<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑124/13</NO.CASE><NO.CASE>T‑191/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013TJ0124</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:690">EU:T:2015:690</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>25</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>25</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20150924">24.9.2015</DATE> – KAWŻI T‑124/13 U T-191/13</P><P>L-ITALJA U SPANJA vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20150924">24 ta’ Settembru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwi tal-kawża: it-Taljan u l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Sistema lingwistika</KEYWORD><KEYWORD>Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi u ta’ assistenti</KEYWORD><KEYWORD>Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi</KEYWORD><KEYWORD>Lingwa ta’ komunikazzjoni mal-kandidati għall-kompetizzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Regolament Nru 1</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi T‑124/13 u T-191/13,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Taljana</HT>, irrappreżentata minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti fil-Kawża T-124/13,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju ta’ Spanja</HT>, inizjalment irrappreżentat minn S. Centeno Huerta, sussegwentement minn J. García-Valdecasas Dorrego, abogados del Estado,</P><PARTY.STATUS>rikorrent fil-Kawża T-191/13 u intervenjent insostenn tar-Repubblika Taljana fil-Kawża T‑124/13,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata, fil-Kawża T‑124/13, minn J. Currall, B. Eggers u G. Gattinara u, fil-Kawża T‑191/13, minn J. Currall, J. Baquero Cruz u B. Eggers, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandhom bħala suġġett, fil-Kawża T‑124/13, talba għall-annullament, l-ewwel nett, tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/125/12, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti fl-oqsma tal-verifika, tal-kontabbiltà u tal-finanzi, u tal-ekonomija u tal-istatistika (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="394A" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012 C 394 A, p. 1</REF.DOC.OJ>), it-tieni nett, tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/126/12, sabiex tinħoloq lista’ ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti fl-oqsma tal-bijoloġija, tax-xjenzi tal-ħajja u tas-saħħa, tal-kimika, tal-fiżika u tax-xjenzi tal-materjali, tar-riċerka nukleari, tal-inġinerija elettrika u elettronika (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="394A" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2012">ĠU 2012 C 394 A, p. 11</REF.DOC.OJ>), u t-tielet nett, tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/248/13, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi (AD 6) fl-oqsma tas-sigurtà tal-bini u tal-inġinerija u tekniki speċjali tal-bini (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="029A" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013 C 29 A, p. 1</REF.DOC.OJ>), u, fil-Kawża T‑191/13, talba għall-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/248/13,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn D. Gratsias (Relatur), President, M. Kancheva u C. Wetter, Imħallfin,</P><P>Reġistraturi: J. Palacio-González, Amministratur Prinċipali, u S. Bukšek Tomac, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduti tas-26 ta’ Frar u tal-<DATE ISO="20150304">4 ta’ Marzu 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) huwa organu interistituzzjonali, maħluq bis-saħħa tad-Deċiżjoni 2002/620/KE tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, tal-Kumitat u tar-Reġjuni u tal-Ombudsman Ewropew, tal-<DATE ISO="20020725">25 ta’ Lulju 2002</DATE>, li tistabbilixxi l-EPSO (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 46). Skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 2 tal-Istatut tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Istatut<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), fil-verżjoni tiegħu li tippreċedi r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004, tat-<DATE ISO="20040322">22 ta’ Marzu 2004</DATE>, li jemenda l-Istatut (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 2, p. 130), l-istituzzjonijiet firmatarji ta’ din id-deċiżjoni fdaw, permezz tal-Artikolu 2(1) tagħha, lill-EPSO bl-eżerċizzju tas-setgħat ta’ selezzjoni mogħtija, mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 30 tal-Istatut u mill-Anness III tal-Istatut, lill-awtoritajiet tagħhom vestiti bis-setgħa tal-ħatra. L-Artikolu 4 tal-istess deċiżjoni jipprovdi li, filwaqt li, skont l-Artikolu 91a tal-Istatut, it-talbiet u l-ilmenti marbuta mal-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lill-EPSO għandhom isiru lilu, kull rikors f’dawn l-oqsma għandu jkun dirett kontra l-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20120907">7 ta’ Settembru 2012</DATE>, l-EPSO ppubblika fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="270A" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU C 270 A, p. 1</REF.DOC.OJ>) gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali (iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>gwida<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>). Il-parti 3 tal-gwida, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Komunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, tindika dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza u l-komprensjoni tat-testi ta’ natura ġenerali u tal-komunikazzjonijiet indirizzati lill-kandidati jew irċevuti minn dawn tal-aħħar, il-konvokazzjonijiet għat-testijiet u provi differenti, kif ukoll kull korrispondenza bejn l-EPSO u l-kandidati se jkunu biss bil-Ġermaniż, bl-Ingliż jew bil-Franċiż.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20121220">20 ta’ Diċembru 2012</DATE>, l-EPSO ppubblika fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/125/12, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti fl-oqsma tal-verifika, tal-kontabbiltà u tal-finanzi, u tal-ekonomija u tal-istatistika (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="394A" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU C 394 A, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif ukoll l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/126/12, sabiex tinħoloq lista’ ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti fl-oqsma tal-bijoloġija, tax-xjenzi tal-ħajja u tas-saħħa, tal-kimika, tal-fiżika u tax-xjenzi tal-materjali, tar-riċerka nukleari, tal-inġinerija elettrika u elettronika (ĠU, C 394 A, p. 11). Fil-<DATE ISO="20130131">31 ta’ Jannar 2013</DATE>, huwa ppubblika fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/248/13, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi (AD 6) fl-oqsma tas-sigurtà tal-bini u tal-inġinerija u tekniki speċjali tal-bini (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="029A" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU C 29 A, p. 1</REF.DOC.OJ>). Dawn huma l-avviżi ta’ kompetizzjoni li l-annullament tagħhom qed jintalab permezz tar-rikorsi odjerni (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>avviżi kkontestati<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Fil-parti introduttiva ta’ kull wieħed mill-avviżi kkontestati hemm indikat li l-gwida <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>tagħmel parti integrali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> mill-avviż ta’ kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont il-kundizzjonijiet ta’ ammissjoni għall-kompetizzjonijiet previsti mill-avviżi kkontestati, dawn tal-aħħar jeżiġu għarfien profond ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (li, dak iż-żmien, kienu 23), liema lingwa għandha tiġi indikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>lingwa 1<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> tal-kompetizzjoni, u għarfien sodisfaċenti ta’ tieni lingwa, indikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>lingwa 2<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> tal-kompetizzjoni, li għandha tintgħażel minn<?PAGE NO="3"?> kull kandidat minn fost il-Ġermaniż, l-Ingliż jew il-Franċiż, filwaqt li huwa speċifikat li din għandha tkun differenti mil-lingwa magħżula mill-istess kandidat bħala lingwa 1 (punt 2.3 tal-parti III tal-avviżi kkontestati).</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fl-istess post ta’ kull wieħed mill-avviżi kkontestati ġew ipprovduti xi punti ta’ spjegazzjoni fir-rigward tal-limitazzjoni tal-għażla tal-lingwa 2 mit-tliet lingwi hawn fuq imsemmija. L-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/248/13 jirrileva, f’dan ir-rigward, dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>B’konformità mas-sentenza [tas-<DATE ISO="20121127">27 ta’ Novembru 2012</DATE>, L-Italja vs Il-Kummissjoni (C-566/10 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:752">EU:C:2012:752</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>)], l-istituzzjonijiet tal-UE huma mitluba jistqarru r-raġunijiet għal-limitu tal-għażla tat-tieni lingwa f’din il-kompetizzjoni għal numru ristrett ta’ lingwi uffiċjali tal-UE.</P><P>Għaldaqstant il-kandidati huma infurmati li l-għażliet tat-tieni lingwa f’din il-kompetizzjoni ġew definiti b’konformità mal-interess tas-servizz li jeħtieġ li l-kollegi ġodda reklutati jibdew jaħdmu mal-ewwel u jistgħu jikkomunikaw b’mod effiċjenti fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum. Jekk dan ma jkunx il-każ, it-tħaddim effettiv tal-istituzzjonijiet ikun affettwat ħażin ħafna.</P><P>Abbażi ta’ prassi tal-istituzzjonijiet tal-UE li ilha fir-rigward tal-lingwi użati għal komunikazzjoni interna u filwaqt li jiġu kkunsidrati wkoll il-ħtiġijiet tas-servizzi dwar il-komunikazzjoni esterna u l-immaniġġar tal-fajls, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż jibqgħu l-aktar lingwi użati. Barra minn hekk, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż huma t-tieni lingwa l-aktar magħżula mill-kandidati tal-kompetizzjonijiet fejn għandhom għażla ħielsa. Dan jikkonferma l-istandards edukattivi u professjonali attwali, fejn il-kandidati għal dmirijiet tal-Unjoni Ewropea jistgħu jitqiesu li jafu tajjeb ħafna tal-inqas waħda minn dawn il-lingwi. Għaldaqstant, meta wieħed jibbilanċja l-interess tas-servizz u l-ħtiġijiet u l-ħiliet tal-kandidati billi jiġi kkunsidrat ukoll il-qasam partikolari ta’ din il-kompetizzjoni, ikun ġust li jiġu organizzati testijiet f’dawn it-tliet lingwi sabiex jiġi żgurat li, tkun xi tkun l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom, il-kandidati kollha jkunu jafu tajjeb ħafna minn tal-inqas waħda mit-tliet lingwi uffiċjali fil-livell ta’ xogħol. Barra minn hekk, l-interess ta’ trattament ugwali tal-kandidati kollha, kulħadd, inkluż dawk li l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom hija waħda minn dawn it-tlieta, huwa meħtieġ li jagħmel it-test fit-tieni lingwa tiegħu jew tagħha, magħżula minn dawk it-tlieta. Il-valutazzjoni ta’ ħiliet speċifiċi b’dan il-mod tippermetti lill-Istituzzjonijiet biex jevalwaw l-abilità tal-kandidati sabiex jaħdmu immedjatament f’ambjent li jaqbel mar-realtà li jsibu fl-impjieg. Dan huwa bla ħsara, sabiex jittardja t-taħriġ tal-lingwa sabiex tinkiseb ħila sabiex wieħed jaħdem bit-tielet lingwa b’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S></P><P>Iż-żewġ avviżi kkontestati l-oħra jipprovdu, essenzjalment, l-istess punti ta’ spjegazzjoni redatti, f’ċerti verżjonijiet lingwistiċi, f’termini xi ftit differenti.</P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-avviżi ta’ kompetizzjonijiet EPSO/AST/125/12 u EPSO/AD/248/13 jipprevedu l-organizzazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>testijiet ta’ dħul<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, li jsiru fuq il-kompjuter (parti IV ta’ kull wieħed minn dawn iż-żewġ avviżi). Fil-każ tal-avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/248/13, hemm speċifikat li dawn it-testijiet jiġu organizzati biss jekk in-numru ta’ kandidati rreġistrati, għall-qasam previst mill-kompetizzjoni, ikun ikbar minn <FT TYPE="NUMBER">1000</FT>.