<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-134/19 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0134</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:793">EU:C:2020:793</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20201006">6.10.2020</DATE> – C‑134/19 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20201006">6 ta’ Ottubru 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 29 TUE –Artikolu 215 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri restrittivi meħudin kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran</KEYWORD><KEYWORD>Dannu allegatament subit mill-appellanti wara l-iskrizzjoni u ż-żamma tal-isem tagħha fil-lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għad-danni</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi dwar it-talba għal kumpens għal dannu allegatament subit minħabba miżuri restrittivi previsti mid-deċiżjonijiet rilevanti tal-PESK</KEYWORD><KEYWORD>Ksur suffiċjentement serju ta’ regola tad-dritt intiża li tagħti drittijiet lill-individwi</KEYWORD><KEYWORD>Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni għal atti li jistabbilixxu miżuri restrittivi</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑134/19 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fit-<DATE ISO="20190218">18 ta’ Frar 2019</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Bank Refah Kargaran</HT>, stabbilita f’Teheran (l-Iran), irrappreżentata minn J.‑M. Thouvenin u I. Boubaker, avukati,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn M. Bishop u V. Piessevaux, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, inizjalment irrappreżentata minn R. Tricot, C. Zadra u A. Tizzano, sussegwentement minn L. Gussetti, A. Bouquet, R. Tricot u J. Roberti di Sarsina, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, R. Silva de Lapuerta, Viċi President, A. Arabadjiev, A. Prechal, M. Vilaras, M. Safjan (Relatur) u S. Rodin, Presidenti ta’ Awla, E. Juhász, M. Ilešič, J. Malenovský, F. Biltgen, K. Jürimäe, A. Kumin, N. Jääskinen u N. Wahl, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Hogan,</P><P>Reġistratur: M. Krausenböck, Amministratriċi,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20200309">9 ta’ Marzu 2020</DATE>,</VISA><?PAGE NO="2"?><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20200528">28 ta’ Mejju 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, Bank Refah Kargaran titlob l-annullament parzjali tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-<DATE ISO="20181210">10 ta’ Diċembru 2018</DATE>, Bank Refah Kargaran vs Il‑Kunsill (T‑552/15, mhux ippubblikata, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:897">EU:T:2018:897</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha din ċaħdet ir-rikors tagħha li għandu bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex tikseb kumpens għad-danni li hija ġarrbet minħabba l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi fil-konfront tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża ġew indikati fil-punti 1 sa 13 tas-sentenza appellata, kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>1</NO.P><TXT>Din il-kawża ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ miżuri restrittivi adottati sabiex issir pressjoni fuq ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran sabiex din tal-aħħar ittemm l-attivitajiet nukleari li joħolqu riskju ta’ proliferazzjoni u żvilupp ta’ vetturi ta’ armi nukleari.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, Bank Refah Kargaran, hija bank Iranjan.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20100726">26 ta’ Lulju 2010</DATE>, l-isem tar-rikorrenti ġie inkluż fil-lista ta’ entitajiet li jikkontribwixxu għall-proliferazzjoni nukleari li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-<DATE ISO="20100726">26 ta’ Lulju 2010</DATE> dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="195" PAGE.FIRST="39" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 195, p. 39</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="197" PAGE.FIRST="19" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 197, p. 19</REF.DOC.OJ>). L-inklużjoni ta’ isimha kienet motivata mill-fatt li hija kienet bagħtet tranżazzjonijiet li kienu għaddejjin minn Bank Melli Iran wara l-adozzjoni tal-miżuri restrittivi li jikkonċernaw lil din tal-aħħar.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-isem tar-rikorrenti ġie inkluż, għall-istess raġuni, fil-lista li tinsab fl-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 tad-<DATE ISO="20070419">19 ta’ April 2007</DATE> dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335M" PAGE.FIRST="969" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 335M, p. 969</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="064M" PAGE.FIRST="423" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 64M, p. 423</REF.DOC.OJ>), bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010 tas-<DATE ISO="20100726">26 ta’ Lulju 2010</DATE> li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="195" PAGE.FIRST="25" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 195, p. 25</REF.DOC.OJ>). Wara li r-Regolament Nru 423/2007 tħassar permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 tal-<DATE ISO="20101025">25 ta’ Ottubru 2010</DATE> dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="281" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 281, p. 1</REF.DOC.OJ>), isem ir-rikorrenti ġie inkluż fil-lista li tinsab fl-Anness VIII ta’ dan l-aħħar regolament.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK tal-<DATE ISO="20101025">25 ta’ Ottubru 2010</DATE> li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="281" PAGE.FIRST="81" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 281, p. 81</REF.DOC.OJ>), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea żamm isem ir-rikorrenti fil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK tal-<DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE> li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="319" PAGE.FIRST="71" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 319, p. 71</REF.DOC.OJ>) ma emendatx din il-lista fir-rigward tar-rikorrenti.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista li tinsab fl-Anness VIII tar-Regolament Nru 961/2010 nżammet bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011 tal-<DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE> li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="319" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 319, p. 11</REF.DOC.OJ>). Ir-Regolament Nru 961/2010 tħassar bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-<DATE ISO="20120323">23 ta’ Marzu 2012</DATE> dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="088" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 88, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="332" PAGE.FIRST="31" DATE.PUB="2012">ĠU 2012,<?PAGE NO="3"?> L 332, p. 31</REF.DOC.OJ>, fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="093" PAGE.FIRST="85" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 93, p. 85</REF.DOC.OJ>, u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="297" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 297, p. 8</REF.DOC.OJ>). Isem ir-rikorrenti ġie inkluż fil-lista li tinsab fl-Anness IX ta’ dan l-aħħar regolament. Il-motivi użati fir-rigward tar-rikorrenti ma ġewx emendati.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid-<DATE ISO="20110119">19 ta’ Jannar 2011</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat rikors, irreġistrat bin-numru T‑24/11, intiż, b’mod partikolari, għall-annullament tad-Deċiżjoni 2010/644 u tar-Regolament Nru 961/2010, sa fejn dawn kienu jikkonċernawha. Sussegwentement, ir-rikorrenti adattat it-talbiet tagħha sabiex titlob l-annullament tad-Deċiżjoni 2011/783, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1245/2011 u tar-Regolament Nru 267/2012, sa fejn dawn l-atti kienu jikkonċernawha.