|
25.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179/7 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8808 — T-Mobile Austria/UPC Austria)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 179/03)
1.
Fit-18 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
T-Mobile Austria GmbH (“TMA”, l-Awstrija), ikkontrollata minn T-Mobile Austria Holding u li jappartjenu għal Deutsche Telekom AG (“DTAG”, il-Ġermanja), |
|
— |
UPC Austria GmbH (l-Awstrija), ikkontrollata minn Liberty Global Group (ir-Renju Unit). |
DTAG takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ UPC Austria GmbH kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— T-Mobile Austria: TMA hija operatur tan-networks tal-mobile li għandha s-sjieda ta’ networks 2G, 3G u 4G b’kopertura nazzjonali fl-Awstrija. Hija toffri servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet tal-mobile għal klijenti privati u kummerċjali fil-livell tal-bejgħ bl-imnut u għal operaturi ta’ networks tal-mobile virtwali fil-livell ta’ bejgħ bl-ingrossa. TMA hija fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn DTAG li, flimkien mal-kumpaniji li jiffurmaw il-grupp, hija kumpanija integrata tat-telekomunikazzjoni bil-kwartieri ġenerali tagħha f’Bonn, il-Ġermanja. DTAG tipprovdi telekomunikazzjonijiet fissi u tal-mobile kif ukoll l-internet u servizzi IPTV lill-konsumaturi l-aktar fl-Ewropa.
— UPC Austria: il-kumpanija hija s-sid u l-operatur ta’ network tal-cable li huwa hybrid fibre-coaxial (HFC) f’ċerti partijiet tal-Awstrija. UPC toffri servizzi tal-cable TV, l-internet fiss u tat-telefonija fissa lil klijenti privati u kummerċjali fuq in-network tal-cable tal-HFCs.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.8808 — T-Mobile Austria/UPC Austria
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).