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-avviżi ta’ kompetizzjoni EPSO/AST/126/12 u EPSO/AD/248/13 jinkludu parti (parti IV tal-ewwel wieħed minn dawn iż-żewġ avviżi u parti V tat-tieni wieħed), intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>ammissjoni għall-kompetizzjoni u selezzjoni abbażi tal-kwalifiki<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. Din tipprovdi li l-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kif ukoll is-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki jsiru <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>fl-ewwel fażi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> skont id-dikjarazzjonijiet li jkunu saru mill-kandidati fl-att tal-kandidatura. F’dan ir-rigward, hemm speċifikat li r-risposti tal-kandidati għall-mistoqsijiet dwar il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi jiġu pproċessati sabiex jiġi ddeterminat jekk dawn jagħmlux parti mil-lista tal-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tal-ammissjoni għall-kompetizzjoni. Imbagħad, fir-rigward tal-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ ammissjoni għall-kompetizzjoni, il-Bord tal-Għażla jagħmel evalwazzjoni<?PAGE NO="4"?> tal-kwalifiki sabiex jidentifika dawk il-kandidati li għandhom l-iktar kwalifiki rilevanti (speċjalment diplomi u esperjenza professjonali) fid-dawl tad-deskrizzjoni tal-funzjonijiet u tal-kriterji għas-selezzjoni deskritti f’dawn l-avviżi.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Din is-selezzjoni ssir biss fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet li jkunu saru mill-kandidati fis-sezzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Evalwazzjoni tal-Kapaċitajiet<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> fl-att tal-kandidatura. Dawn id-dikjarazzjonijiet, fejn applikabbli, jiġu vverifikati iktar tard, fuq il-bażi tad-dokumenti ta’ prova pprovduti mill-kandidati, fir-rigward tal-kandidati li jkunu kisbu l-minimu meħtieġ u l-aħjar marki fl-istadju sussegwenti tal-kompetizzjoni. Is-selezzjoni ssir f’żewġ stadji. L-ewwel selezzjoni abbażi tal-kwalifiki ssir biss fuq il-bażi tat-tweġibiet mogħtija fis-sezzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Evalwazzjoni tal-Kapaċitajiet<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> tal-att tal-kandidatura u l-piż ta’ kunsiderazzjoni ta’ kull waħda minn dawn il-mistoqsijiet. Fid-dawl tal-importanza mogħtija lil kull kriterju msemmi fil-punt 4 tal-annessi tal-avviżi kkontestati, il-Bord tal-Għażla jistabbilixxi dan il-piż ta’ kunsiderazzjoni (minn 1 sa 3) qabel l-evalwazzjoni tal-kandidati. Imbagħad, l-atti tal-kandidatura elettroniċi tal-kandidati li jkunu kisbu l-ikbar numru ta’ punti jkunu suġġetti għat-tieni selezzjoni. In-numru ta’ fajls evalwati matul din it-tieni selezzjoni huwa, għal kull qasam, madwar disa’ darbiet in-numru tal-kandidati magħżula indikat fl-avviż tal-kompetizzjoni inkwistjoni. Il-Bord tal-Għażla jevalwa t-tweġibiet tal-kandidati u jagħti marka minn 0 sa 4 għal kull tweġiba. Il-marki, immultiplikati bil-piż ta’ kunsiderazzjoni mogħti lil kull mistoqsija, jingħaddu flimkien sabiex tinkiseb marka globali. Imbagħad, il-Bord tal-Għażla jistabbilixxi klassifikazzjoni ta’ kandidati fuq il-bażi ta’ dawn il-marki globali.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-aħħar fażi tal-proċeduri ta’ selezzjoni previsti mill-avviżi kkontestati tikkonsisti, fil-każijiet tal-avviżi ta’ kompetizzjoni EPSO/AST/125/12 u EPSO/AD/248/13, f’<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>ċentru ta’ evalwazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> (ara, il-partijiet V u VI ta’ dawn iż-żewġ avviżi ta’ kompetizzjoni, rispettivament) u, fil-każ tal-avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AST/126/12, f’<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>kompetizzjoni ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> (ara parti V tal-avviż inkwistjoni). In-numru ta’ kandidati mistiedna għaċ-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>ċentru ta’ evalwazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> huwa, għal kull qasam, bħala massimu tliet darbiet in-numru ta’ kandidati magħżula.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-avviżi ta’ kompetizzjoni EPSO/AST/126/12 u EPSO/AD/248/13 jinkludu annessi, li kull wieħed minnhom jirrigwarda wieħed mill-oqsma previsti minn kull wieħed minn dawn iż-żewġ avviżi. Il-punt 4 ta’ kull anness jelenka kriterji ta’ selezzjoni li jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-Bord tal-Għażla fl-evalwazzjoni tat-tweġibiet mogħtija mill-kandidati fis-sezzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Evalwazzjoni tal-Kapaċitajiet<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> tal-att tal-kandidatura (ara l-punt 9 iktar ’il fuq).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20130304">4 ta’ Marzu 2013</DATE>, ir-Repubblika Taljana ressqet l-azzjoni tagħha fil-Kawża T‑124/13.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20130704">4 ta’ Lulju 2013</DATE>, ir-Renju ta’ Spanja talab li jintervjeni insostenn tat-talbiet tar-Repubblika Taljana. Permezz ta’ digriet tal-<DATE ISO="20130911">11 ta’ Settembru 2013</DATE>, il-President tat-Tielet Awla tal-Qorti Ġenerali aċċetta dan l-intervent. Ir-Renju ta’ Spanja ppreżenta s-sottomissjonijiet ta’ intervent tiegħu fit-<DATE ISO="20131122">22 ta’ Novembru 2013</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil-Kawża T‑124/13, ir-Repubblika Taljana titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla l-avviżi kkontestati;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jsostni t-talbiet tar-Repubblika Taljana intiżi għall-annullament tal-avviżi kkontestati u jitlob, barra minn hekk, li l-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-intervent tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20130405">5 ta’ April 2013</DATE>, ir-Renju ta’ Spanja ressaq l-azzjoni tiegħu fil-Kawża T‑191/13.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla l-avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/248/13;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Peress illi kien hemm bidla fil-kompożizzjoni tal-Awli tal-Qorti Ġenerali u l-Imħallef Relatur ġie assenjat lit-Tmien Awla, dawn il-kawżi ġew għalhekk assenjati lil din l-awla.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali fil-kawżi preżenti u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE>, talbet lill-partijiet fil-Kawża T‑191/13 iwieġbu bil-miktub għal ċerti mistoqsijiet. Huma osservaw din it-talba fit-terminu stabbilit.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>It-trattazzjonijiet tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet orali tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduti tas-<DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE>, fil-Kawża T‑191/13, u tal-<DATE ISO="20150304">4 ta’ Marzu 2015</DATE>, fil-Kawża T‑124/13.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Matul is-seduta fil-Kawża T‑191/13, il-Qorti Ġenerali tat lir-Renju ta’ Spanja terminu sabiex iressaq, bil-miktub, l-osservazzjonijiet tiegħu fuq l-possibbiltà li dawn il-kawżi jingħaqdu għall-finijiet tas-sentenza. Fit-<DATE ISO="20150303">3 ta’ Marzu 2015</DATE>, il-proċedura orali ngħalqet, wara li ġew ippreżentati l-osservazzjonijiet inkwistjoni tar-Renju ta’ Spanja.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Peress li l-partijiet indikaw, bi tweġiba għal mistoqsija orali tal-Qorti Ġenerali matul is-seduti jew, fil-każ tar-Renju ta’ Spanja, bil-miktub (ara l-punt 23 iktar ’il fuq), li huma ma kellhomx oġġezzjonijiet xi jressqu f’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li dawn il-kawżi għandhom jingħaqdu għall-finijiet tad-deċiżjoni li ttemm din l-istanza, konformement mal-Artikolu 68 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors fil-Kawża T‑124/13, ir-Repubblika Taljana invokat seba’ aggravji, ibbażati, l-ewwel wieħed, fuq il-ksur tal-Artikoli 263 TFUE, 264 TFUE u 266 TFUE; it-tieni wieħed, fuq il-ksur tal-Artikolu 342 TFUE u tal-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament Nru 1 tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19580415">15 ta’ April 1958</DATE>, li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 3), kif emendat; it-tielet wieħed, fuq il-ksur tal-Artikolu 6(3) UE, tal-Artikolu 18 TFUE, tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ppromulgata fis-<DATE ISO="20001207">7 ta’ Diċembru 2000</DATE> f’Nice (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="364" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2000">ĠU C 364, p. 1</REF.DOC.OJ>), tal-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament Nru 1,<?PAGE NO="6"?> tal-Artikolu 1d(1) u (6), tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 27 u tal-Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal; ir-raba’ wieħed, fuq il-ksur tal-Artikolu 6(3) UE u tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi; il-ħames wieħed, fuq użu ħażin ta’ poter kif ukoll il-ksur tan-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>normi sostantivi inerenti għan-natura u l-iskop tal-avviżi ta’ kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, b’mod partikolari tal-Artikolu 1d(1) u (6), tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 27, tal-Artikolu 28(f), tal-Artikolu 34(3) u tal-Artikolu 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità; is-sitt wieħed, fuq il-ksur tal-Artikolu 18 TFUE, tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 24 TFUE, tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1, kif ukoll tal-Artikolu 1d(1) u (6) tar-Regolamenti tal-Persunal u, is-seba’ wieħed, fuq il-ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, tal-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament Nru 1, tal-Artikolu 1d(1) u (6) u tal-Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Artikolu 1(1)(f) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif ukoll fuq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>żnaturament tal-fatti<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-Kawża T‑124/13, ir-Renju ta’ Spanja jsostni, insostenn tat-talbiet tar-Repubblika Taljana, li l-avviżi kkontestati għandhom jiġu annullati minħabba ksur tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, tal-Artikolu 342 TFUE, tal-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament Nru 1, tal-Artikoli 1d u 27 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tas-<DATE ISO="20121127">27 ta’ Novembru 2012</DATE>, L-Italja vs Il-Kummissjoni (C‑566/10 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:752">EU:C:2012:752</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Huwa jżid li l-avviżi kkontestati huma diskriminatorji, minħabba l-predominanza indebita tal-Ġermaniż, tal-Ingliż u tal-Franċiż, jiksru l-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal, peress li s-sistema ta’ selezzjoni li huma jipprevedu ma tiggarantixxix ir-reklutaġġ tal-aħjar kandidati, u jiksru l-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li ma jikkostitwixxux l-aħjar mod sabiex jilħqu l-għan imfittex.