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fil-punt 83 tas-sentenza tas-<DATE ISO="20130906">6 ta’ Settembru 2013</DATE>, Bank Refah Kargaran vs Il‑Kunsill (T‑24/11, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>sentenza ta’ annullament<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:403">EU:T:2013:403</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali laqgħet it-tieni motiv imqajjem mir-rikorrenti, sa fejn invoka ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali annullat, essenzjalment, l-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrenti fil-listi li jinsabu fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/644, u sussegwentement bid-Deċiżjoni 2011/783, fl-Anness VIII tar-Regolament Nru 961/2010, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1245/2011, u fl-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fis-sentenza ta’ annullament, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet ukoll li l-effetti tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/644, u sussegwentement bid-Deċiżjoni 2011/783, fir-rigward tar-rikorrenti kienu miżmuma sakemm jidħol fis-seħħ l-annullament tal-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012, sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Wara s-sentenza ta’ annullament, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK tal-<DATE ISO="20131115">15 ta’ Novembru 2013</DATE> li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="306" PAGE.FIRST="18" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 306, p. 18</REF.DOC.OJ>), isem ir-rikorrenti ġie inkluż mill-ġdid fil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Konsegwentement, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013 tal-<DATE ISO="20131115">15 ta’ Novembru 2013</DATE> li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="306" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 306, p. 3</REF.DOC.OJ>), l-isem tar-rikorrenti ġie inkluż mill-ġdid fil-lista li tinsab fl-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012. Il-motivazzjoni li ġejja ġiet adottata fir-rigward tar-rikorrenti:</TXT><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Entità li tipprovdi sostenn lill-Gvern Iranjan. Tappartjeni 94 % lill-Iranian Social Security Organisation (l-Organizzazzjoni tas-Sigurtà Soċjali Iranjana) li, min-naħa tagħha, hija kkontrollata mill-Gvern Iranjan, u tipprovdi servizzi bankarji lill-ministeri tal-gvern.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20140128">28 ta’ Jannar 2014</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat rikors intiż, b’mod partikolari, għall-annullament tad-Deċiżjoni 2013/661 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1154/2013, sa fejn dawn l-atti kienu jikkonċernawha. Permezz ta’ sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161130">30 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Bank Refah Kargaran vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑65/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:692">EU:T:2016:692</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors. Din is-sentenza ma ġietx appellata.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20150925">25 ta’ Settembru 2015</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat rikors intiż għall-kundanna tal-Unjoni sabiex tikkumpensa d-danni li jirriżultaw mill-adozzjoni u miż-żamma tal-miżuri restrittivi li jikkonċernawha, li ġew annullati permezz tas-sentenza ta’ annullament, billi tħallasha s-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">68651318</FT>, miżjuda bl-interessi legali,<?PAGE NO="4"?> bħala dannu materjali u s-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">52547415</FT>, miżjuda bl-interessi legali, għad-dannu morali, kif ukoll, sussidjarjament, sabiex il-Qorti Ġenerali tikkonstata li l-ammont kollu jew parti mis-somom mitluba bħala dannu morali jiġi kkunsidrat li jaqa’ taħt id-dannu materjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors fl-intier tiegħu u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fil-punti 25 sa 32 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali eżaminat <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-ġurisdizzjoni tagħha sabiex tiddeċiedi fuq ir-rikors għad-danni fid-dawl tad-Deċiżjonijiet 2010/413, 2010/644 u 2011/783, adottati fil-kuntest tal-politika barranija u ta’ sigurtà komuni (PESK).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fil-punt 27 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali rrilevat li r-rikorrenti ma kinitx għamlet distinzjoni bejn, minn naħa, ir-responsabbiltà tal-Unjoni li tirriżulta mill-adozzjoni tad-Deċiżjonijiet 2010/413, 2010/644 u 2011/783 fil-kuntest tal-PESK u, min-naħa l-oħra, dik li tirriżulta mill-adozzjoni tar-Regolamenti Nri 961/2010 u 267/2012 kif ukoll mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1245/2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali, fil-punt 30 tas-sentenza appellata, qieset li mis-sitt sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE u mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE jirriżulta li l-qorti tal-Unjoni, bħala prinċipju, ma kellhiex ġurisdizzjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tad-dritt primarju dwar il-PESK u lanqas f’dak li jirrigwarda l-atti legali adottati abbażi tagħhom u li kien biss b’mod eċċezzjonali li, konformement mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE, il-qorti tal-Unjoni kellha ġurisdizzjoni fil-qasam tal-PESK. Il-Qorti Ġenerali żiedet li din il-ġurisdizzjoni kienet tinkludi, minn naħa, l-istħarriġ tal-osservanza tal-Artikolu 40 TUE u, min-naħa l-oħra, ir-rikorsi għal annullament ippreżentati minn individwi, fil-kundizzjonijiet previsti fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, kontra miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill fil-kuntest tal-PESK u li, għall-kuntrarju, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE ma jagħti lill-qorti tal-Unjoni ebda ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ kwalunkwe rikors għad-danni. Minn dan il-Qorti Ġenerali ddeduċiet li rikors għad-danni intiż għall-kumpens tad-dannu allegatament subit minħabba l-adozzjoni ta’ att fil-qasam tal-PESK ma kienx jaqa’ fil-ġurisdizzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 31 tas-sentenza appellata, li, għall-kuntrarju, hija kellha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ talba għal kumpens ta’ dannu allegatament subit minn persuna jew entità minħabba miżuri restrittivi adottati fil-konfront tagħha, skont l-Artikolu 215 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, fil-punt 32 tas-sentenza appellata, li hija ma kellhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tat-talba tar-rikorrenti sa fejn din it-talba kienet intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit minħabba miżuri restrittivi previsti mid-Deċiżjonijiet 2010/413, 2010/644 u 2011/783 u li hija ma kellhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq ir-rikors ħlief sa fejn dan kien intiż sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni minħabba r-Regolamenti Nri 961/2010 u 267/2012 kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1245/2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-eżami tal-fondatezza tar-rikors għad-danni sa fejn dan kien jikkonċerna r-regolamenti msemmija fil-punt preċedenti, il-Qorti Ġenerali vverifikat jekk il-kundizzjoni dwar l-illegalità tal-aġir li biha huwa akkużat il-Kunsill kinitx issodisfatta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fil-punt 41 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali rrilevat li, fis-sentenza ta’ annullament, hija kienet annullat l-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrenti fil-listi li jinsabu fl-Anness VIII tar-Regolament Nru 961/2010, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1245/2011, u fl-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012, abbażi tal-ilment ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, billi kkonstatat li r-raġuni għal din l-inklużjoni ma kinitx preċiża biżżejjed.