib. Il-Kummissjoni hija ta’ l-opinjoni li s-sorveljanza tar-Repubblika ta' Ċipru skond l-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-Linja l-Ħadra għad trid tissaħħaħ sostanzjalment. Ir-Repubblika ta' Ċipru mhix lesta tissodisfa bis-sħiħ l-obbligi tas-sorveljanza billi kwalunkwe miżura li possibbilment twassal biex il-Linja l-Ħadra tieħu d-dehra ta’ fruntiera esterna hija politikament inaċċettabbli.

Meta mqabbla mal-perjodu tar-rappurtaġġ preċedenti, iċ-ċifri fir-rigward tal-prodotti li jaqsmu l-Linja l-Ħadra juru żieda kbira fil-valur totali. Skond ir-rapporti mogħtija mill-awtoritajiet tar-Repubblika ta' Ċipru, il-valur kummerċjali totali tal-prodotti li fattwalment qasmu l-Linja kważi rdoppja u kien ta’ madwar € 3.3 miljun. Madanakollu, l-iskala globali tal-kummerċ minn naħa għal oħra tal-Linja l-Ħadra għadha kemmxejn limitata. Fil-perjodu tar-rappurtaġġ attwali, ftit li xejn ġew introdotti prodotti oħra, u dawn ma kkontribwixxewx għal żieda sinifikanti fil-valur mensili tal-kummerċ. Il-prodotti li qasmu l-Linja l-Ħadra ġew sussegwentement soġġetti għal tranżazzjoni intrakomunitarja ma’ Stat Membru ieħor f’każ wieħed biss. Raġuni oħra għall-limitazzjoni tal-volum tal-kummerċ huma r-restrizzjonijiet fir-Regolament dwar il-Linja l-Ħadra nnifsu, li jistipula li l-uniċi prodotti li jistgħu jaqsmu l-Linja huma dawk li nkisbu b’mod sħiħ mill-parti tat-Tramuntana ta’ Ċipru jew li jkunu ġew ipproċesati jew inħadmu b'mod aħħari, sostanzjali u ekonomikament vijabbli hemmhekk.

Minkejja li saru xi żviluppi pożittivi fir-rigward tal-moviment tal-prodotti, għadd ta’ każi li ġew irrappurtati jikkonfermaw li għad hemm ħafna tfixkil għall-iżvilupp ulterjuri tal-kummerċ min naħa għall-oħra tal-Linja l-Ħadra. Per eżempju, ir-Repubblika ta' Ċipru ma taċċettax ċertifikati dwar il-kundizzjoni tat-trakkijiet Turko-Ċiprijotti u lanqas tal-liċenzji tas-sewqan professjonali fil-każ ta’ vetturi ta' merkanzija tqila mill-Komunità Turko-Ċiprijotta. Il-leġiżlazzjoni li kienet għadha pendenti fil-Parlament tar-Repubblika ta' Ċipru taħt il-leġiżlatura preċedenti li setgħet wasslet għal pass ’il quddiem lejn it-titjib tas-sitwazzjoni ma ġietx adottata. Barra minn hekk, l-ostakoli kummerċjali ta’ natura posikoloġika għandhom sinifikanti.

Fuq iż-żewġ naħat tal-Linja l-Ħadra hemm gruppi ta’ ċittadini li qed jagħmlu pressjoni biex ifixklu l-iżvilupp tal-kummerċ minn naħa għal oħra tal-Linja l-Ħadra. Wieħed jinnota b’dispjaċir partikolari l-pressjoni diretta kontinwa fuq negozjanti minn ħdan il-komunità Turka-Ċiprijotta.

Il-kwistjoni tal-qsim temporanju ta’ prodotti trid tiġi indirizzata de lege ferenda .

Il-Kummissjoni wettqet diversi miżuri bil-għan li jiġi ffaċilitat il-kummerċ minn naħa għal oħra tal-Linja l-Ħadra, partikolarment il-kummerċ tal-patata, il-frott taċ-ċitru, l-għasel u l-ħut u l-injam.

Il-konklużjoni ġenerali hi li r-Regolament dwar il-Linja l-Ħadra għadu jipprovdi bażi lvijabbli biex prodotti u persuni jitħallew jaqsmu minn u lejn iż-żoni kkontrollati mill-gvern tar-Repubblika ta' Ċipru għalkemm il-fluss tal-prodotti għadu relattivament limitat. Il-Kummissjoni għandha tibqa’ ssegwi l-implimentazzjoni tar-Regolament.