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-Kawża T‑191/13, ir-Renju ta’ Spanja jinvoka, essenzjalment, tliet motivi, ibbażati, l-ewwel wieħed, fuq il-ksur tar-Regolament Nru 1, it-tieni wieħed, fuq il-ksur tal-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità u, it-tielet wieħed, fuq il-ksur tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li, permezz tal-motivi hawn fuq imsemmija, ir-Repubblika Taljana u r-Renju ta’ Spanja jikkontestaw żewġ aspetti distinti tal-avviżi kkontestati jiġifieri, minn naħa, il-limitazzjoni għall-Ġermaniż, għall-Ingliż u għall-Franċiż tal-lingwi li jistgħu jintużaw fil-korrispondenza bejn il-kandidati u l-EPSO u, min-naħa l-oħra, il-limitazzjoni, għat-tliet lingwi hawn fuq imsemmija, tal-għażla tat-tieni lingwa mill-kandidati għall-kompetizzjonijiet previsti mill-imsemmija avviżi. Barra minn hekk, fil-Kawża T‑191/13, ir-Renju ta’ Spanja jikkontesta t-tielet aspett tal-avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/248/13, jiġifieri l-użu tat-tieni lingwa, magħżula minn kull kandidat għall-kompetizzjoni prevista minn dan l-avviż minn fost il-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Franċiż, għal ċerti testijiet tal-aħħar fażi ta’ din il-kompetizzjoni (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>ċentru ta’ evalwazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>; ara l-punt 10 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-motivi invokati mir-Repubblika Taljana u mir-Renju ta’ Spanja, hemm lok li tiġi eżaminata suċċessivament il-legalità taż-żewġ aspetti tal-avviżi kkontestati minnhom (ara l-punt 28 iktar ’il fuq). Wara dan l-eżami, għandha, jekk ikun il-każ, tiġi eżaminata l-legalità tat-tielet aspett tal-avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/248/13, ikkontestat mir-Renju ta’ Spanja (ara l-punt 28 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Madankollu, qabel ma jsir dan l-eżami, hemm lok, qabelxejn, li tiġi eżaminata l-ammissibbiltà tal-ewwel motiv imqajjem mir-Renju ta’ Spanja fil-Kawża T‑191/13, ibbażat, essenzjalment, fuq il-ksur tar-Regolament Nru 1, sa fejn din hija kkontestata mill-Kummissjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tal-ewwel motiv fil-Kawża T-191/13</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rikors tal-Kawża T‑191/13, ir-Renju ta’ Spanja jirrileva li huwa qed jitlob l-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/248/13 fuq il-bażi, partikolarment, tal-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament Nru 1 u jżid li, fil-fehma tiegħu, l-avviż inkwistjoni ma josservax is-sistema lingwistika stabbilita minn dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Madankollu, il-Kummissjoni ssostni, essenzjalment, li l-motiv ibbażat fuq il-ksur tar-Regolament Nru 1 jissemma biss <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>en passant<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> mir-Renju ta’ Spanja, mingħajr ma huwa espost suffiċjentement. Skont il-Kummissjoni, tali argument ma josservax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 44(1)(c) tar-Regoli tal-Proċedura tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE> u tal-ġurisprudenza marbuta mal-applikazzjoni tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 44(1)(c) tar-Regoli tal-Proċedura tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE>, kull rikors għandu jindika s-suġġett tal-kawża u jinkludi espożizzjoni fil-qosor tal-motivi invokati. Indipendentement minn kull kwistjoni ta’ terminoloġija, din il-preżentazzjoni għandha tkun suffiċjentement ċara u preċiża sabiex tippermetti lill-konvenut li jipprepara d-difiża tiegħu u lill-Qorti Ġenerali li teżerċita l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha. Sabiex tiġi ggarantita ċ-ċertezza legali u amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, jeħtieġ, sabiex rikors ikun ammissibbli, li l-elementi essenzjali ta’ fatt u ta’ dritt li fuqhom huwa bbażat jirriżultaw, għall-inqas fil-qosor iżda b’mod koerenti u li jinftiehem, mit-test tar-rikors stess. B’mod iktar partikolari, jekk stess kellu jiġi aċċettat li l-indikazzjoni tal-motivi tar-rikors ma hijiex marbuta mat-terminoloġija u mal-enumerazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura u li l-preżentazzjoni ta’ dawn il-motivi, mis-sustanza tagħhom iktar milli mill-klassifikazzjoni legali tagħhom, tista’ tkun suffiċjenti, dan huwa madankollu suġġett għall-kundizzjoni li dawn il-motivi joħorġu b’mod suffiċjentement ċar mir-rikors. Is-sempliċi dikjarazzjoni astratta ta’ motivi fir-rikors ma tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u tar-Regoli tal-Proċedura u t-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>espożizzjoni fil-qosor tal-motivi<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, użati f’dawn it-testi, ifissru li r-rikors għandu jispjega fiex jikkonsisti l-motiv li fuqu r-rikors huwa bbażat (ara d-digriet tat-<DATE ISO="19930428">28 ta’ April 1993</DATE>, De Hoe vs Il-Kummissjoni, T‑85/92, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1993:39">EU:T:1993:39</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 20 u 21 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li, bl-eċċezzjoni tal-każ ta’ motivi ta’ ordni pubbliku, li l-qorti tal-Unjoni għandha, jekk ikun il-każ, tqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, huwa r-rikorrent li għandu jesponi, fir-rikors, il-motivi li huwa jinvoka insostenn tal-azzjoni tiegħu. Sabiex jagħmel dan, id-dikjarazzjoni astratta tat-titolu ta’ motiv ma hijiex suffiċjenti. Huwa għandu jindika wkoll fiex jikkonsisti l-motiv invokat, fi kliem ieħor huwa għandu jispjega r-rabta tiegħu mat-talbiet tar-rikors u jispjega b’liema mod, jekk jirriżulta bbażat, dan għandu jwassal lill-qorti sabiex tilqa’ dawn it-talbiet.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, hija wkoll ġurisprudenza stabbilita li, fl-ambitu tat-tilwima ddefinita mill-partijiet, il-qorti tal-Unjoni, filwaqt li għandha tiddeċiedi biss it-talba tal-partijiet, ma hijiex limitata għall-argumenti invokati minnhom insostenn tal-pretensjonijiet tagħhom, altrimenti tista’ tiġi kostretta, fil-każ partikolari, li tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq kunsiderazzjonijiet legali żbaljati (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20091005">5 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Il-Kummissjoni vs Roodhuijzen, T‑58/08 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:385">EU:T:2009:385</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata). B’mod partikolari, f’tilwima bejn il-partijiet għal dak li jikkonċerna l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, hija l-qorti tal-Unjoni li għandha tapplika d-dispożizzjonijiet legali rilevanti għas-soluzzjoni tat-tilwima għall-fatti ppreżentati lilha mill-partijiet. Fil-fatt, skont il-prinċipju <HT TYPE="ITALIC">iura novit curia</HT>, id-determinazzjoni tas-sens tal-liġi ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ prinċipju ta’ dispożizzjoni libera tat-tilwima f’idejn il-partijiet (ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs Roodhuijzen, iċċitata iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:385">EU:T:2009:385</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li l-ammissibbiltà ta’ motiv ma tiddependix mill-użu ta’ terminoloġija partikolari. Huwa suffiċjenti li s-sustanza ta’ motiv toħroġ, b’mod suffiċjentement ċar, mit-test tar-rikors. Barra minn hekk, l-ammissibbiltà ta’ motiv lanqas ma tiddependi milli jiġu invokati<?PAGE NO="8"?> regoli jew prinċipji tad-dritt konkreti. Fil-fatt, hija l-qorti tal-Unjoni li għandha tidentifika d-dispożizzjonijiet rilevanti u tapplikahom għall-fatti ppreżentati lilha mill-partijiet, anki jekk il-partijiet ma jkunux irreferew għad-dispożizzjonijiet inkwistjoni, jew anki jkunu invokaw dispożizzjonijiet differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Finalment, mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 35 iktar ’il fuq jirriżulta wkoll li, jekk ir-rikorrent ikun qajjem, b’mod ammissibbli, motiv, il-qorti ma għandhiex, fl-eżami ta’ dan il-motiv, tillimita ruħha għall-argumenti invokati minn din il-parti, iżda għandha tagħmel analiżi kompleta tiegħu, billi tieħu inkunsiderazzjoni r-regoli u l-prinċipji tad-dritt applikabbli kollha, preċiżament sabiex ma tibbażax id-deċiżjoni tagħha fuq kunsiderazzjonijiet legali żbaljati, possibbiltà li din il-ġurisprudenza trid li tevita.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, kuntrarjament għat-teżi tal-Kummissjoni, ma jistax jiġi aċċettat li r-Renju ta’ Spanja ma qajjimx b’mod ammissibbli, fir-rikors fil-Kawża T‑191/13, motiv ibbażat fuq il-ksur tar-Regolament Nru 1. Fil-fatt, huwa ma llimitax ruħu għal sempliċi riferiment astratt għal dan ir-regolament, fil-punt 27 tal-imsemmi rikors. Fil-punt 30 tiegħu, huwa indika b’mod ċar li, fil-fehma tiegħu, l-avviż ikkontestat ma kienx josserva s-sistema lingwistika stabbilita minn dan ir-regolament. Sussegwentement, huwa ddedika żewġ partijiet ta’ dan ir-rikors għall-analiżi tal-kwistjonijiet marbuta ma’ din is-sistema. Il-kumplament ta’ dan ir-rikors jinkludi wkoll diversi riferimenti għar-Regolament Nru 1 u għas-sistema lingwistika li huwa stabbilixxa.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>B’mod partikolari, fil-punt 68 tar-rikors fil-Kawża T‑191/13, ir-Renju ta’ Spanja jsostni li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>l-limitazzjoni tal-komunikazzjoni tal-kandidati mal-EPSO għal tliet lingwi tmur kontra s-sistema stabbilita mir-Regolament Nru 1<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. Għandu wkoll jiġi ċċitat il-punt 96 ta’ dan ir-rikors, li jidher fil-parti finali tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Konklużjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, li jindika dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>[L]-avviż [ikkontestat] imur kontra t-tifsira tal-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1 […], billi jinjora fil-prattika l-użu u l-evalwazzjoni tal-lingwi uffiċjali tal-Unjoni l-oħra għall-benefiċċju tal-Ingliż, tal-Franċiż jew tal-Ġermaniż, mingħajr ma jiġġustifika tali limitazzjoni permezz ta’ raġunijiet oġġettivi konkreti marbuta mal-postijiet li għandhom jimtlew. L-avviż […] ikkontestat ma huwiex sempliċi tibdil prattiku, iżda pjuttost emenda fattibbli tas-sistema lingwistika kompleta rregolata mill-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ewwel motiv issollevat mir-Renju ta’ Spanja, ibbażat fuq il-ksur tar-Regolament Nru 1, josserva r-rekwiżiti tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Artikolu 44(1)(c) tar-Regoli tal-Proċedura tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE> u huwa, għalhekk, ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-limitazzjoni tal-lingwi li jistgħu jintużaw fil-komunikazzjonijiet bejn il-kandidati u l-EPSO</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-Kawża T-124/13, dan l-aspett tal-avviżi kkontestati huwa previst fis-sitt motiv issollevat mir-Repubblika Taljana, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 18 TFUE, tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 24 TFUE, tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1, kif ukoll tal-Artikolu 1d(1) u (6) tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Skont ir-Repubblika Taljana, il-limitazzjoni inkwistjoni tikkostitwixxi ksur manifest tal-Artikolu 18 TFUE, tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 24 TFUE, tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1, kif ukoll tal-Artikolu 1d(1) u (6) tar-Regolamenti tal-Persunal. Hija ssostni li minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta ċar li ċ-ċittadini Ewropej għandhom id-dritt li jindirizzaw lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni billi jużaw kwalunkwe waħda mit-23 lingwa uffiċjali, u li għandhom id-dritt li jirċievu t-tweġibiet mill-istituzzjonijiet fl-istess lingwa. Din il-konklużjoni toħroġ ukoll mis-sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, punt 26 iktar ’il fuq<?PAGE NO="9"?> (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:752">EU:C:2012:752</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Il-limitazzjoni hawn fuq prevista tikkostitwixxi diskriminazzjoni, għad-detriment taċ-ċittadini tal-Istati Membri minbarra dawk li għandhom bħala lingwa uffiċjali l-Ġermaniż, l-Ingliż jew il-Franċiż.