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 43 tas-sentenza appellata li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, stabbilit fl-Artikolu 296 TFUE, ma kienx fih innifsu ta’ natura li jistabbilixxi r-responsabbiltà tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali żiedet, fil-punt 45 tas-sentenza appellata, li, fis-sentenza ta’ annullament, hija kienet annullat il-miżuri restrittivi li jikkonċernaw lir-rikorrenti abbażi tal-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, iżda ma kinitx iddeċidiet fuq il-fondatezza tagħhom. Hija ppreċiżat li l-illegalità kkonstatata fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141125">25 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Safa Nicu Sepahan vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑384/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:986">EU:T:2014:986</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ikkonfermata fl-appell bis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170530">30 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Safa Nicu Sepahan vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:402">EU:C:2017:402</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kienet għalhekk ta’ natura differenti u li, peress li l-Qorti Ġenerali ma ddeċidietx f’din l-aħħar sentenza dwar il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni mill-Kunsill, l-appellanti ma setgħetx tislet argument minn dan dwar l-istabbiliment ta’ ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>It-tieni nett, fil-punt 49 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali indikat li r-rikorrenti kienet għamlet riferiment għall-punt 82 tas-sentenza ta’ annullament, li fiha l-Qorti Ġenerali kienet affermat li l-Kunsill kien kiser l-obbligu li jiġu kkomunikati lilha, fil-kwalità tagħha ta’ entità kkonċernata, il-provi prodotti kontriha f’dak li jirrigwarda r-raġuni adottata għall-miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi deċiżi fir-rigward tagħha. Madankollu, il-Qorti Ġenerali qieset li din l-affermazzjoni kellha tinqara fid-dawl tal-argument tar-rikorrenti, imsemmi fil-punt 68 tal-imsemmija sentenza ta’ annullament, li jgħid li l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni ma ġietx mitigata mid-dokumenti kkomunikati sussegwentement mill-Kunsill. Il-Qorti Ġenerali żiedet, fil-punt 50 tas-sentenza appellata, li din l-affermazzjoni ma kinitx ta’ natura li tistabbilixxi waħedha l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju tad-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali enfasizzat, fil-punt 51 tas-sentenza appellata, li, peress li r-rikorrenti ppreżentat rikors kontra l-miżuri restrittivi li jikkonċernawha u peress li l-Qorti Ġenerali annullat dawn il-miżuri fis-sentenza ta’ annullament, hija ma setgħetx tinvoka l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju tad-dritt tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>It-tielet nett, fil-punti 52 sa 58 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali eżaminat l-argument imressaq mir-rikorrenti fir-replika tagħha, li l-Kunsill, billi inkluda illegalment isimha fil-listi ta’ persuni suġġetti għal miżuri restrittivi, ma applikax il-kriterju li huwa kien allega li applika, jiġifieri dak li jirrigwarda l-entitajiet li assistew lill-persuni jew lill-entitajiet indikati sabiex jevadu d-dispożizzjonijiet previsti minn ċerti riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mid-Deċiżjoni 2010/413, jew li kisrithom, peress li l-motivazzjoni adottata għall-iskrizzjoni ta’ isimha, jiġifieri li hija bagħtet tranżazzjonijiet ta’ Bank Melli Iran, ma tikkorrispondix għal dan il-kriterju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali qieset, fil-punt 55 tas-sentenza appellata, li l-motiv u l-argumenti mqajma fir-rikors, intiżi sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju ta’ regola ta’ dritt li tagħti drittijiet lill-individwi li jistgħu jagħtu lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni, kienu bbażati biss fuq l-illegalitajiet allegatament ikkonstatati mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza ta’ annullament u li, fost dawn l-illegalitajiet, ir-rikorrenti ma kinitx invokat, fl-istadju tar-rikors, allegata illegalità bbażata fuq l-assenza ta’ konformità tar-raġuni għall-inklużjoni ta’ isimha fil-listi tal-persuni intiżi minn miżuri restrittivi mal-kriterju applikat mill-Kunsill.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali żiedet, fil-punti 56 u 57 tas-sentenza appellata, li, barra minn hekk, l-argument imressaq mir-rikorrenti fir-replika tagħha kien differenti minn dak li jinsab fir-rikors sa fejn ma kienx ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, iżda fuq kontestazzjoni tal-fondatezza tal-motivi tal-inklużjoni tagħha u li l-argument imressaq mir-rikorrenti fir-replika ma setax, għaldaqstant, jitqies bħala estensjoni tal-motiv imqajjem fir-rikors. Minn dan il-Qorti Ġenerali ddeduċiet, fil-punt 58 tas-sentenza appellata, li, peress li kien biss fl-istadju tar-replika li r-rikorrenti kienet qajmet dan l-argument u peress li ma kien marbut ma’ ebda motiv jew argument imqajjem fir-rikors, kien hemm lok li dan jiġi kklassifikat bħala motiv ġdid u, għaldaqstant, li jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, fil-punti 59 u 60 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-kundizzjoni għall-istabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni dwar l-illegalità tal-aġir li bih huwa akkużat il-Kunsill ma kinitx issodisfatta f’dan il-każ u li, għaldaqstant, ir-rikors kellu jiġi miċħud, mingħajr ma kien neċessarju li jiġu eżaminati l-kundizzjonijiet l-oħra għall-istabbiliment ta’ tali responsabbiltà.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, l-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla parzjalment is-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>prinċipalment, tikkundanna lill-Unjoni tikkumpensa d-danni li jirriżultaw mill-adozzjoni u miż-żamma tal-miżuri restrittivi li jikkonċernawha, li ġew annullati permezz tas-sentenza ta’ annullament, billi tħallasha s-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">68651318</FT> bħala kumpens għad-dannu materjali tagħha u s-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">52547415</FT> bħala kumpens għad-dannu morali tagħha;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali; u</P></ITEM><ITEM><P>fiż-żewġ każijiet, tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Kunsill jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell; u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż tal-proċeduri kollha.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell; u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Dwar il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, fil-punt 32 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> li hija ma kellhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tat-talba għal kumpens tar-rikorrenti sa fejn din it-talba kienet intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit minħabba miżuri restrittivi previsti minn deċiżjonijiet li jaqgħu taħt il-PESK, ibbażati fuq l-Artikolu 29 TUE (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>deċiżjonijiet PESK<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Filwaqt li titlob, fl-appell tagħha, l-annullament tas-sentenza appellata fl-intier tagħha, inkluż il-parti ta’ din is-sentenza li tiċħad it-talba għad-danni intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit minħabba miżuri restrittivi previsti minn deċiżjonijiet PESK, l-appellanti ma tikkontestax din il-kunsiderazzjoni bħala tali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Madankollu, sa fejn il-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabiex tieħu konjizzjoni ta’ tilwima hija ta’ ordni pubbliku, tali kwistjoni tista’ f’kull mument tal-proċedura tiġi eżaminata, anki <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, mill-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151112">12 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Elitaliana vs Eulex Kosovo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑439/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:753">EU:C:2015:753</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, bħala prinċipju, ma għandhiex ġurisdizzjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar il-PESK kif ukoll fir-rigward tal-atti adottati abbażi tagħhom (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140624">24 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑658/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2025">EU:C:2014:2025</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rosneft</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑72/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:236">EU:C:2017:236</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Madankollu, it-Trattati jistabbilixxu espliċitament żewġ eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju. Fil-fatt, minn naħa, kemm l-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE kif ukoll