|
8.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 121/21 |
DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tal-25 ta' April 2012
li taħtar Imħallfin u Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja
(2012/244/UE)
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-mandati tal-Imħallfin, li ġejjin, tal-Qorti tal-Ġustizzja ser jiskadu fis-6 ta' Ottubru 2012: is-Sinjuri Alexander ARABADJIEV, George ARESTIS, Maria BERGER, Jean-Claude BONICHOT, Anthony BORG BARTHET, José Narciso CUNHA RODRIGUES, Carl Gustav FERNLUND, Egidijus JARAŠIŪNAS, Egils LEVITS, Jiří MALENOVSKÝ, Alexandra PRECHAL, Konrad SCHIEMANN, Antonio TIZZANO u Thomas VON DANWITZ; u l-mandati tal-Avukati Ġenerali, li ġejjin, tal-Qorti tal-Ġustizzja ser jiskadu fl-istess data: is-Sinjuri Yves BOT, Ján MAZÁK, Paolo MENGOZZI u Verica TRSTENJAK. |
|
(2) |
Il-Gvernijiet tal-Istati Membri pproponew il-ħatra mill-ġdid bħala Mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-Sinjuri Alexander ARABADJIEV, George ARESTIS, Maria BERGER, Jean-Claude BONICHOT, Carl Gustav FERNLUND, Egidijus JARAŠIŪNAS, Egils LEVITS, Jiří MALENOVSKÝ, Alexandra PRECHAL, u Thomas VON DANWITZ, kif ukoll il-ħatra mill-ġdid bħala Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-Sur Yves BOT. Barra minn hekk, il-Gvernijiet tal-Istati Membri pproponew il-ħatra tas-Sur José Luís DA CRUZ VILAÇA bħala Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja u l-ħatra tas-Sinjuri Nils WAHL u Melchior WATHELET bħala Avukat Ġenerali tal-istess Qorti. Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tal-kandidati msemmijin hawn fuq sabiex jaqdu d-dmirijiet ta’ Mħallef u ta' Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
(3) |
Għandhom għalhekk jinħatru ħdax-il Imħallef u tliet Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2012 sas-6 ta' Ottubru 2018. Il-postijiet li jifdal ta’ tliet Imħallfin u Avukat Ġenerali wieħed tal-Qorti tal-Ġustizzja ser jimtlew f’data aktar tard, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Dawn li ġejjin huma b'dan maħturin Imħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2012 sas-6 ta' Ottubru 2018:
|
|
Is-Sur Alexander ARABADJIEV |
|
|
Is-Sur George ARESTIS |
|
|
Is-Sinjura Maria BERGER |
|
|
Is-Sur Jean-Claude BONICHOT |
|
|
Is-Sur José Luís DA CRUZ VILAÇA |
|
|
Is-Sur Carl Gustav FERNLUND |
|
|
Is-Sur Egidijus JARAŠIŪNAS |
|
|
Is-Sur Egils LEVITS |
|
|
Is-Sur Jiří MALENOVSKÝ |
|
|
Is-Sinjura Alexandra PRECHAL |
|
|
Is-Sur Thomas VON DANWITZ |
2. Dawn li ġejjin huma b'dan maħturin Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2012 sas-6 ta' Ottubru 2018:
|
|
Is-Sur Yves BOT |
|
|
Is-Sur Nils WAHL |
|
|
Is-Sur Melchior WATHELET. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ April 2012.
Il-President
J. TRANHOLM-MIKKELSEN