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana tiċħad it-teżi li l-parteċipazzjoni f’kompetizzjoni għar-reklutaġġ ta’ uffiċjali jew ta’ membri tal-persunal tal-Unjoni ma hijiex forma ta’ parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni. Hija tqis, għall-kuntrarju, li l-proċedura ta’ kompetizzjoni u l-lingwa ta’ komunikazzjoni użata huma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>l-elementi kostituttivi ta’ relazzjoni ta’ natura kostituzzjonali bejn iċ-ċittadin ikkonċernat u l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. Minn dan hija tiddeduċi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>l-lingwa ta’ kompetizzjoni għandha tkun il-lingwa taċ-ċittadin<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. Barra minn hekk, fuq il-bażi tas-sentenza L-Italja vs il-Kummissjoni, punt 26 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:752">EU:C:2012:752</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), hija tikkontesta t-teżi li l-parteċipazzjoni f’kompetizzjoni tikkonċerna sitwazzjoni interna għall-organizzazzjoni istituzzjonali. Fil-fehma tagħha, din hija relazzjoni bejn l-istituzzjoni inkwistjoni u individwu suġġett għad-dritt (ċittadin), li għadu ma jifformax parti mill-persunal ta’ din l-istituzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Fin-nota ta’ intervent tiegħu, ir-Renju ta’ Spanja jsostni l-argumenti tar-Repubblika Taljana. Huwa jsostni li peress li l-limitazzjoni tal-lingwi tista’ tintuża fil-komunikazzjonijiet bejn il-kandidati u l-EPSO, din tagħti, fil-prattika, vantaġġ kompetittiv lill-kandidati kollha li għandhom bħala l-ewwel lingwa waħda minn dawn it-tliet lingwi magħżula (il-Ġermaniż, l-Ingliż, il-Franċiż). Fil-fehma tiegħu, huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>komprensibbli<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> li, għal raġunijiet prattiċi, jiġu llimitati l-lingwi li jistgħu jintużaw fil-komunikazzjonijiet tal-EPSO, iżda l-limitazzjoni għat-tliet lingwi hawn fuq imsemmija tmur kontra r-Regolament Nru 1. Barra minn hekk, tali limitazzjoni hija diskriminatorja. Ir-Renju ta’ Spanja jiċħad, huwa wkoll, it-teżi li r-reklutaġġ ta’ uffiċjali jew ta’ membri tal-persunal minn istituzzjoni jikkostitwixxi kwistjoni purament interna.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Fil-Kawża T‑191/13, għalhekk u kif diġà ġie rrilevat (ara l-punti 38 u 39 iktar ’il fuq), ir-Renju ta’ Spanja jsostni, permezz tal-ewwel motiv tiegħu, li l-limitazzjoni għall-Ġermaniż, għall-Ingliż u għall-Franċiż tal-lingwi ta’ komunikazzjoni bejn l-EPSO u l-kandidati għall-kompetizzjoni prevista mill-avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/248/13, tmur kontra s-sistema lingwistika stabbilita mir-Regolament Nru 1.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni twieġeb, qabelxejn, li l-punti tas-sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, punt 26 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:752">EU:C:2012:752</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), invokati mir-Repubblika Taljana, ma għandhom ebda rabta mal-kwistjoni tal-lingwi użati fit-testijiet ta’ kompetizzjoni, iżda jirreferu għall-aspett differenti tal-pubblikazzjoni tal-avviżi ta’ kompetizzjoni. F’dan il-kuntest, hija tirreferi wkoll għall-ġurisprudenza, partikolarment tas-sentenza tad-<DATE ISO="20030909">9 ta’ Settembru 2003</DATE>, Kik vs UASI (C-361/01 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:434">EU:C:2003:434</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 82), li tipprovdi li r-riferimenti numerużi għall-użu tal-lingwi tal-Unjoni, li jinsabu fit-Trattat FUE, ma jistgħux jitqiesu li huma l-manifestazzjoni ta’ prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, li jiżgura lil kull ċittadin id-dritt li kull ħaġa li tista’ taffettwa l-interessi tiegħu għandha tiġi redatta, fiċ-ċirkustanzi kollha, fil-lingwa tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni li l-kandidati għall-proċedura ta’ kompetizzjoni jinsabu f’<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>pożizzjoni intermedjarja<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. Ċertament, huma jieħdu konjizzjoni tal-eżistenza ta’ proċedura ta’ kompetizzjoni billi jaqraw l-avviż ta’ kompetizzjoni fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> u huwa għal din ir-raġuni li l-avviżi kkontestati ġew ippubblikati bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. Madankollu, ladarba l-kandidat jikkomunika mal-amministrazzjoni bil-ħsieb li jipparteċipa fil-kompetizzjoni, huwa leġittimu li wieħed jistenna li dan ikollu għarfien ta’ mill-inqas lingwa uffiċjali oħra minbarra l-lingwa materna tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, ma jistax jiġi aċċettat li l-kompetenzi lingwistiċi tal-kandidati għal kompetizzjoni jassumu importanza sekondarja. Tali teżi tmur kontra l-prinċipju ta’ awtonomija tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, stipulat fl-Artikoli 335 TFUE u 336 TFUE. Skont dan il-prinċipju, id-determinazzjoni tal-ħtiġijiet lingwistiċi tas-servizz taqa’ biss f’idejn l-istituzzjonijiet, u mhux l-Istati Membri. Is-sentenza<?PAGE NO="10"?> L-Italja vs Il-Kummissjoni, punt 26 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:752">EU:C:2012:752</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 87 u 88), tirrikonoxxi wkoll li l-interess tas-servizz jikkostitwixxi għan leġittimu, li jista’ jiġġustifika limitazzjonijiet għall-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni fuq il-bażi tal-lingwa, previst fl-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>B’hekk, il-Kummissjoni ssostni li kull pretensjoni fis-sens li, fl-ambitu tal-proċedura ta’ kompetizzjoni, il-kandidati jistgħu mingħajr distinzjoni jużaw kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni hija insostenibbli. L-istituzzjonijiet għandhom bżonn persunal operattiv u huwa, għalhekk, inevitabbli li, fil-kuntatti ta’ natura amministrattiva marbuta mal-organizzazzjoni tal-kompetizzjoni, il-kandidat għandu jkun ukoll f’pożizzjoni li jikkomunika permezz ta’ lingwi utli għall-istituzzjonijiet, bħall-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż. Dawn il-komunikazzjonijiet amministrattivi huma diġà elementi marbuta mal-kuntest tax-xogħol li fih il-kandidat jidħol, jekk jgħaddi mill-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni żżid li, fi kwalunkwe każ, il-komunikazzjonijiet bejn il-kandidati u l-EPSO jirrigwardaw informazzjoni elementari, marbuta mal-iżvolġiment tat-testijiet u mad-diversi stadji tal-proċedura ta’ kompetizzjoni. Fir-rigward tal-livell ta’ għarfien u ta’ użu tal-Ġermaniż, tal-Ingliż jew tal-Franċiż meħtieġ fl-avviżi kkontestati, kandidat li l-għarfien lingwistiku tiegħu ma jippermettilux li lanqas jifhem il-komunikazzjonijiet inkwistjoni, redatti f’waħda minn dawn il-lingwi, ma jistax ċertament jimmaġina li jista’ jiġi rreklutat f’istituzzjoni tal-Unjoni. Għall-istess raġunijiet, il-kandidati li għandhom bħala lingwa materna l-Ġermaniż, l-Ingliż jew il-Franċiż ma ngħataw ebda vantaġġ. Insostenn tal-affermazzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni tinvoka statistika dwar il-kompetizzjoni prevista mill-avviż EPSO/AST/126, li turi, fil-fehma tagħha, li kienu l-kandidati ta’ nazzjonalità Taljana li ġew minn tal-ewwel fil-lista ta’ dawk li l-kandidatura tagħhom ġiet ivvalidata.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-informazzjoni ġenerali marbuta mal-proċeduri ta’ kompetizzjoni li tidher fis-sit tal-EPSO, l-istess bħall-gwida, hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali kollha. Skont il-Kummissjoni, l-impożizzjoni fuq l-EPSO tal-obbligu li jiggarantixxi t-traduzzjoni tal-atti kollha tal-kandidatura rċevuti, mil-lingwa materna tal-kandidat lejn l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż, hija manifestament inkompatibbli mal-interess tas-servizz. Barra minn hekk, traduzzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">curriculum vitae</HT> tal-kandidati tkun ta’ żvantaġġ għalihom, peress li huma jitilfu l-kontroll tal-informazzjoni li huma stess ikunu għaddew.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-eżami ta’ dawn l-argumenti, għandu jsir riferiment, qabelxejn, għat-termini tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Nru 1. Dan jipprevedi, fl-Artikolu 1 tiegħu, fil-verżjoni applikabbli fil-mument tal-pubblikazzjoni tal-avviżi kkontestati, dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Il-lingwi uffiċjali u l-lingwi ta’ ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu l-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż, l-Ispanjol, l-Isvediż, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, it-Taljan u l-Ungeriż<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-istess regolament jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Id-dokumenti li Stat Membru jew persuna soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru jibagħtu lill-istituzzjonijiet tal-Komunità jistgħu jitfasslu f’kull waħda mil-lingwi uffiċjali magħżula minn min jibgħat. Ir-risposta għandha titfassal fl-istess lingwa.<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1 jipprevedi li l-istituzzjonijiet jistgħu jiddeterminaw ir-regoli ta’ proċedura ta’ applikazzjoni tas-sistema lingwistika stabbilita minn dan ir-regolament fir-regoli interni tagħhom. Madankollu, kif il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat fil-punt 67 tas-sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, punt 26 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:752">EU:C:2012:752</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), l-istituzzjonijiet ikkonċernati mill-avviżi kkontestati (li kienu wkoll dawk ikkonċernati mill-avviżi ta’ kompetizzjoni inkwistjoni f’dik il-kawża) ma ddeterminawx, fuq il-bażi tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1, ir-regoli ta’ proċedura tas-sistema lingwistika tagħhom fir-regoli interni tagħhom. Il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat ukoll li l-avviżi ta’ kompetizzjoni ma setgħux jitqiesu li jikkostitwixxu regoli interni f’dan ir-rigward.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Qabel ma ngħatat is-sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, punt 26 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:752">EU:C:2012:752</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali kienet iġġudikat li r-Regolament Nru 1 ma kienx japplika għar-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet u l-uffiċjali u l-membri tal-persunal tagħhom, għaliex dan jistabbilixxi biss is-sistema lingwistika applikabbli bejn l-istituzzjonijiet u Stat Membru jew persuna li taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni ta’ wieħed mill-Istati Membri. Il-Qorti Ġenerali qieset ukoll li l-uffiċjali u l-membri tal-persunal l-oħrajn tal-Unjoni, kif ukoll il-kandidati għal dawn il-pożizzjonijiet, kienu jaqgħu effettivament taħt il-ġurisdizzjoni tal-Unjoni biss fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal, inklużi dawk dwar ir-reklutaġġ fi ħdan istituzzjoni. Skont din l-istess ġurisprudenza, l-ekwiparazzjoni mal-uffiċjali u mal-membri tal-persunal l-oħra tal-Unjoni tal-kandidati għal tali pożizzjonijiet, fir-rigward tas-sistema lingwistika applikabbli, hija ġġustifikata mill-fatt li l-imsemmija kandidati jidħlu f’relazzjoni ma’ istituzzjoni tal-Unjoni biss bil-għan li jiksbu pożizzjoni ta’ uffiċjal jew ta’ membru tal-persunal, li għaliha ċertu għarfien lingwistiku huwa meħtieġ u jista’ jiġi rikjest mid-dispożizzjonijiet applikabbli sabiex timtela l-pożizzjoni inkwistjoni. Din il-ġurisprudenza kienet tirreferi wkoll għall-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1 u għall-possibbiltà għall-istituzzjonijiet, prevista f’dan l-artikolu, li jiddeterminaw ir-regoli ta’ proċedura ta’ applikazzjoni tas-sistema lingwistika fir-regoli interni tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20081120">20 ta’ Novembru 2008</DATE>, L-Italja vs Il-Kummissjoni, T‑185/05, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:519">EU:T:2008:519</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 117 sa 119 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Madankollu, wara s-sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, punt 26 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:752">EU:C:2012:752</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), dawn il-kunsiderazzjonijiet ma jistgħux iktar jibqgħu jitqiesu validi. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ikkunsidrat li, fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet regolamentari speċjali applikabbli għall-uffiċjali u għall-membri tal-persunal u fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet f’dan ir-rigward fir-regoli ta’ proċedura tal-istituzzjonijiet ikkonċernati, l-ebda test ma jwassal għall-konklużjoni li r-relazzjonijiet bejn dawn l-istituzzjonijiet u l-uffiċjali u l-membri tal-persunal tagħhom huma totalment esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1. <HT TYPE="ITALIC">A fortiori</HT> l-istess huwa l-każ, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet u l-kandidati għal kompetizzjoni esterna li, bħala prinċipju, la huma uffiċjali u lanqas membri tal-persunal (sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, punt 26 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:752">EU:C:2012:752</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 68 u 69).</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan r-rigward, għandu jiġi miċħud l-argument tal-Kummissjoni (ara l-punt 46 iktar ’il fuq) marbut mal-assenza ta’ rilevanza ta’ din il-parti tas-sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, punt 26 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:752">EU:C:2012:752</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fir-rigward tal-legalità tal-limitazzjoni tal-lingwi ta’ komunikazzjoni bejn il-kandidati u l-EPSO. Fil-fatt, f’din il-parti mis-sentenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat l-applikabbiltà tar-Regolament Nru 1 għall-kandidati għal kompetizzjoni u kkonkludiet li dan kien applikabbli għalihom. Din il-konklużjoni hija rilevanti wkoll għall-kwistjoni mqajma mis-sitt motiv invokat mir-Repubblika Taljana u mill-ewwel motiv issollevat mir-Renju ta’ Spanja.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-argument tal-Kummissjoni (ara l-punt 47 iktar ’il fuq), li l-kandidati għal proċedura ta’ kompetizzjoni jinsabu f’<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>pożizzjoni intermedjarja<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, għandu wkoll jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument tal-Kummissjoni dedott mis-sentenza Kik vs UASI, punt 46 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:434">EU:C:2003:434</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 82), huwa suffiċjenti li jiġi rrilevat li, b’differenza mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), li s-sistema lingwistika tiegħu kienet inkwistjoni fil-kawża li wasslet għal dik is-sentenza, l-istituzzjonijiet kkonċernati mill-avviżi kkontestati ma humiex suġġetti għal sistema lingwistika speċifika (sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, punt 26 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:752">EU:C:2012:752</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 86). Dawn huma suġġetti għas-sistema lingwistika stabbilita mir-Regolament Nru 1.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, kif ukoll tal-kliem ċar u mhux ambigwu tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1, għandu jiġi konkluż li l-avviżi kkontestati, sa fejn dawn jipprevedu li l-kandidati għall-kompetizzjoni inkwistjoni huma marbuta jikkomunikaw mal-EPSO f’lingwa, magħżula minnhom, minn fost il-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Franċiż, jiksru r-Regolament Nru 1. Din ir-raġuni hija<?PAGE NO="12"?> suffiċjenti sabiex tiġġustifika l-annullament tagħhom, mingħajr ma huwa neċessarju li jiġi eżaminat jekk, kif isostnu r-Repubblika Taljana u r-Renju ta’ Spanja, din l-istipulazzjoni twassalx għal diskriminazzjoni pprojbita minħabba l-lingwa.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-att tal-kandidatura huwa, mingħajr ebda dubju, test, indirizzat lill-istituzzjonijiet li stabbilixxew lill-EPSO, minn persuna li taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru, jiġifieri l-kandidat. Għaldaqstant, skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1, din il-persuna (il-kandidat) għandha d-dritt li tagħżel il-lingwa ta’ redazzjoni ta’ dan it-test, minn fost il-lingwi uffiċjali kollha elenkati fl-Artikolu 1 tal-istess regolament. Sa fejn l-avviżi kkontestati jillimitaw din l-għażla għall-Ġermaniż, għall-Ingliż u għall-Franċiż, dawn jiksru dawn id-dispożizzjonijiet. L-istess jingħad għall-komunikazzjonijiet eventwali oħra li kandidat jista’ jitwassal sabiex jindirizza lill-EPSO fir-rigward tal-kompetizzjonijiet previsti mill-avviżi kkontestati.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-komunikazzjonijiet mibgħuta mill-EPSO lil kull kandidat li jkun bagħatlu att tal-kandidatura jikkostitwixxu risposti, fis-sens tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1, għall-att tal-kandidatura u għat-testi eventwali l-oħra li l-kandidat ikun bagħat lill-EPSO. Għalhekk, skont din id-dispożizzjoni tal-aħħar, dawn ir-risposti għandhom jiġu redatti fil-lingwa magħżula, minn fost il-lingwi uffiċjali kollha, mill-kandidat inkwistjoni, għar-redazzjoni tat-testi tiegħu. L-avviżi kkontestati jmorru kontra dan ir-Regolament ukoll sa fejn dawn jipprevedu li l-EPSO għandu jindirizza komunikazzjonijiet lill-kandidati f’lingwa magħżula minnhom minn fost il-Ġermaniż, l-Ingliż jew il-Franċiż, u mhux minn fost il-lingwi uffiċjali kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>L-osservanza, mill-EPSO, tal-obbligu tiegħu, li joħroġ mill-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1, li jikkomunika mal-kandidati għall-kompetizzjonijiet previsti mill-avviżi kkontestati b’lingwa liberament magħżula minn kull kandidat minn fost il-lingwi uffiċjali kollha, u mhux biss bil-Ġermaniż, bl-Ingliż jew bil-Franċiż, tassumi iktar importanza fil-każ fejn l-avviżi kkontestati jipprevedu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>selezzjoni abbażi tal-kwalifiki<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> (ara l-punti 8 u 9 iktar ’il fuq), li ssir <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>skont id-dikjarazzjonijiet [tal-kandidati] fl-applikazzjoni [att tal-kandidatura]<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. B’hekk, huwa importanti li dawn id-dikjarazzjonijiet isiru bil-lingwa magħżula minn kull kandidat, jekk ikun il-każ bil-lingwa materna tiegħu, u mhux b’lingwa li, għal xi wħud minnhom, ma tkunx il-lingwa li biha huma jesprimu ruħhom l-aħjar, minkejja li jkollhom għarfien sodisfaċenti tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Il-fatt li l-parti 3 tal-gwida tirrileva li l-għażla tal-lingwi ta’ komunikazzjoni tal-kandidati mal-EPSO hija limitata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>[s]abiex tiġi żgurata ċ-ċarezza u l-komprensjoni tat-testi ta’ natura ġenerali u tal-komunikazzjonijiet indirizzati lill-kandidati jew irċevuti minn dawn tal-aħħar<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> ma jistax iwassal għal konklużjoni differenti. L-impożizzjoni, mill-EPSO, tal-użu ta’ waħda mit-tliet lingwi hawn fuq imsemmija fuq il-kandidati li jkunu ppreferew jikkomunikaw miegħu b’lingwa uffiċjali oħra ma tistax tiggarantixxi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>tiġi żgurata ċ-ċarezza u l-komprensjoni<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, minn dawn il-kandidati, tat-testi ta’ natura ġenerali u tal-komunikazzjonijiet li l-EPSO jibagħtilhom. L-istess jingħad għall-komprensjoni, mill-EPSO, tal-komunikazzjonijiet li huwa jirċievi mingħand dawn il-kandidati, peress li ċ-ċarezza tagħhom tista’ tiġi affettwata, minħabba l-fatt li dawn jiġu redatti b’lingwa li ma hijiex il-lingwa tal-ewwel għażla tal-kandidati inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, huwa suffiċjenti li jiġi rrilevat li l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1 ma jipprevedix eċċezzjoni għall-obbligu li huwa jimponi, la għar-raġunijiet imsemmija fil-parti 3 tal-gwida u lanqas għal raġunijiet oħra (ara, f’dan is-sens u bħala analoġija, is-sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, punt 26 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:752">EU:C:2012:752</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 72).</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Dawn il-kunsiderazzjonijiet jippermettu wkoll li l-argumenti l-oħra mressqa mill-Kummissjoni jiġu miċħuda.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>L-argument dedott mill-awtonomija tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni (ara l-punt 48 iktar ’il fuq), ma jistax jirnexxi. Huwa veru li l-ġurisprudenza tirrikonoxxi l-prinċipju ta’ awtonomija funzjonali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fir-rigward tal-għażla tal-uffiċjali u l-membri tal-persunal tagħhom,<?PAGE NO="13"?> stipulat fl-Artikolu 2 tar-Regolamenti tal-Persunal. Dawn l-istituzzjonijiet għandhom, għalhekk, setgħa diskrezzjonali wiesgħa u awtonomija fir-rigward tal-ħolqien ta’ impjieg ta’ uffiċjal jew ta’ membru tal-persunal, fir-rigward tal-għażla tal-uffiċjal jew tal-membru tal-persunal sabiex jimla l-impjieg maħluq u fir-rigward tan-natura tar-relazzjoni li torbothom ma’ membru tal-persunal (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20050908">8 ta’ Settembru 2005</DATE>, AB, C‑288/04, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:526">EU:C:2005:526</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 26 u 28). Madankollu, din l-awtonomija ma teżonerahomx mill-obbligu li josservaw id-dispożizzjonijiet applikabbli tad-dritt tal-Unjoni, inklużi dawk tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1, li f’dan il-każ ġew miksura.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li n-neċessità tal-osservanza tal-obbligi li joħorġu mir-Regolament Nru 1 ma għandhiex il-konsegwenza li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni huma preklużi milli jiddeterminaw, huma stess, fl-eżerċizzju tal-awtonomija funzjonali tagħhom invokata mill-Kummissjoni, il-ħtiġijiet lingwistiċi tagħhom. L-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1, li huwa inkwistjoni f’din il-kawża, ma jipprekludix stipulazzjoni, f’avviż ta’ kompetizzjoni, li teżiġi mill-kandidati għall-kompetizzjoni għarfien lingwistiku speċifiku. Huwa sempliċement jipprevedi li, anki f’tali ipoteżi, l-awtur tal-avviż ta’ kompetizzjoni, f’dan il-każ l-EPSO, għandu jikkomunika ma’ kull kandidat bil-lingwa uffiċjali magħżula minn dan tal-aħħar, u mhux b’lingwa magħżula minn fost grupp ta’ lingwi iktar ristrett, anki jekk l-għarfien ta’ mill-inqas waħda minn dawn il-lingwi jkun meħtieġ minn kull kandidat sabiex ikun jista’ jipparteċipa fil-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>L-argument tal-Kummissjoni, li l-komunikazzjonijiet bejn il-kandidati u l-EPSO jirrigwardaw informazzjoni elementari li kandidat li jkollu għarfien tal-Ġermaniż, tal-Ingliż jew tal-Franċiż suffiċjenti sabiex ikun jista’ jipparteċipa fil-kompetizzjoni ma jkollu ebda diffikultà li jifhem, għandu wkoll jiġi miċħud, bl-istess mod bħal dak l-argument li jsostni li l-ħtieġa li l-atti tal-kandidatura jiġu tradotti mil-lingwi ta’ redazzjoni tagħhom għall-Ġermaniż, l-Ingliż jew il-Franċiż hija inkompatibbli mal-interess tas-servizz. L-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1 ma jipprevedix eċċezzjonijiet għall-obbligu li huwa jimponi, la għal raġunijiet marbuta mal-interess tas-servizz u lanqas għal raġunijiet oħra. Barra minn hekk, diġà ġie rrilevat li dan l-artikolu jħalli f’idejn il-persuna li tibgħat test lil istituzzjoni l-għażla tal-lingwa ta’ redazzjoni ta’ dan it-test, u jimponi fuq l-istituzzjonijiet l-obbligu li jirrisponduh bl-istess lingwa, indipendentement mill-kapaċità ta’ lingwa oħra li huwa jista’ jkollu.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Finalment, la l-argument li l-informazzjoni li tidher fis-sit tal-EPSO u l-gwida hija disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha u lanqas l-argument li l-kandidati ta’ nazzjonalità Taljana ma sofrew ebda preġudizzju minħabba l-impossibbiltà li jużaw it-Taljan fil-komunikazzjonijiet tagħhom mal-EPSO ma jistgħu jirnexxu.