it-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE jipprevedu li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha ġurisdizzjoni sabiex tistħarreġ l-osservanza tal-Artikolu 40 TUE. Min-naħa l-oħra, l-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE tagħti lill-Qorti tal-Ġustizzja l-ġurisdizzjoni sabiex tistħarreġ il-legalità ta’ ċerti deċiżjonijiet previsti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE. Min-naħa tagħha, din id-dispożizzjoni tal-aħħar tipprevedi l-ġurisdizzjoni tal-imsemmija Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi dwar ir-rikorsi, ippreżentati fil-kundizzjonijiet previsti fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, dwar l-istħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill adottati abbażi tad-dispożizzjonijiet dwar il-PESK, li jipprevedu miżuri restrittivi kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rosneft</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑72/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:236">EU:C:2017:236</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan il-każ, permezz tas-sentenza ta’ annullament, il-Qorti Ġenerali annullat minħabba insuffiċjenza ta’ motivazzjoni, sa fejn dawn kienu jikkonċernaw lir-rikorrenti, deċiżjonijiet PESK, kif ukoll regolamenti bbażati fuq l-Artikolu 215 TFUE, dwar miżuri restrittivi u li, filwaqt li ma jaqgħux taħt il-PESK, kienu jimplimentaw l-imsemmija deċiżjonijiet. Fir-rikors għad-danni tagħha wara s-sentenza ta’ annullament, ir-rikorrenti ma għamlitx distinzjoni bejn, minn naħa, ir-responsabbiltà tal-Unjoni li tirriżulta minn dawn id-deċiżjonijiet PESK u, min-naħa l-oħra, dik li tirriżulta minn dawn ir-regolamenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Issa, huwa paċifiku li, kif barra minn hekk iddeċidiet korrettement il-Qorti Ġenerali, essenzjalment, fil-punt 31 tas-sentenza appellata, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tat-talba għall-kumpens tad-dannu allegatament subit mill-appellanti minħabba miżuri restrittivi previsti fir-rigward tagħha mill-imsemmija regolamenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà applikat kundizzjonijiet dwar l-istabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni wara l-annullament ta’ regolamenti bbażati fuq l-Artikolu 215 TFUE, b’mod partikolari fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170530">30 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Safa Nicu Sepahan vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:402">EU:C:2017:402</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ċertament, l-Artikolu 275 TFUE ma jsemmix espressament il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabiex tiddeċiedi dwar id-dannu allegatament subit minħabba miżuri restrittivi previsti minn deċiżjonijiet PESK.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Madankollu, minn naħa, l-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) TUE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE jintroduċu deroga għar-regola tal-ġurisdizzjoni ġenerali li l-Artikolu 19 TUE jagħti lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabiex tiżgura l-osservanza tad-dritt fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tat-Trattati. Konsegwentement, l-imsemmija Artikolu 24(1) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 275 għandhom jiġu interpretati b’mod restrittiv (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140624">24 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑658/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2025">EU:C:2014:2025</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160719">19 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>H vs Il‑Kunsill <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑455/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:569">EU:C:2016:569</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Sussegwentement, ir-rikors għad-danni jikkostitwixxi rimedju awtonomu li għandu l-funzjoni partikolari tiegħu fil-kuntest tas-sistema tar-rimedji ġudizzjarji u suġġett għal kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju maħsuba fid-dawl tal-għan speċifiku tiegħu (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19710428">28 ta’ April 1971</DATE>, <NAME.CASE>Lütticke vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>4/69</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1971:40">EU:C:1971:40</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0006">6</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190910">10 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>HTTS vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑123/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:694">EU:C:2019:694</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ir-rikors għad-danni għandu jiġi evalwat fid-dawl tas-sistema kollha ta’ protezzjoni ġudizzjarja tal-individwi stabbilita mit-Trattati (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19791205">5 ta’ Diċembru 1979</DATE>, <NAME.CASE>Amylum u Tunnel Refineries vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>116/77 u 124/77</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:273">EU:C:1979:273</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19840412">12 ta’ April 1984</DATE>, <NAME.CASE>Unifrex vs Il‑Kummissjoni u Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>281/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1984:165">EU:C:1984:165</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), peress li dan ir-rikors jikkontribwixxi għan-natura effettiva ta’ din il-protezzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060912">12 ta’ Settembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Reynolds Tobacco <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑131/03 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:541">EU:C:2006:541</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll 83).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kemm mill-Artikolu 2 TUE, li jinsab fid-dispożizzjonijiet komuni tat-Trattat UE, kif ukoll mill-Artikolu 21 TUE, dwar l-azzjoni esterna tal-Unjoni, li għalih jirreferi l-Artikolu 23 TUE, dwar il-PESK, jirriżulta li l-Unjoni hija bbażata, b’mod partikolari, fuq il-valur tal-Istat tad-dritt (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rosneft</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑72/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:236">EU:C:2017:236</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jikkostitwixxi affermazzjoni mill-ġdid tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, jeżiġi, fl-ewwel paragrafu tiegħu, li kull persuna li d-drittijiet u l-libertajiet tagħha ggarantiti mid-dritt tal-Unjoni ġew miksura jkollha d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti, fl-osservanza tal-kundizzjonijiet previsti f’dan l-artikolu. L-eżistenza stess ta’ stħarriġ ġudizzjarju effettiv intiż sabiex tiġi żgurata l-osservanza tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni hija inerenti għall-eżistenza ta’ Stat tad-dritt (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rosneft</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑72/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:236">EU:C:2017:236</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Issa, kif tfakkar fil-punti 29 u 30 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq rikors għad-danni sa fejn dan jikkonċerna miżuri restrittivi previsti minn regolamenti bbażati fuq l-Artikolu 215 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Dan l-artikolu, li jistabbilixxi rabta bejn l-għanijiet tat-Trattat UE fil-qasam tal-PESK u l-azzjonijiet tal-Unjoni li jinvolvu miżuri ekonomiċi li jaqgħu taħt it-Trattat FUE, jippermetti l-adozzjoni ta’ regolamenti mill-Kunsill, li jiddeċiedi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli u tal-Kummissjoni, sabiex jagħti effett lil miżuri restrittivi meta dawn jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat FUE, kif ukoll, b’mod partikolari, sabiex tiġi ggarantita l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rosneft</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑72/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:236">EU:C:2017:236</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, u kif irrileva essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punti 67 u 68 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-koerenza neċessarja tas-sistema ta’ protezzjoni ġudizzjarja prevista mid-dritt tal-Unjoni teżiġi li, sabiex tiġi evitata lakuna fil-protezzjoni ġudizzjarja tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kkonċernati, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jkollha wkoll ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar id-dannu allegatament subit minħabba miżuri restrittivi previsti minn deċiżjonijiet PESK.