|
29.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/86 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/838
tat-28 ta' Mejju 2015
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/909/UE billi testendi l-perijodu ta' applikazzjoni tal-miżuri protettivi f'dak li għandu x'jaqsam mal-koleotteru tal-ġabsala fl-Italja
(notifikata bid-dokument C(2015) 3558)
(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku, applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implementazzjoni tal-Kummissjoni 2014/909/UE (3) stabbiliet ċerti miżuri protettivi wara notifika mill-Italja fil-11 ta' Settembru 2014 dwar il-preżenza tal-koleotteru tal-ġabsala (Aethina tumida) fir-reġjuni tal-Kalabrija u ta' Sqallija. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/909/UE tapplika sal-31 ta' Mejju 2015. Madankollu, peress li l-ispezzjonijiet u l-investigazzjonijiet epidemjoloġiċi kif speċifikat fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/909/UE, kif ukoll is-sorveljanza attiva rigward il-preżenza tal-koleotteru tal-ġabsala fir-reġjuni Taljani ikkonċernati għadhom ma tlestewx, is-sitwazzjoni epidemjoloġika għadha ma ġietx stabbilita, minkejja n-nuqqas ta' okkorrenzi minn Diċembru li għadda. |
|
(3) |
Għalhekk, fid-dawl ta' din is-sitwazzjoni tranżitorja u sakemm ikun hemm aktar informazzjoni dwar is-sorveljanza li għaddejja, huwa neċessarju li l-applikazzjoni tal-miżuri previsti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/909/UE tiġi estiża sat-tmiem mistenni tal-istaġun attwali tat-trobbija tan-naħal f'dawk ir-reġjuni, fl-aħħar ta' Novembru 2015. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/909/UE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/909/UE huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta' Novembru 2015.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2015.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Deċizjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/909/UE tat-12 ta' Diċembru 2014 dwar ċerti miżuri protettivi fir-rigward tal-okkorrenzi konfermati tal-koleotteru tal-ġabsala fl-Italja (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 161).