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel argument, huwa suffiċjenti li jiġi rrilevat li, f’dan il-każ, il-kwistjoni tikkonċerna l-lingwa użata fil-komunikazzjonijiet individwali bejn il-kandidati u l-EPSO, u ċ-ċirkustanzi invokati ma għandhom ebda effett fuq l-obbligu ta’ dan tal-aħħar li josserva l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1, fir-rigward ta’ dawn il-komunikazzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni argument, huwa suffiċjenti li jiġi rrilevat li l-ksur ta’ dispożizzjoni legali tad-dritt tal-Unjoni, f’dan il-każ l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1, li l-osservanza tiegħu hija imposta fuq l-EPSO, huwa suffiċjenti sabiex iwassal għall-annullament tal-avviżi kkontestati, mingħajr ma huwa meħtieġ li jintwera li dan il-ksur ikkawża preġudizzju lil kandidati partikolari.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, is-sitt motiv issollevat mir-Repubblika Taljana u l-ewwel motiv issollevat mir-Renju ta’ Spanja għandhom jintlaqgħu u l-avviżi kkontestati għandhom jiġu annullati, sa fejn dawn jirrestrinġu l-lingwi li jistgħu jintużaw fil-komunikazzjonijiet bejn il-kandidati u l-EPSO għall-Ġermaniż, għall-Ingliż u għall-Franċiż.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-legalità tal-limitazzjoni għall-Ġermaniż, għall-Ingliż jew għall-Franċiż, tal-għażla tat-tieni lingwa mill-kandidati għall-kompetizzjonijiet previsti mill-avviżi kkontestati</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Huwa opportun li tiġi eżaminata l-legalità tal-limitazzjoni għall-Ġermaniż, għall-Ingliż jew għall-Franċiż, tal-għażla tat-tieni lingwa mill-kandidati għall-kompetizzjonijiet previsti mill-avviżi kkontestati, peress li dan huwa aspett differenti ta’ dawn l-avviżi, li fuqu l-illegalità kkonstatata fil-punt 60 iktar ’il fuq ma għandhiex effett.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandhom jiġu eżaminati t-tielet u s-seba’ motivi ssollevati mir-Repubblika Taljana fil-Kawża T‑124/13, kif ukoll it-tieni motiv invokat mir-Renju ta’ Spanja fil-Kawża T‑191/13.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>It-tielet motiv issollevat mir-Repubblika Taljana huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 6(3) TUE, tal-Artikolu 18 TFUE, tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, tal-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament Nru 1, tal-Artikolu 1d(1) u (6), tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 27 u tal-Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal. Essenzjalment, ir-Repubblika Taljana ssostni li l-limitazzjoni, prevista mill-avviżi kkontestati, tal-għażla tat-tieni lingwa tal-kandidati għall-kompetizzjonijiet inkwistjoni, għall-Ġermaniż, għall-Ingliż u għall-Franċiż tikser dawn id-dispożizzjonijiet kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Is-seba’ motiv issollevat mir-Repubblika Taljana huwa bbażat fuq il-ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, tal-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament Nru 1, tal-Artikolu 1d(1) u (6), tal-Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Artikolu 1(1)(f) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif ukoll fuq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>żnaturament tal-fatti<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>. Essenzjalment, b’dan il-motiv, ir-Repubblika Taljana ssostni nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni tal-avviżi kkontestati. Hija tikkontesta, barra minn hekk, il-fondatezza ta’ din il-motivazzjoni u l-konformità tagħha mad-dispożizzjonijiet hawn fuq imsemmija.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni motiv fil-Kawża T‑191/13, ir-Renju ta’ Spanja jinvoka, essenzjalment, ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba l-lingwa, stipulat fl-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Huwa jsostni li l-motivazzjoni tal-limitazzjoni fl-għażla tat-tieni lingwa (ara l-punt 6 iktar ’il fuq) tikkonsisti f’<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>test stereotip<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> li ma huwiex suffiċjenti sabiex jikkonforma ruħu mas-sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, punt 26 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:752">EU:C:2012:752</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). B’hekk, fil-fehma tiegħu, l-avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/248/13 huwa affettwat mill-istess vizzji bħall-avviżi inkwistjoni fil-kawża li wasslet għal dik is-sentenza. Il-motivazzjoni tiegħu hija ġenerali u ma tissodisfax ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>rekwiżiti minimi fil-qasam tat-testijiet li jiġġustifikaw restrizzjoni tas-sistema lingwistika kompleta<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>. Ir-Renju ta’ Spanja jressaq argumenti analogi fin-nota ta’ intervent tiegħu fil-Kawża T‑124/13.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Fir-rigward, qabelxejn, tal-possibbiltà ta’ nuqqas jew ta’ insuffiċjenza ta’ motivazzjoni tal-avviż ikkontestat, għandu jiġi rrilevat li, fil-Kawża T‑191/13, il-Kummissjoni ma taqbilx li r-Renju ta’ Spanja ssolleva tali motiv fir-rikors tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li l-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni jaqa’ taħt il-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, u jikkostitwixxi motiv ta’ ordni pubbliku li għandu, jekk ikun il-każ, jiġi ssollevat <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-Qorti tal-Unjoni (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="19980402">2 ta’ April 1998</DATE>, Il-Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France, C‑367/95 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:154">EU:C:1998:154</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 67 u l-ġurisprudenza ċċitata). Barra minn hekk, kif diġà ġie rrilevat, ir-Repubblika Taljana senjatament ikkontestat, fl-ambitu tas-seba’ motiv tagħha fil-Kawża T-124/13, l-osservanza tal-obbligu ta’ motivazzjoni mill-awturi tal-avviżi kkontestati.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandha titfakkar ukoll ġurisprudenza stabbilita, li tipprovdi li l-obbligu ta’ motivazzjoni ta’ deċiżjonijiet jikkostitwixxi formalità proċedurali sostanzjali li għandha tinżamm distinta mill-kwistjoni tal-fondatezza tal-motivi, li tikkonċerna l-legalità fil-mertu tal-att ikkontestat.<?PAGE NO="15"?> Fil-fatt, il-motivazzjoni ta’ att tikkonsisti f’li jiġu espressi formalment il-motivi li fuqhom huwa bbażat. Jekk dawn il-motivi huma vvizzjati bi żbalji, dawn jivvizzjaw il-legalità sostantiva tal-att inkwistjoni, iżda mhux il-motivazzjoni tagħha, li tista’ tkun suffiċjenti minkejja li tkun tesprimi motivi żbaljati (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20080710">10 ta’ Lulju 2008</DATE>, Bertelsmann u Sony Corporation of America vs Impala, C‑413/06 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:392">EU:C:2008:392</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 181 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif irrilevat fil-punt 6 iktar ’il fuq, l-avviżi kkontestati jinkludu motivazzjoni intiża sabiex tiġġustifika r-rekwiżit li l-kandidati għandu jkollhom għarfien sodisfaċenti tal-Ġermaniż, tal-Ingliż jew tal-Franċiż, lingwi li għalihom hija limitata l-għażla tagħhom tat-tieni lingwa tal-kompetizzjoni. Għaldaqstant, l-awtur tagħhom, l-EPSO, ma jistax jiġi kkritikat bi ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Il-kwistjoni ta’ fondatezza ta’ din il-motivazzjoni hija distinta, u se tiġi eżaminata iktar tard.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Sussegwentement, għall-finijiet tal-eżami ta’ din il-kwistjoni tal-aħħar, għandu jitfakkar il-kliem tad-dispożizzjonijiet imsemmija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha L-Italja vs Il-Kummissjoni, punt 26 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:752">EU:C:2012:752</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), invokati wkoll mir-Repubblika Taljana u mir-Renju ta’ Spanja fl-argumentazzjoni tagħhom, kif ukoll il-konklużjonijiet li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeduċiet minn dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Fil-punti 81 sa 84 tas-sentenza tagħha L-Italja vs il-Kummissjoni, punt 26 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:752">EU:C:2012:752</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra li rreferiet għall-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1 (ara l-punt 52 iktar ’il fuq), irreferiet ukoll għall-Artikolu 1d(1) sa (6) u għall-Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll għall-Artikolu 1(1)(f) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>L-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li, fl-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal, kull diskriminazzjoni, bħal diskriminazzjoni speċifikament ibbażata fuq il-lingwa, hija pprojbita. Konformement mal-paragrafu 6 tal-istess artikolu, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>[w]aqt li jkun irrispettat il-prinċipju tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni u l-prinċipju tal-proporzjonalità, kull limitazzjoni fl-applikazzjoni tagħhom trid tkun iġġustifikata fuq bażijiet oġġettivi u raġonevoli, u trid tkun immirata lejn oġġetti leġittimi fl-interess ġenerali fil-qafas tal-politika tal-persunal<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>L-Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal jipprevedi li ħadd ma jista’ jiġi appuntat bħala uffiċjal jekk ma jipproduċix evidenza ta’ għarfien fil-fond ta’ waħda mil-lingwi tal-Unjoni u għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa oħra tal-Unjoni. Kif il-Qorti tal-Ġustizzja rrimarkat fis-sentenza tagħha L-Italja vs Il-Kummissjoni, punt 26 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:752">EU:C:2012:752</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 83), minkejja li din id-dispożizzjoni tispeċifika li l-għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa oħra huwa rikjest <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>sa fejn neċessarju għall-funzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> li l-kandidat huwa mitlub jeżerċita, hija ma tindikax il-kriterji li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex l-għażla ta’ din il-lingwa tiġi llimitata minn fost il-lingwi uffiċjali msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1.</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1)(f) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal, l-avviż ta’ kompetizzjoni jista’ possibbilment jispeċifika l-għarfien tal-lingwi meħtieġa min-natura partikolari tal-pożizzjonijiet li għandhom jimtlew. Madankollu, kif il-Qorti tal-Ġustizzja indikat fis-sentenza tagħha L-Italja vs Il-Kummissjoni, punt 26 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:752">EU:C:2012:752</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 84), minn din id-dispożizzjoni ma tirriżultax awtorizzazzjoni ġenerali sabiex issir deroga mir-rekwiżiti tal-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1.</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti 86 sa 88 iktar ’il fuq ma jipprovdux kriterji espliċiti li jippermettu l-limitazzjoni tal-għażla tat-tieni lingwa li tagħha l-kandidati f’kompetizzjoni intiża għar-reklutaġġ ta’ uffiċjali tal-Unjoni għandu jkollhom għarfien, kemm jekk din tkun tirrigwarda t-tliet lingwi imposti mill-avviżi kkontestati kif ukoll lingwi uffiċjali oħra (sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, punt 26 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:752">EU:C:2012:752</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 85). Barra minn hekk, hija kkonstatat li l-istituzzjonijiet ikkonċernati mill-avviżi kkontestati (li kienu wkoll affettwati mill-avviżi ta’ kompetizzjoni inkwistjoni fil-kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja) ma kinux suġġetti għal sistema lingwistika speċifika (ara l-punt 59 iktar ’il fuq).</TXT></NP><?PAGE NO="16"?