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kunsill ma jistax ikun koerenti meta jsostni li, peress li r-regolamenti bbażati fuq l-Artikolu 215 TFUE jirriproduċu, essenzjalment, id-deċiżjonijiet li għandhom bħala bażi legali l-Artikolu 29 TUE, il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabiex tiddeċiedi dwar id-dannu allegatament subit minħabba miżuri restrittivi adottati skont l-Artikolu 215 TFUE tiżgura protezzjoni ġudizzjarja sħiħa tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirrikonoxxi l-Kunsill stess, id-deċiżjonijiet PESK u r-regolamenti bbażati fuq l-Artikolu 215 TFUE intiżi sabiex jimplimentawhom jistgħu ma jkunux materjalment identiċi. B’mod partikolari, fir-rigward tal-persuni fiżiċi, restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni fit-territorju tal-Istati Membri jistgħu jiġu inklużi f’deċiżjonijiet PESK, mingħajr ma neċessarjament jiġu inklużi f’regolamenti bbażati fuq l-Artikolu 215 TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-indikazzjoni pubblika tal-persuni suġġetti għal miżuri restrittivi hija akkumpanjata minn kritika u nuqqas ta’ fiduċja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130528">28 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Abdulrahim vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑239/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:331">EU:C:2013:331</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata), li minnha ma jistax jiġi eskluż li dawn jistgħu jikkawżaw dannu u jiġġustifikaw il-preżentata ta’ rikors għad-danni sabiex jintalab il-kumpens tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva tal-persuni jew entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi jeżiġi, sabiex din il-protezzjoni tkun kompleta, li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tkun tista’ tiddeċiedi fuq rikors għad-danni ppreżentat minn dawn il-persuni jew entitajiet u intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-danni kkawżati minn miżuri restrittivi previsti minn deċiżjonijiet PESK.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali u, fil-każ ta’ appell, il-Qorti tal-Ġustizzja huma kompetenti sabiex jiddeċiedu fuq rikors għad-danni sa fejn dan huwa intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit minħabba miżuri restrittivi meħuda kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi u previsti minn deċiżjonijiet PESK.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni ma hijiex ikkontestata mill-argument tal-Kunsill ibbażat fuq is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070227">27 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Gestoras Pro Amnistía <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑354/04 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:115">EU:C:2007:115</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070227">27 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Segi <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑355/04 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:116">EU:C:2007:116</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Minn dawk is-sentenzi jirriżulta li, fil-kuntest tat-Trattati li kienu fis-seħħ dak iż-żmien, l-Artikolu 35 UE ma kien jattribwixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ebda ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ kwalunkwe rikors għad-danni fir-rigward tat-Titolu VI tat-Trattat UE, fil-verżjoni tiegħu qabel it-Trattat ta’ Lisbona, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-Kunsill jibbaża ruħu fuq is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070227">27 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Segi <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑355/04 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:116">EU:C:2007:116</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll 56), sabiex isostni li għandha tinżamm l-istess interpretazzjoni fir-rigward tal-PESK, li kienet is-suġġett tat-Titolu V tat-Trattat UE, fil-verżjoni tiegħu preċedenti għat-Trattat ta’ Lisbona, peress li l-qrati tal-Istati Membri biss għandhom ġurisdizzjoni fir-rigward tar-rikorsi għad-danni ppreżentati f’dan il-qasam.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-istruttura tat-trattati nbidlet meta mqabbla ma’ dik eżistenti fid-data tal-fatti inkwistjoni fil-kawżi li taw lok għas-sentenzi msemmija fil-punt 45 ta’ din is-sentenza. Minn dak iż-żmien, it-Trattat ta’ Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>, billi ta lill-Unjoni personalità ġuridika unika, stabbilita fl-Artikolu 47 TUE, temm is-separazzjoni li qabel saret bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni Ewropea. Dan huwa b’mod partikolari rifless fl-integrazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-PESK fil-kuntest ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, peress li din il-politika hija madankollu suġġetta għal regoli u proċeduri speċifiċi, kif jirriżulta mill-Artikolu 24 TUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rosneft</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑72/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:236">EU:C:2017:236</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Minn din l-istruttura l-ġdida jirriżulta li huma irrilevanti, sabiex tiġi evalwata l-portata attwali tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-PESK, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat UE dwar il-kompetenzi ta’ din l-istituzzjoni, applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, kif ukoll, b’estensjoni, is-sentenzi invokati mill-Kunsill.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat, fil-punt 30 tas-sentenza appellata, li rikors għad-danni intiż għall-kumpens tad-dannu allegatament subit minn persuna fiżika jew ġuridika minħabba miżuri restrittivi previsti minn deċiżjonijiet PESK ma kienx jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li, jekk il-motivi ta’ deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali jiżvelaw ksur tad-dritt tal-Unjoni iżda d-dispożittiv tagħha jidher li jkun fondat minħabba motivi legali oħra, tali ksur ma jkunx ta’ natura li jimplika l-annullament ta’ din id-deċiżjoni u għandha ssir sostituzzjoni tal-motivi (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kunsill vs LTTE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑599/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:583">EU:C:2017:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa paċifiku li s-sentenza ta’ annullament annullat deċiżjonijiet PESK kif ukoll regolamenti bbażati fuq l-Artikolu 215 TFUE għall-istess raġunijiet, li r-rikorrenti, fil-kuntest tar-rikors għad-danni tagħha, ma għamlitx distinzjoni fir-rigward tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali li tirriżulta minn dawn id-deċiżjonijiet u minn dawn ir-regolamenti u li, permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet dan l-aħħar rikors fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkunsidrat li l-iżball ta’ liġi kkonstatat fil-punt 49 ta’ din is-sentenza jibqa’ mingħajr effett fuq id-dispożittiv tas-sentenza appellata fil-każ li ebda wieħed mill-aggravji ma jwassal sabiex tiġi invalidata l-evalwazzjoni, mill-Qorti Ġenerali, tal-fondatezza tar-rikors għad-danni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni tal-atti annullati permezz tas-sentenza ta’ annullament tikkostitwixxi ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali tal-Unjoni li għandha l-għan li tagħti drittijiet lill-individwi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi meta kkunsidrat, fil-punt 43 tas-sentenza appellata, li l-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, stabbilit fl-Artikolu 296 TFUE, ma kienx fih innifsu ta’ natura li jistabbilixxi r-responsabbiltà tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-ġurisprudenza li fuqha bbażat ruħha l-Qorti Ġenerali ma hijiex rilevanti sa fejn kienet tikkonċerna atti ta’ natura regolamentari, u mhux miżuri restrittivi li għandhom portata individwali, li, bħal f’dan il-każ, għandhom effett sinjifikattiv fuq id-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-obbligu ta’ motivazzjoni huwa l-element prinċipali ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja. F’dan is-sens, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat in-natura fundamentali tal-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva f’kull proċedura li tista’ twassal għal sanzjonijiet individwali li l-effetti tagħhom huma dannużi, b’mod partikolari fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070208">8 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Groupe Danone vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑3/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:88">EU:C:2007:88</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Tali obbligu huwa iktar u iktar importanti fir-rigward ta’ deċiżjonijiet li, bħal fil-każ ta’ miżuri restrittivi li għandhom portata individwali, jimponu, mill-istess suġġett tagħhom, dannu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, sussidjarjament, l-appellanti tikkritika lill-Qorti Ġenerali li kkunsidrat li l-funzjoni tagħha ma kinitx tobbligaha twettaq evalwazzjoni <HT TYPE="ITALIC">in concreto</HT> tal-gravità tal-ksur allegat, sabiex tevalwa jekk dan kienx jikkostitwixxi ksur suffiċjentement serju ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni intiża li tagħti drittijiet lill-individwi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Il-Kunsill u l-Kummissjoni jikkontestaw dawn l-argumenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fil-punt 43 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni ma kienx fih innifsu ta’ natura li jagħti lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>L-appellanti ssostni li din il-ġurisprudenza tapplika biss fil-preżenza ta’ att regolatorju vvizzjat minn nuqqas jew minn insuffiċjenza ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fuq dan il-punt għandu jitfakkar li, mill-perspettiva tas-sistema tar-rimedji ġudizzjarji, il-motivazzjoni tal-atti ta’ portata ġenerali għandha l-għan li tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita l-istħarriġ tagħha tal-legalità fil-kuntest tal-Artikolu 263 TFUE favur il-partijiet fil-kawża li għalihom huwa miftuħ dan l-appell mit-Trattat FUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19820915">15 ta’ Settembru 1982</DATE>, <NAME.CASE>Kind vs KEE</NAME.CASE>, <NO.CASE>106/81</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1982:291">EU:C:1982:291</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Min-naħa l-oħra, l-eventwali insuffiċjenza ta’ motivazzjoni ta’ att ta’ portata ġenerali ma hijiex fiha nnifisha ta’ natura li tistabbilixxi r-responsabbiltà tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19820915">15 ta’ Settembru 1982</DATE>, <NAME.CASE>Kind vs KEE</NAME.CASE>, <NO.CASE>106/81</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1982:291">EU:C:1982:291</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030930">30 ta’ Settembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Eurocoton <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑76/01 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:511">EU:C:2003:511</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0098">98</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fl-istess sens, il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni ta’ att li jistabbilixxi miżura restrittiva ma hijiex, bħala tali, ta’ natura li tistabbilixxi r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190910">10 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>HTTS vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑123/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:694">EU:C:2019:694</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0103">103</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Konsegwentement, kuntrarjament għal dak li ssostni l-appellanti, din il-ġurisprudenza ma tapplikax biss għal att ta’ portata ġenerali, iżda wkoll għal att li jimponi miżuri restrittivi li għandhom portata individwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali ġustament ikkunsidrat, fil-punt 43 tas-sentenza appellata, li l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni tal-atti li jimponu miżuri restrittivi li jikkonċernaw lill-appellanti ma kinitx fiha nnifisha ta’ natura li tistabbilixxi r-responsabbiltà tal-Unjoni u, għaldaqstant, li tiċħad l-ewwel aggravju tal-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi ppreċiżat li l-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 296 TFUE jikkostitwixxi formalità sostanzjali li għandha tiġi distinta mill-kwistjoni tal-fondatezza tal-motivazzjoni, peress li din il-kwistjoni taqa’ taħt il-legalità sostantiva tal-att kontenzjuż. Fil-fatt, il-motivazzjoni ta’ deċiżjoni tikkonsisti fl-espressjoni formali tal-motivi li fuqhom tkun ibbażata din id-deċiżjoni. Jekk dawn il-motivi ma jkunux sostnuti jew ikunu vvizzjati bi żbalji, tali difetti jivvizzjaw il-legalità fil-mertu tad-deċiżjoni, iżda mhux il-motivazzjoni tagħha (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080710">10 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Bertelsmann u Sony Corporation of America vs Impala</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑413/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:392">EU:C:2008:392</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0181">181</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171116">16 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Ludwig-Bölkow-Systemtechnik vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑250/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:871">EU:C:2017:871</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, kif indika essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punt 88 tal-konklużjonijiet tiegħu, ir-responsabbiltà tal-Unjoni tista’ tiġi stabbilita meta, b’mod partikolari, l-atti tal-Unjoni li fuqhom hija bbażata miżura restrittiva jkunu vvizzjati b’insuffiċjenza jew minn nuqqas ta’ motivazzjoni u meta l-Kunsill ma jipprovdix elementi ta’ natura li jistabbilixxu l-fondatezza tal-imsemmija miżura, sakemm il-persuna jew l-entità kkonċernata minn din il-miżura tqajjem espressament motiv f’dan is-sens fir-rikors għad-danni tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>It-tieni aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-fatt li jinkiseb l-annullament ta’ miżuri restrittivi ma jirrendix inutli l-invokazzjoni ta’ ksur suffiċjentement serju tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>L-appellanti tirrileva li, skont il-punt 51 tas-sentenza appellata, id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva huwa ta’ natura essenzjalment proċedurali, peress li huwa limitat għad-dritt għal rikors għal annullament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Madankollu, fis-sentenza ta’ annullament, il-Qorti Ġenerali ma ddeċidietx fuq l-ilmenti kollha invokati, peress li hija annullat il-miżuri restrittivi biss minħabba l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni tal-atti li jimponu miżuri restrittivi. Issa, l-appellanti invokat ukoll il-ksur tad-dritt tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Fil-kuntest tar-rikors għad-danni tagħha, hija tista’ ssostni dan il-ksur, peress li ma ngħatatx deċiżjoni fuq l-argumenti kollha tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-appellanti tqis li l-annullament ta’ miżura restrittiva illegali ma jrendix inutli, sussegwentement, il-kritika tal-illegalità mwettqa mill-Kunsill bħala li tikkostitwixxi ksur serju tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. L-eżami ta’ ksur eventwali ta’ dan id-dritt jiddependi, għalhekk, fuq il-portata tal-marġni ta’ diskrezzjoni li kellu l-Kunsill fir-rigward tar-regola miksura, fid-dawl tal-gravità tal-aġir illegali u, b’mod partikolari, tat-tul tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170530">30 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Safa Nicu Sepahan vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:402">EU:C:2017:402</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li, anki meta miżura restrittiva tiġi annullata wara rikors għal annullament, l-illegalità mwettqa tista’ tikkostitwixxi ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni, inkluż id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Il-Kunsill u l-Kummissjoni jsostnu li dan l-aggravju għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, fil-punt 55 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-motiv u l-argumenti mqajma fir-rikors, intiżi li jistabbilixxu l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali tal-Unjoni li għandha l-għan li tagħti drittijiet lill-individwi, li jistgħu jagħtu lok għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, kienu bbażati biss fuq l-illegalitajiet ikkonstatati mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza ta’ annullament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Tali evalwazzjoni ma hijiex ikkontestata mill-appellanti fl-appell tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Issa, fir-rikors tagħha li ta lok għas-sentenza ta’ annullament, ir-rikorrenti sostniet li l-obbligu ta’ motivazzjoni tal-atti legali jirriżulta mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, iżda wkoll, b’mod partikolari, mid-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Fil-parti ta’ dan ir-rikors intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ motivazzjoni suffiċjenti<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, ir-rikorrenti kkonkludiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>[i]d-deċiżjoni li [tiġi] inkluża […] fil-listi hija għalhekk nieqsa minn motivazzjoni suffiċjenti, li jikkostitwixxi ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, tad-dritt għal amministrazzjoni tajba, tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Konsegwentement, kif ġie invokat mir-rikorrenti, l-argument ibbażat fuq id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva kien marbut, fir-realtà, mal-ilment ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u ma kienx jikkostitwixxi lment awtonomu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm huwa minnu li xejn ma jipprekludi lill-appellanti milli tinvoka, fil-kuntest ta’ rikors għad-danni bħal dak li ta lok għas-sentenza appellata, illegalità li tikkonsisti fil-ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, għandu madankollu jiġi rrilevat li r-rikorrenti baqgħet ma wrietx kif il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi sa fejn iddeċidiet, fil-punt 51 tas-sentenza appellata, li l-Kunsill ma kienx wettaq tali ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, it-tieni aggravju tal-appell għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet u s-sitt aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>It-tielet u s-sitt aggravju, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, huma bbażati fuq żball ta’ liġi u fuq żnaturament tar-rikors, sa fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet motiv invokat fir-replika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali, fil-punti 52 sa 58 tas-sentenza appellata, wettqet żball ta’ liġi meta sempliċement ivverifikat jekk waħda mill-illegalitajiet imsemmija minnha fir-replika tagħha, jiġifieri l-fatt li l-Kunsill ma applikax il-kriterju li huwa jallega li applika sabiex jidentifika l-persuni u l-entitajiet li għandhom ikunu s-suġġett tal-miżuri restrittivi, kinitx ġiet invokata espliċitament fir-rikors promotur, mingħajr ma vverifikat jekk din l-illegalità kinitx tqajmet b’mod impliċitu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Hija ssostni li l-Qorti Ġenerali kienet obbligata tistħarreġ jekk dan il-motiv kienx diġà inkluż, anki jekk f’forma embrijonika biss, fir-rikors jew jekk l-argumenti li jinsabu fir-replika kinux jirriżultaw mill-iżvilupp normali tad-dibattitu fil-kuntest tal-proċedura kontenzjuża. Għalhekk, ir-rikorrenti llimitat ruħha li tirrispondi għall-argumenti żviluppati mill-Kunsill fir-risposta tiegħu. Billi ma għamlitx tali riċerka, il-Qorti Ġenerali eskludiet mill-eżami tagħha l-elementi rilevanti sabiex tevalwa l-gravità tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>L-appellanti tikkunsidra wkoll li l-Qorti Ġenerali, fl-istess punti 52 sa 58, żnaturat ir-rikors tagħha billi ċaħdet bħala inammissibbli l-argument tagħha li l-Kunsill ma kienx applika l-kriterju li huwa kien allega li applika sabiex jiġġustifika s-sanzjoni imposta. F’dan ir-rigward, mir-rikors tagħha jirriżulta li r-rikorrenti kienet ikkritikat sew l-illegalità tal-miżuri restrittivi meħuda kontriha, li tagħti lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Il-Kunsill u l-Kummissjoni jitolbu li t-tielet u s-sitt aggravju jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Fil-punti 55 sa 58 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-argument imressaq mir-rikorrenti fir-replika tagħha u bbażat fuq l-assenza ta’ konformità tar-raġuni għall-inklużjoni ta’ isimha fil-listi tal-persuni kkonċernati minn miżuri restrittivi mal-kriterju applikat mill-Kunsill, intiż sabiex tiġi kkontestata l-fondatezza ta’ din l-inklużjoni, ma setax jitqies bħala amplifikazzjoni tal-motiv intiż li jistabbilixxi l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi li jistgħu jagħtu lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni, imqajjem fir-rikors, u li, bħala motiv ġdid, għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>L-appellanti tikkontesta din l-interpretazzjoni billi tindika li, fir-rikors tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali, hija affermat li l-Kunsill kien kiser obbligu li fir-rigward tiegħu huwa ma kellux marġni ta’ diskrezzjoni, sa fejn huwa seta’ jaġixxi biss b’applikazzjoni tal-kriterji regolatorji, stabbiliti fid-deċiżjoni u fir-regolamenti kkonċernati, li jistabbilixxu l-kategoriji ta’ persuni u ta’ entitajiet li jistgħu jiġu ssanzjonati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li, f’dan ir-rikors, l-appellanti rabtet dan l-argument mal-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Fil-fatt, wara l-affermazzjoni li tinsab fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza, hija żiedet immedjatament li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>illegalità li tivvizzja l-atti tal-Kunsill tinsab fil-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, li huwa ksur ċar tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali setgħet ġustament tikkunsidra li l-argument imressaq mill-appellanti fl-imsemmi rikors u bbażat fuq l-illegalità tal-atti tal-Kunsill annullati permezz tas-sentenza ta’ annullament, sa fejn din l-istituzzjoni kienet applikat kriterju differenti minn dak li hija allegat li applikat, kien ibbażat biss fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, u mhux fuq kontestazzjoni tal-fondatezza tal-motivi tal-inklużjoni tagħha fil-lista ta’ persuni u ta’ entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi previsti mill-imsemmija atti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tielet u s-sitt aggravju tal-appell għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’, il-ħames, u s-seba’ aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Ir-raba’, il-ħames u s-seba’ aggravju tal-appell, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, huma bbażati fuq interpretazzjoni żbaljata tas-sentenza ta’ annullament, fuq il-konstatazzjoni żbaljata li l-assenza ta’ komunikazzjoni lill-appellanti tal-elementi meqjusa kontriha ma kinitx tistabbilixxi ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali tal-Unjoni, kif ukoll fuq żnaturament tar-rikors sa fejn il-Qorti Ġenerali kienet naqqset il-motivi ta’ illegalità allegati għall-ksur biss tal-obbligu ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>L-appellanti tikkritika lill-Qorti Ġenerali li, fil-punti 49 u 50 tas-sentenza appellata, interpretat b’mod żbaljat is-sentenza ta’ annullament fir-rigward tal-obbligu tal-Kunsill li jikkomunikalha l-provi prodotti kontriha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-punt 82 tas-sentenza ta’ annullament, il-Qorti Ġenerali indikat espliċitament li l-Kunsill kien kiser l-obbligu tiegħu li jikkomunika tali provi. Mill-punti preċedenti tal-imsemmija sentenza jirriżulta li l-Kunsill ma kienx f’pożizzjoni li jipproduċi prova li tista’ sservi ta’ bażi għall-ilmenti li jiġġustifikaw is-sanzjoni meħuda fir-rigward tal-appellanti. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali, fis-sentenza ta’ annullament, ma llimitatx ruħha li tissuġġerixxi li l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni ma kinitx ġiet mitigata mid-dokumenti kkomunikati ulterjorment, iżda kkonstatat debitament li l-Kunsill ma kienx osserva l-obbligu tiegħu li jikkomunika l-provi użati kontra l-appellanti, mingħajr lanqas ma kien f’pożizzjoni li jidentifika atti konkreti li hija kienet wettqet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>L-appellanti ssostni wkoll li l-Qorti Ġenerali, fil-punt 50 tas-sentenza appellata, wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li l-ksur tal-imsemmi obbligu ta’ komunikazzjoni ma kienx jistabbilixxi, f’dan il-każ, l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni li jagħti lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170530">30 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Safa Nicu Sepahan vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:402">EU:C:2017:402</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li l-ksur tal-obbligu li tiġi pprovduta, fil-każ ta’ kontestazzjoni, l-informazzjoni jew il-provi li jissostanzjaw il-motivi tal-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kien jikkostitwixxi ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali intiża li tagħti drittijiet lill-individwi. L-appellanti tikkunsidra li tali ksur tal-obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni jew provi huwa identiku għall-ksur ta’ dak li jiġu kkomunikati lilha, fil-kwalità tagħha ta’ entità kkonċernata, il-provi użati kontriha f’dak li jirrigwarda r-raġuni adottata għall-miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi deċiżi fir-rigward tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-appellanti ssostni li, fil-punti 44 u 45 kif ukoll fil-punti 55 sa 58 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali żnaturat ir-rikors tagħha billi naqqset il-motivi ta’ illegalità allegati għall-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni biss. F’dan ir-rigward, l-appellanti rrilevat, fir-rikors tagħha, l-assenza ta’<?PAGE NO="15"?> provi ta’ natura li jiġġustifikaw is-sanzjoni imposta. Dan il-motiv huwa indipendenti minn dak li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet fid-dispożittiv tas-sentenza ta’ annullament, iżda huwa relatat ma’ dak li kkonstatat fil-motivi ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Il-Kunsill u l-Kummissjoni jwieġbu li dawn il-motivi huma infondati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Fil-punt 82 tas-sentenza ta’ annullament, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-Kunsill kien kiser l-obbligu ta’ motivazzjoni kif ukoll l-obbligu li jikkomunika lir-rikorrenti, fil-kwalità tagħha ta’ entità kkonċernata, il-provi prodotti kontriha f’dak li jirrigwarda r-raġuni adottata għall-miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi deċiżi fir-rigward tagħha. Minn dan il-Qorti Ġenerali ddeduċiet, fil-punt 83 tas-sentenza ta’ annullament, li kien hemm lok li jintlaqa’ t-tieni motiv, sa fejn kien ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, konstatazzjoni li kienet tiġġustifika, waħedha, l-annullament tal-atti kkontestati sa fejn kienu jikkonċernaw lir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Minn dawn il-punti tas-sentenza ta’ annullament jirriżulta li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-argument tar-rikorrenti, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu li jiġu trażmessi lilha l-provi inkriminanti, kien jaqa’ taħt l-ilment ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>F’dan is-sens, il-Qorti Ġenerali indikat, fil-punt 68 tas-sentenza ta’ annullament, li, fir-rigward, b’mod partikolari, tal-motivazzjoni, ir-rikorrenti sostniet, essenzjalment, li hija ma kinitx f’pożizzjoni li tifhem fuq liema bażi hija kienet ġiet inkluża fil-listi ta’ persuni suġġetti għal miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi, li l-insuffiċjenza ta’ motivazzjoni ma kinitx ġiet ippalljata mid-dokumenti kkomunikati sussegwentement u li l-ittra tal-<DATE ISO="20111205">5 ta’ Diċembru 2011</DATE> li l-Kunsill kien bagħtilha kienet sterjotipata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Issa, fir-rikors tagħha li ta lok għas-sentenza ta’ annullament, ir-rikorrenti stess rabtet l-assenza ta’ komunikazzjoni tal-provi meqjusa kontriha mal-ilment tagħha bbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, imqajjem fil-kuntest tat-tieni motiv tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 93 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-Qorti Ġenerali ġustament ikkunsidrat, fil-punt 49 tas-sentenza appellata, li l-assenza ta’ komunikazzjoni tal-provi meqjusa kontra r-rikorrenti ma kinitx tikkostitwixxi motiv distint ta’ annullament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi miċħud l-argument tal-appellanti bbażat fuq żnaturament tar-rikors tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali, sa fejn din tal-aħħar ma fehmitx bħala motiv distint minn illegalità l-argument tagħha bbażat fuq in-nuqqas ta’ element ta’ natura li jiġġustifika s-sanzjoni li ġiet imposta fuqha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif irrileva essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punti 95 sa 97 tal-konklużjonijiet tiegħu, minn dan ir-rikors jirriżulta li, bħalma ġie kkonstatat fil-punt 86 ta’ din is-sentenza dwar l-argument ibbażat fuq l-applikazzjoni mill-Kunsill ta’ kriterju differenti minn dak li huwa jallega li applika, l-argument tal-appellanti dwar l-assenza ta’ element ta’ natura li jiġġustifika s-sanzjoni imposta fuqha kien marbut b’mod inseparabbli mal-motiv tagħha bbażat fuq il-ksur mill-Kunsill tal-obbligu ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li, anki jekk, fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170530">30 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Safa Nicu Sepahan vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:402">EU:C:2017:402</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), invokata mill-appellanti fl-appell tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret fl-obbligu, impost fuq il-Kunsill, li jipprovdi, fil-każ ta’ kontestazzjoni, l-informazzjoni jew il-provi li jissostanzjaw il-motivi tal-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi fil-konfront ta’ persuna fiżika jew ġuridika, dik is-sentenza kienet tirrigwarda l-istħarriġ ġudizzjarju tal-legalità fuq il-mertu tal-miżuri restrittivi individwali u mhux l-istħarriġ tal-osservanza tal-obbligu tal-motivazzjoni. Issa, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 64 ta’ din is-sentenza, l-obbligu ta’ motivazzjoni jikkostitwixxi formalità sostanzjali, li għandha tiġi distinta mill-kwistjoni tal-fondatezza tal-motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170530">30 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Safa Nicu Sepahan vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:402">EU:C:2017:402</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), għalhekk ma hijiex rilevanti insostenn tar-raba’, tal-ħames u tas-seba’ aggravju tal-appell, sa fejn, fid-dawl tal-argumenti żviluppati mill-appellanti kemm fir-rikors għad-danni tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll fl-istadju tal-appell tagħha, din il-kawża tirrigwarda biss il-konsegwenzi li għandhom jinsiltu mill-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dawn il-motivi, li jirriżultaw minn qari żbaljat tas-sentenza ta’ annullament kif ukoll tar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali, għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal u skont dak li ġie espost fil-punt 52 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi konkluż li l-iżball ta’ liġi kkonstatat fil-punt 49 ta’ din is-sentenza ma huwiex ta’ natura li jiġġustifika l-annullament tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li l-appell għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 138(1) ta’ dawn ir-Regoli tal-Proċedura, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 184(1) tagħhom, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Peress li l-Kunsill talab li l-appellanti tiġi kkundannata għall-ispejjeż u peress li din tal-aħħar tilfet l-aggravji tagħha, hija għandha tiġi kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 140(1) tal-imsemmija regoli, li jipprovdi li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet li jintervjenu fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Bank Refah Kargaran għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>