31.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9775 — Global Payments/CaixaBank/MoneyToPay)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 104/05)

1.   

Fit-23 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Global Payments Inc.(“Global Payments”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

CaixaBank, S.A. (“CaixaBank”, Spanja),

—

CaixaBank Electronic Money E.D.E., S.L. (“MoneyToPay”, Spanja).

Global Payments u CaixaBank jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ MoneyToPay.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Global Payments: fornitur mad-dinja kollha ta’ soluzzjonijiet tat-teknoloġija għall-pagamenti, inklużi soluzzjonijiet għall-intrapriżi u ta’ ġestjoni tal-pagamenti (prinċipalment fl-Istati Uniti tal-Amerka), ipproċessar ta’ karti tal-pagamenti, soluzzjonijiet ta’ purtal għal pagamenti online u servizzi u prodotti ta’ affiljazzjoni ta’ kummerċjanti.

—

CaixaBank: grupp multinazzjonali ta’ servizzi finanzjarji. Huwa jipprovdi prinċipalment servizzi bankarji (lill-konsumaturi, servizzi korporattivi, servizzi bankarji privati), investimenti kollettivi u servizzi ta’ titolizzazzjoni kif ukoll il-provvista ta’ prodotti speċjalizzati tal-assigurazzjoni fi Spanja u l-Portugall.

—

MoneyToPay: kumpanija li toħroġ prodotti ta’ pagamenti mħallsa minn qabel fi Spanja, il-Portugall u l-Awstrija. Dawn il-prodotti huma karti ta’ pagamenti tal-VISA mħallsa minn qabel u oġġetti li jintlibsu, li jistgħu jiġu aċċettati universalment fi kull ħanut u prodotti speċjali mħallsa minn qabel li huma aċċettat biss fi ħwienet speċifiċi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

Il-Każ M.9775 — Global Payments/CaixaBank/MoneyToPay

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQU/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.