><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li mid-dispożizzjonijiet kollha hawn fuq imsemmija jirriżulta li l-interess tas-servizz jista’ jikkostitwixxi għan leġittimu li jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni. B’mod partikolari, l-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal jawtorizza limiti għall-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità. Madankollu, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, huwa importanti li dan l-interess tas-servizz ikun oġġettivament iġġustifikat u li l-livell ta’ għarfien lingwistiku meħtieġ jirriżulta li jkun proporzjonat mal-ħtiġijiet reali tas-servizz (sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, punt 26 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:752">EU:C:2012:752</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 88).</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li regoli li jillimitaw l-għażla tat-tieni lingwa għandhom jipprevedu kriterji ċari, oġġettivi u prevedibbli sabiex il-kandidati jkun jistgħu jagħrfu, suffiċjentement minn qabel, liema rekwiżiti lingwistiċi huma meħtieġa, u dan sabiex ikunu jistgħu jippreparaw ruħhom għall-kompetizzjonijiet fl-aħjar kundizzjonijiet (sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, punt 26 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:752">EU:C:2012:752</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 90).</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Fil-kawża li wasslet għas-sentenza tagħha L-Italja vs Il-Kummissjoni, punt 26 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:752">EU:C:2012:752</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 91), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-istituzzjonijiet ikkonċernati ma kienu qatt adottaw regoli ta’ proċedura konformement mal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1. Hija żżid li l-Kummissjoni lanqas ma invokat l-eżistenza ta’ atti oħra, bħal komunikazzjonijiet li jistipulaw il-kriterji għal limitazzjoni tal-għażla ta’ lingwa bħala t-tieni lingwa għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjonijiet inkwistjoni f’dik il-kawża. Finalment, hija kkonstatat li l-avviżi ta’ kompetizzjoni inkwistjoni f’dik il-kawża ma kienu jinkludu ebda motivazzjoni li tiġġustifika l-għażla tat-tliet lingwi (il-Ġermaniż, l-Ingliż, il-Franċiż) li għalihom kienet limitata l-għażla tat-tieni lingwa tal-kandidati għall-imsemmija kompetizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-limitazzjoni tal-għażla tat-tieni lingwa mill-kandidati għal kompetizzjoni għal numru ristrett ta’ lingwi, bl-esklużjoni tal-lingwi uffiċjali l-oħra, tikkostitwixxi diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-lingwa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza L-Italja vs il-Kummissjoni, punt 26 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:752">EU:C:2012:752</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 102). Fil-fatt, huwa evidenti li, b’tali stipulazzjoni, ċerti kandidati potenzjali (li għandhom għarfien sodisfaċenti ta’ mill-inqas waħda mit-tliet lingwi magħżula) huma ffavoriti, inkwantu jistgħu jipparteċipaw fil-kompetizzjoni u jkunu, b’hekk, irreklutati bħala uffiċjali jew membri tal-persunal tal-Unjoni, filwaqt li l-oħrajn, li ma jkollhomx tali għarfien, huma esklużi.</TXT></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li din ma hijiex diskriminazzjoni fuq il-bażi tan-nazzjonalità. Issa, tali argument huwa ineffettiv, peress li l-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal ma jipprojbixxix biss id-diskriminazzjoni fuq il-bażi tan-nazzjonalità, iżda wkoll diversi forom oħra ta’ diskriminazzjoni, inkluża dik fuq il-bażi tal-lingwa.</TXT></NP><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Fl-istess kuntest, il-Kummissjoni ssostni, fil-Kawża T‑124/13, li ebda diskriminazzjoni ma setgħet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>tirriżulta fid-dritt, minħabba l-fatt li l-kandidati setgħu jwettqu parti mill-kompetizzjoni[jiet] [previsti mill-avviżi kkontestati] fil-lingwa materna tagħhom u li l-għażla tat-tieni lingwa saret fuq il-bażi tal-lingwi l-iktar mifruxa, l-iktar studjati fl-Ewropa<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Dan l-argument għandu jiġi miċħud. L-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal jipprojbixxi kull diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-lingwa, anki jekk in-numru ta’ vittmi ta’ tali diskriminazzjoni jkun pjuttost limitat. Ħaġa oħra hija l-kwistjoni dwar jekk diskriminazzjoni tistax tkun ittollerata għal raġunijiet oħra, f’liema każ in-numru ristrett ta’ vittmi potenzjali ta’ diskriminazzjoni jista’ jikkostitwixxi argument validu, favur in-natura proporzjonali tal-miżura inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li jiġi eżaminat jekk, bil-limitazzjoni għall-Ġermaniż, għall-Ingliż u għall-Franċiż l-għażla tat-tieni lingwa għall-kandidati previsti mill-avviżi kkontestati, l-EPSO, l-awtur tal-imsemmija avviżi, kisirx l-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal, billi ħoloq diskriminazzjoni pprojbita, ibbażata fuq il-lingwa.</TXT></NP><?PAGE NO="17"?><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li, b’differenza mill-avviżi ta’ kompetizzjoni inkwistjoni fil-kawża li wasslet għas-sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, punt 26 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:752">EU:C:2012:752</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), l-avviżi kkontestati jinkludu motivazzjoni (ara l-punt 6 iktar ’il fuq), li ddaħħlet speċifikament sabiex twieġeb għar-rekwiżiti tal-imsemmija sentenza. B’mod partikolari, minn din il-motivazzjoni jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>l-għażliet tat-tieni lingwa [f]il-kompetizzjoni ġew definiti b’konformità mal-interess tas-servizz li jeħtieġ li l-kollegi ġodda reklutati jibdew jaħdmu mal-ewwel u jistgħu jikkomunikaw b’mod effiċjenti fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> u li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>[j]ekk dan ma jkunx il-każ, it-tħaddim effettiv tal-istituzzjonijiet ikun affettwat ħażin ħafna<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi nnotat li l-konstatazzjonijiet l-oħra tal-Qorti tal-Ġustizzja mfakkra fil-punt 92 iktar ’il fuq jibqgħu validi wkoll fir-rigward taċ-ċirkustanzi ta’ dawn il-kawżi. Fil-fatt, kif il-Kummissjoni, barra minn hekk, ikkonfermat fis-seduta, l-istituzzjonijiet ikkonċernati mill-avviż ikkontestat ma adottawx, wara li ngħatat is-sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, punt 26 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:752">EU:C:2012:752</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u sal-pubblikazzjoni tal-avviżi kkontestati, la regoli ta’ proċedura konformement mal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1 u lanqas atti oħra, bħal komunikazzjonijiet li jistipulaw il-kriterji għal limitazzjoni tal-għażla ta’ lingwa bħala t-tieni lingwa għall-parteċipazzjoni f’kompetizzjoni intiża għar-reklutaġġ ta’ uffiċjali tal-Unjoni. B’mod partikolari, għandu jiġi kkonstatat li ebda stipulazzjoni f’dan is-sens ma tirriżulta fil-gwida.</TXT></NP><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>Mis-sentenza L-Italja vs Il-Kummissjoni, punt 26 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:752">EU:C:2012:752</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 95), jirriżulta li l-assenza ta’ regoli jew ta’ komunikazzjonijiet bħalma huma dawk previsti fil-punt 99 iktar ’il fuq ma tistax tiġi kkumpensata bil-kontenut ta’ avviż ta’ kompetizzjoni li, neċessarjament, jirreferi biss għal kompetizzjoni speċifika. It-terminu bejn il-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kompetizzjoni u d-data tat-testijiet previsti fih ma jippermettix neċessarjament lil kandidat li jikseb l-għarfien lingwistiku suffiċjenti sabiex juri l-kapaċitajiet professjonali tiegħu. Fir-rigward tal-possibbiltà li wieħed jitgħallem waħda mit-tliet lingwi li għalihom l-avviżi kkontestati jillimitaw l-għażla tat-tieni lingwa mill-perspettiva ta’ kompetizzjonijiet futuri, hija tippresupponi li l-lingwi imposti mill-EPSO jkunu determinabbli żmien twil minn qabel. Issa, l-assenza ta’ regoli bħal dawk imsemmija fil-punt 92 iktar ’il fuq ma tiggarantixxi bl-ebda mod il-permanenza tal-għażla tal-lingwi ta’ kompetizzjoni u ma tippermetti l-ebda previdibbiltà fil-qasam.</TXT></NP><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi eżaminat jekk il-motivazzjoni inkluża fl-avviżi kkontestati turix li l-limitazzjoni, għall-Ġermaniż, għall-Ingliż u għall-Franċiż, tal-għażla tat-tieni lingwa mill-kandidati għall-kompetizzjoni inkwistjoni hija ġġustifikata fl-interess tas-servizz u tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandhom jiġu ddefiniti l-parametri ta’ tali eżami. Il-Kummissjoni tinvoka l-prinċipju ta’ awtonomija tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni (ara l-punt 67 iktar ’il fuq) sabiex issostni li dawn tal-aħħar għandhom setgħa diskrezzjonali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>partikolarment wiesgħa<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, sa fejn huma biss jistgħu jiddeċiedu dwar il-politika tagħhom tal-persunal. Hija tikkonkludi li, f’dan il-kuntest, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni jinkiser biss fil-każ ta’ għażliet arbitrarji jew manifestament inadegwati meta mqabbla mal-għan previst, li, fil-fehma tagħha, huwa dak li jkun jista’ jkollhom kandidati li jistgħu jaħdmu immedjatament u li jirreklutaw uffiċjali li jkollhom l-ogħla livelli ta’ kapaċità, ta’ effiċjenza u ta’ integrità.</TXT></NP><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li huwa biss l-għan li jkollhom kandidati li jistgħu jaħdmu immedjatament li jista’ jiġġustifika, possibbilment, diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa. Min-naħa l-oħra, tali diskriminazzjoni ma tistax tiffaċilita r-reklutaġġ ta’ uffiċjali bl-ogħla livelli ta’ kapaċità, ta’ effiċjenza u ta’ integrità, meta dawn il-kwalitajiet huma, manifestament, indipendenti mill-għarfien lingwistiku ta’ kandidat.</TXT></NP><NP><NO.P>104</NO.P><TXT>Imbagħad, għandu jitfakkar li l-awtonomija funzjonali tal-istituzzjonijiet ma teżonerahomx mill-obbligu li josservaw id-dispożizzjonijiet applikabbli tad-dritt tal-Unjoni, li minnu jagħmel parti l-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP><?PAGE NO="18"?><NP><NO.P>105</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa ċertament veru li minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li, fl-oqsma li jaqgħu taħt l-eżerċizzju ta’ setgħa diskrezzjonali, ikun hemm ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni meta l-istituzzjoni kkonċernata tagħmel distinzjoni arbitrarja jew manifestament inadegwata meta mqabbla mal-għan tal-leġiżlazzjoni (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20120320">20 ta’ Marzu 2012</DATE>, Kurrer et vs Il-Kummissjoni, T‑441/10 P sa T‑443/10 P, ĠabraFP, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:133">EU:T:2012:133</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 54 u l-ġurisprudenza ċċitata; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20100415">15 ta’ April 2010</DATE>, Gualtieri vs Il-Kummissjoni, C‑485/08 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:188">EU:C:2010:188</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 72).</TXT></NP><NP><NO.P>106</NO.P><TXT>Madankollu, din il-ġurisprudenza ma teskludix kull kontroll, mill-qorti tal-Unjoni, tar-rekwiżiti possibbli ta’ għarfien lingwistiku speċifiku tal-kandidati għal kompetizzjoni għar-reklutaġġ ta’ uffiċjali jew ta’ membri tal-persunal tal-Unjoni. Għall-kuntrarju, mill-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja msemmija fil-punt 90 iktar ’il fuq, jirriżulta li huwa l-kompitu tal-qorti tal-Unjoni li tivverifika li tali rekwiżiti jkunu oġġettivament iġġustifikati u proporzjonati għall-ħtiġijiet reali tas-servizz, fi kliem ieħor li dawn ma jkunux arbitrarji jew manifestament inadegwati meta mqabbla mal-għan imfittex.