Technical Annexes

Annex I Overview table summarising the monthly reports of the Turkish Cypriot Chamber of Commerce according to Article 8 of Commission Regulation 1480/2004 (EUR)

June | € 128.561 |

July | € 219 943 |

August | € 278 582 |

September | € 276 110 |

October | € 352 016 |

November | € 469 415 |

December | € 350 421 |

January | € 342 652 |

February | € 274 562 |

March | € 285 252 |

April | € 234 456 |

Total | € 3 380 805 |

1 EUR=0.58 CYP

ANNEX III: Values of goods which crossed the Green Line and value of goods for which accompanying documents were issued by the Turkish Cypriot Chamber of Commerce

[pic]

Annex IV: Most traded goods

[pic]

Vegetables | 1 676 487 |

Wooden products/furniture | 723 257 |

Raw metal | 565 689 |

Aluminium/PVC products | 486 184 |

Building/articles of stone | 448 332 |

Other: | 906 151 |

Total: | 4 806 100 |

ANNEX V: Development of most traded goods

[pic]

ANNEX VI Illegal immigration for the period 01/05/2006 - 30/04/2007

MONTH /YEAR | ILLEGAL IMMIGRATION (total number) (1+3+5) | ILLEGAL IMMIGRATION / ASYLUM SEEKERS via the Green Line | ILLEGAL IMMIGRATION / ASYLUM SEEKERS directly to the government-controlled areas (not via the Green Line) | ILLEGAL IMMIGRATION via the British Sovereign Base Areas* (5) |

ILLEGAL IMMIGRANTS (1) | ASYLUM SEEKERS (2) | ILLEGAL IMMIGRANTS (3) | ASYLUM SEEKERS (4) |

Μay 2006 | 176 | 176 | 143 | 0 | 0 | 0 |

June 2006 | 218 | 189 | 139 | 1 | 0 | 28 |

July 2006 | 223 | 211 | 151 | 2 | 0 | 10 |

August 2006 | 255 | 251 | 183 | 1 | 1 | 3 |

September 2006 | 217 | 210 | 168 | 0 | 0 | 7 |

October 2006 | 236 | 226 | 178 | 8 | 0 | 2 |

November 2006 | 262 | 262 | 235 | 0 | 0 | 0 |

December 2006 | 219 | 219 | 188 | 0 | 0 | 0 |

February 2007 | 210 | 201 | 157 | 6 | 6 | 3 |

March 2007 | 504 | 502 | 465 | 2 | 2 | 0 |

April 2007 | 247 | 247 | 205 | 0 | 0 | 0 |

MONTH/ YEAR | PERSONS | VEHICLES |

06 / 2006 | 94965 | 153747 | 248712 | 33665 | 54996 | 88661 |

07 / 2006 | 96478 | 154126 | 250604 | 34219 | 53453 | 87672 |

08 / 2006 | 110284 | 139202 | 249486 | 36588 | 52104 | 88692 |

09 / 2006 | 60986 | 98676 | 159662 | 25427 | 49020 | 74447 |

10 / 2006 | 56755 | 100720 | 157475 | 26793 | 50477 | 77270 |

11 / 2006 | 49483 | 87754 | 137237 | 22220 | 46142 | 68362 |

12 / 2006 | 47694 | 85959 | 133653 | 17053 | 33652 | 50705 |

01 / 2007 | 43670 | 89064 | 132734 | 18465 | 38663 | 57128 |

02 / 2007 | 36729 | 89786 | 126515 | 16660 | 43796 | 60456 |

03 / 2007 | 46417 | 98177 | 144594 | 22434 | 53145 | 75579 |

04 / 2007 | 56417 | 84719 | 141136 | 27133 | 47191 | 74324 |

TOTAL | 788823 | 1348215 | 2137038 | 311923 | 579753 | 891676 |

Note: According to the authorities of the Republic of Cyprus no records are kept for the return of Greek Cypriots to the government-controlled |

areas and for the return of Turkish Cypriots to the northern part of Cyprus |

SOURCE of data: Republic of Cyprus, Operation Office, Police Headquarters, 01/06/2007 |

[1] ĠU L 161, 30.4.2004, p. 128. Ir-regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1283/2005 (ĠU L 203, 4.8.2005, p. 8).

[2] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/330/KE ta' l-4 ta' Mejju 2007, ĠU L 123, 12.5.2007, p. 30.

[3] Ara l-Anness VII

[4] Skond l-awtoritajiet tar-Repubblika ta' Ċipru, ma jinżamm l-ebda reġistru fir-rigward tar-ritorn ta’ Ċiprijotti Griegi lejn iż-żoni kkontrollati mill-gvern u dwar ir-ritorn ta’ Turko-Ċiprijotti lejn il-parti tat-Tramuntana ta' Ċipru. Ara l-Anness VII

[5] Il-“Liġi għall-Emenda tal-Kodiċi Kriminali" kienet ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali fl-20 ta’ Ottubru 2006.

L-Artikolu 303A kif ġie issa emendat jiddisponi li:

"(1) Kull persuna li, bl-intenzjoni li tikkommetti frodi, tinnegozja f’beni immobbli li jkunu propjetà ta’ ħaddieħor hija ħatja ta' reat u hija suġġett għal piena ta’ impriġunerija ta’ seba’ snin.

