European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/450

17.1.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Kawża M.11813 – CD&R / OPELLA)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/450)

1.   

Fit-8 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

CD&R Fund XII, L.P. (“CD&R Fund XII”, l-Istati Uniti), ikkontrollata minn Clayton, Dubilier & Rice, LLC (“CD&R”, l-Istati Uniti),

—

Opella Healthcare SAS (“Opella”, Franza), li tappartjeni għal Sanofi SA (“Sanofi”, Franza).

CD&R se jakkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Opella kollha kemm hi mingħand Sanofi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

CD&R Fund XII huwa fond ta’ ekwità privata ġestit minn CD&R, ditta ta’ investiment ta’ ekwità privata li toriġina, tistruttura, u ta’ spiss taġixxi bħala investitur ewlieni ta’ ekwità f’akkwiżizzjonijiet ta’ ġestjoni, investimenti strateġiċi ta’ ekwità minoritarja u investimenti strateġiċi oħra,

—

Opella hija primarjament attiva fil-livell globali fir-riċerka, l-iżvilupp, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi mingħajr riċetta, vitamini, minerali, supplimenti tal-ikel, prodotti kożmetiċi, u prodotti oħra għall-kura personali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista’ jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11813 – CD&R / OPELLA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/450/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)