(2) Għall-finijiet ta' dan l-artikolu, persuna tiġi kkunsidrata li qed tinnegozja fi propjetà immobbli meta:

(a) [dik il-persuna] tbigħ, jew tikri jew tagħti b’ipoteka lil ħaddieħor jew timponi xi piż bi kwalunkwe mod jew tagħmel disponibbli għall-użu minn ħaddieħor propjetà immobbli, jew

(b) tirreklama jew b’xi mod ieħor tippromwovi l-bejgħ jew il-kiri jew l-ipotekar jew l-impożizzjoni ta' kwalunkwe piż fuq propjetà immobbli lil ħaddieħor jew l-użu tagħha minn ħaddieħor, jew

(c) tikkonkludi ftehim għall-bejgħ jew għall-kiri jew għall-ipotekar lil ħaddieħor jew għall-impożizzjoni ta' piż bi kwalunkwe mod għall-benefiċċju ta’ ħaddieħor, jew għall-użu minn ħaddieħor ta’ propjetà immobbli, jew

(d) taċċetta l-propjetà immobbli li tkun is-soġġett tan-negozjar kif dan huwa mfisser f'dan is-subartikolu.

(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolui, persuna taġixxi b’intenzjoni li tikkommetti frodi jekk, meta tikkommetti kwalunkwe azzjoni msemmija fis-subatrikolu (2), din il-persuna tkun taf jew, taħt iċ-ċirkostanzi, kellha raġonevolment tkun taf, li hija m’għandhiex il-kunsens tas-sid irreġistrat tal-propjetà immobbli, jew ta’ kwalunkwe persuna oħra li għandha l-awtorità legali li tagħti dan il-kunsens.”

[6] Iċ-ċifri tal-Pulizija ta' l-RoC li waslu lill-Kummissjoni fir-rigward ta' dawk l-immigranti illegali li nstabet dokumentazzjoni fil-pussess tagħhom (1513-il persuna). Għall-finijiet ta’ dan ir-rapport dawn ġew imqabbla maċ-ċifra globali ta’ 2844 immigrant illegali li, skond il-Pulizija tar-Repubblika ta' Ċipru, qasmu l-Linja b’mod illegali (ara l-Anness VI).

[7] Skond il-Pulizija tar-Repubblika ta' Ċipru, madwar żewġ terzi fosthom kellhom viża Torka valida wkoll għall-parti tat-Tramuntana ta’ Ċipru, filwaqt li bejn wieħed u ieħor terz minnhom kellhom viża Torka flimkien ma' 'viża' tat-'TRNC'.

[8] Ara l-Anness VI

[9] Il-konfessjonijiet u s-suppożizzjonijiet huma rilevanti f’dawk il-każi fejn il-Pulizija Ċiprijotta m’hix fil-pussess ta' dokumentazzjoni dwar l-immigrant illegali.

[10] Matul il-perjodu tar-rappurtaġġ, żewġ ħelikopters wettqu ammont totali ta’ 115 siegħa ta' titjir ta' għassa, inkluża l-għassa tal-Linja l-Ħadra.

[11] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1480/2004 ta' l-10 ta' Awissu 2004, ĠU L 272, 20.8.2004, p. 3.

[12] Ara l-Annessi I and II

[13] Ara l-Anness III. F’Lulju 2006 tħassru fl-aħħar minuta żewġ kunsinni kbar ta’ patata li kellhom jintbagħtu mill-Port ta’ Limassol lejn Stati Membri ta’ l-UE, wara li saret pressjoni mmotivata politikament fuq negozjanti Turko-Ċiprijotti. Ara wkoll il-punt 3.5 aktar ’l isfel

[14] Ara l-Anness IV

[15] Tat-trakkijiet Turko-Ċiprijotti kollha b'piż gross massimu li jaqbeż it-3.5 tunnellati.

[16] Fil-każ tat-trakkijiet Turko-Ċiprijotti kollha b'piż gross massimu ta’ 7.5 tunnellati jew iżjed

[17] Studju intitolat " Sustainability and Sources of Economic Growth in the northern part of Cyprus ", 2006, iffinanzjat fil-qafas tal-programm iffinanzjat mill-UE "Partenarjat għall-Futur", li hu ġestit mill-UNDP.

[18] L-Artikolu 398 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (l-Artikolu 29(2) preċedenti tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE).

[19] Dwar il-problemi fil-kummerċ tal-patata li mhix għall-konsum fir-Repubblika ta' Ċipru ara l-punt 3.5 aktar ’il fuq

[20] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1480/2004 ta' l-10 ta' Awissu 2004, ĠU L 272, 20.8.2004, p. 3.

[21] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/330/KE tal-4 ta' Mejju 2007, ĠU L 123, 12.5.2007, p. 30.

[22] It-taqsima 3.7 aktar ’il fuq