</TXT></NP><NP><NO.P>107</NO.P><TXT>Skont il-motivazzjoni tal-avviżi kkontestati, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>l-interess tas-servizz […] jeħtieġ li l-kollegi ġodda reklutati jibdew jaħdmu mal-ewwel u jistgħu jikkomunikaw b’mod effiċjenti fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>. Fid-dawl tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>prassi tal-istituzzjonijiet tal-UE li ilha fir-rigward tal-lingwi użati għal komunikazzjoni interna<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>filwaqt li jiġu kkunsidrati […] [l]-ħtiġijiet tas-servizzi dwar il-komunikazzjoni esterna u l-immaniġġar tal-fajls<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, ġie konkluż li t-tliet lingwi hawn fuq imsemmija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>jibqgħu l-aktar lingwi użati<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>108</NO.P><TXT>Sussegwentement, ġie kkonstatat li dawn it-tliet lingwi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>huma t-tieni lingwa l-aktar magħżula mill-kandidati tal-kompetizzjonijiet fejn għandhom għażla ħielsa<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>. Skont l-avviżi kkontestati, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>[d]an jikkonferma l-istandards edukattivi u professjonali attwali, fejn il-kandidati għal dmirijiet tal-Unjoni Ewropea jistgħu jitqiesu li jafu tajjeb ħafna tal-inqas waħda minn dawn il-lingwi<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>. Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ġie konkluż li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>meta wieħed jibbilanċja l-interess tas-servizz u l-ħtiġijiet u l-ħiliet tal-kandidati billi jiġi kkunsidrat ukoll il-qasam partikolari ta’ din il-kompetizzjoni, ikun ġust li jiġu organizzati testijiet f’dawn it-tliet lingwi sabiex jiġi żgurat li, tkun xi tkun l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom, il-kandidati kollha jkunu jafu tajjeb ħafna minn tal-inqas waħda mit-tliet lingwi uffiċjali fil-livell ta’ xogħol<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>109</NO.P><TXT>Jidher li l-kunsiderazzjoni li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>[l-]valutazzjoni ta’ ħiliet speċifiċi […] tippermetti lill-Istituzzjonijiet biex jevalwaw l-abilità tal-kandidati sabiex jaħdmu immedjatament f’ambjent li jaqbel mar-realtà li jsibu fl-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> saret sabiex tiġġustifika l-organizzazzjoni ta’ ċerti testijiet fit-tieni lingwa, magħżula minn kull kandidat minn fost il-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Franċiż. Ir-rekwiżit li l-kandidati li jagħżlu waħda minn dawn it-tliet lingwi bħala l-ewwel lingwa għandhom, xorta waħda, jagħmlu dawn it-testijiet f’lingwa oħra minn dawn it-tliet lingwi, li huma jkunu għażlu bħala t-tieni lingwa, huwa spjegat minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>għan ta’ ugwaljanza fit-trattament<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>110</NO.P><TXT>L-affermazzjoni li t-tliet lingwi hawn fuq imsemmija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>jibqgħu l-aktar lingwi użati<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> fid-dawl, partikolarment, tal-prassi tal-istituzzjonijiet tal-UE li ilha fir-rigward tal-lingwi użati għal komunikazzjoni interna”, tassumi pożizzjoni prinċipali f’dan ir-raġunament. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li din hija affermazzjoni vaga li ma hijiex ikkompletata minn indikazzjonijiet konkreti.</TXT></NP><NP><NO.P>111</NO.P><TXT>Fil-fatt, din l-allegata prassi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fir-rigward tal-lingwi ta’ komunikazzjoni ma hija bl-ebda mod spjegata. B’mod partikolari, ma huwiex speċifikat jekk din timplikax l-użu parallel ta’ dawn it-tliet lingwi bħala lingwi ta’ komunikazzjoni interna fis-servizzi kollha tal-istituzzjonijiet kollha kkonċernati mill-avviżi kkontestati, jew jekk, pjuttost, ċerti servizzi jużawx waħda minn dawn il-lingwi u oħrajn jużaw oħra. F’dan il-każ tal-aħħar, ikun hemm riskju li s-servizzi li jistgħu jkunu ta’ interess għall-kandidati li jkunu għaddew mill-kompetizzjonijiet inkwistjoni ma jużawx waħda jew l-oħra mit-tliet lingwi hawn fuq imsemmija bħala lingwa ta’ komunikazzjoni interna, u dan iqiegħed f’dubju n-natura raġonevoli u proporzjonata tal-limitazzjoni, għal dawn it-tliet lingwi, tal-għażla tat-tieni lingwa għall-kandidati għall-kompetizzjoni inkwistjoni. Fil-fatt, f’tali każ, jew ċerti kandidati, minkejja li jkunu għaddew mill-kompetizzjoni, ma jiġux irreklutati, jew is-servizzi kkonċernati jkunu obbligati li<?PAGE NO="19"?> jirreklutaw, parzjalment, kandidati li ma jkollhomx għarfien tal-lingwa ta’ komunikazzjoni interna, f’liema każ tqum leġittimament il-kwistjoni dwar is-sens u l-utilità tal-limitazzjoni hawn fuq imsemmija.</TXT></NP><NP><NO.P>112</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni pprovdiet, fid-dokumenti tagħha, ċerti speċifikazzjonijiet f’dan ir-rigward u pproduċiet provi addizzjonali. Madankollu, l-eżami tagħhom ma jwassalx għat-tneħħija tad-dubji serji mqajma mill-affermazzjonijiet hawn fuq indikati tal-avviżi kkontestati.</TXT></NP><NP><NO.P>113</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-Kummissjoni ssostni li l-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Franċiż huma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>t-tliet lingwi prinċipali tad-deliberazzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>. Fil-fehma tagħha, din is-sitwazzjoni kienet ikkaratterizzata mill-użu inizjali tal-Franċiż u tal-Ġermaniż u ġiet arrikkita, mill-1973, bl-introduzzjoni tal-Ingliż. Hija żżid li l-lingwa tradizzjonali tal-qrati fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija l-Franċiż, filwaqt li l-Ingliż huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>l-lingwa tax-xogħol l-iktar mifruxa fl-aġenziji<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>. Dan l-istat ta’ fatt huwa kkonfermat, partikolarment, mis-sistema lingwistika tal-Kumitat ta’ Rappreżentanti Permanenti (Coreper), li huwa responsabbli, konformement mal-Artikolu 16(7) TUE, sabiex iħejji l-ħidma tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>114</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li, bl-eċċezzjoni ta’ kopji ta’ ċerta posta elettronika, prodotti fil-Kawża T‑124/13 sabiex turi li l-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Franċiż huma l-lingwi funzjonali użati mill-Istati Membri fi ħdan il-Coreper, il-Kummissjoni ma pproduċietx provi oħra insostenn tal-allegazzjonijiet hawn fuq riprodotti.</TXT></NP><NP><NO.P>115</NO.P><TXT>Fin-nuqqas ta’ tali elementi, l-affermazzjoni, vaga u ġenerali, li l-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Franċiż huma l-lingwi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> tad-deliberazzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma tistax tintlaqa’. Il-Kummissjoni stess taċċetta li l-unika lingwa ta’ deliberazzjonijiet tal-qrati kollha li jikkostitwixxu l-Qorti tal-Ġustizzja hija, tradizzjonalment, il-Franċiż. Barra minn hekk, huwa magħruf sewwa li l-membri tal-Parlament Ewropew jesprimu ruħhom, f’seduta plenarja jew ta’ kumitat, bil-lingwi uffiċjali kollha. L-istess jingħad fir-rigward tar-rappreżentanti tal-Istati Membri, miġbura fi ħdan il-Kunsill.</TXT></NP><NP><NO.P>116</NO.P><TXT>Barra minn hekk, anki jekk jiġi aċċettat li, kif il-Kummissjoni tafferma, it-tliet lingwi hawn fuq imsemmija huma l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>lingwi funzjonali<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> użati fi ħdan il-Coreper (li, barra minn hekk, ġie kkontestat mir-Repubblika Taljana fil-Kawża T‑124/13), tali fatt ma huwiex rilevanti għas-soluzzjoni tat-tilwima. Fil-fatt, minn ebda element tal-proċess ma jirriżulta u lanqas ma huwa pretiż mill-Kummissjoni li hemm xi rabta bejn l-attivitajiet tal-Coreper u l-funzjonijiet li l-kandidati għall-kompetizzjonijiet inkwistjoni jistgħu jeżerċitaw, jekk huma jgħaddu minn dawn il-kompetizzjonijiet u jiġu rreklutati.</TXT></NP><NP><NO.P>117</NO.P><TXT>Din il-kunsiderazzjoni hija valida, b’mod iktar ġenerali, għal kull argument li jista’ jkun hemm ibbażat fuq l-użu ta’ lingwa jew diversi lingwi bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>lingwi tad-deliberazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> ta’ istituzzjoni tal-Unjoni: anki jekk jitqies li l-membri ta’ istituzzjoni partikolari jużaw biss lingwa jew ċerti lingwi fid-deliberazzjonijiet tagħhom, ma jistax jiġi preżunt, mingħajr spjegazzjoni ulterjuri, li uffiċjal irreklutat ġdid, li ma jkollux għarfien ta’ dawn il-lingwi, ma jkunx kapaċi jipprovdi immedjatament xogħol utli lill-istituzzjoni inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>118</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Kummissjoni ssostni li l-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Franċiż huma t-tliet lingwi li fihom it-total kważi kollu tad-dokumenti huwa tradott mid-Direttorat Ġenerali tat-Traduzzjoni tagħha. Il-Kummissjoni tipproduċi, insostenn ta’ din l-affermazzjoni, statistika dwar il-lingwi sors u l-lingwi mixtieqa ta’ testi tradotti bejn is-sena 2000 u s-sena 2012. Fil-fehma tagħha, minn din l-istatistika jista’ jiġi dedott b’mod ċar li t-tliet lingwi inkwistjoni huma l-lingwi l-iktar mitluba mis-servizzi tagħha fit-talbiet ta’ traduzzjoni ta’ dokumenti, kemm bħala lingwa sors, fil-każ tat-traduzzjoni għal użu intern ta’ dokument estern, kif ukoll bħala lingwa mixtieqa, fil-każ ta’ dokumenti interni intiżi għal użu estern.</TXT></NP><?PAGE NO="20"?><NP><NO.P>119</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jiġi osservat li, sa fejn din l-istatistika tikkonċerna biss lill-Kummissjoni, ir-rilevanza tagħha hija mnaqqsa. Fil-fatt, xejn ma jippermetti li jiġi konkluż li s-sitwazzjoni hija l-istess fir-rigward tal-istituzzjonijiet l-oħra kkonċernati mill-avviżi kkontestati.</TXT></NP><NP><NO.P>120</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni tiżbalja meta titlaq mill-premessa li l-istatistika dwar il-lingwa sors ta’ dokument tradott ma tkoprix dokumenti esterni, tradotti bl-iskop ta’ użu intern u li, inversament, l-istatistika dwar il-lingwa mixtieqa ta’ dokumenti tradotti tkopri biss dokumenti interni, intiżi għal użu estern. L-istatistika li hija tinvoka tikklassifika n-numri ta’ paġni tradotti skont il-lingwa tad-dokument oriġinali (lingwa sors) jew il-lingwa li fiha t-traduzzjoni tkun saret (lingwa mixtieqa), mingħajr ma tiddistingwi bejn it-traduzzjonijiet intiżi għal użu intern jew estern.</TXT></NP><NP><NO.P>121</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma huwiex possibbli li jiġi identifikat il-proporzjon mit-testi kkunsidrati f’din l-istatistika, li huwa ta’ oriġini interna, maħsub għal użu intern, jew rilevanti għall-oqsma koperti mill-avviżi kkontestati. Issa, jekk proporzjon għoli ta’ paġni tradotti huwa ta’ oriġini esterna, ir-rilevanza tal-istatistika relatata mal-lingwa sors tad-dokumenti tradotti, għad-determinazzjoni tal-lingwi interni ta’ komunikazzjoni tal-Kummissjoni, hija dubjuża. Barra minn hekk, peress li ma saret ebda distinzjoni fir-rigward tas-servizzi li għalihom kull traduzzjoni hija intiża, kwalunkwe konklużjonijiet li jsiru minn din l-istatistika, fir-rigward tal-użu tal-lingwi fi ħdan il-Kummissjoni meqjus fit-totalità tiegħu, ma jirriflettux neċessarjament is-sitwazzjoni fi ħdan is-servizzi partikolari tagħha li jistgħu jkunu kkonċernati mill-oqsma previsti mill-avviżi kkontestati.</TXT></NP><NP><NO.P>122</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, l-istatistika prodotta mill-Kummissjoni ma tistax issostni l-affermazzjonijiet tagħha, li jirriflettu lil dawk li jidhru wkoll fl-avviżi kkontestati.</TXT></NP><NP><NO.P>123</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-istatistika marbuta mal-lingwa sors ta’ dokumenti tradotti, minkejja li dawn ċertament juru li l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż jinsabu fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet post, rispettivament, bħala lingwa sors ta’ paġni tradotti, id-differenza bejn dawn it-tliet lingwi hija kunsiderevoli.</TXT></NP><NP><NO.P>124</NO.P><TXT>B’hekk, fl-2012, it-testi Ingliżi kienu jirrappreżentaw 77.06 % tat-testi tradotti, kontra 5.20 % għall-Franċiż u 2.90 % għall-Ġermaniż. Is-sitwazzjoni kienet ferm simili fl-2011, bi 80.63 % tal-paġni tradotti għall-Ingliż, 5.76 % għall-Franċiż u 2.28 % għall-Ġermaniż. Bejn l-2000 u l-2012, il-proporzjon tal-Ingliż żdied b’mod kunsiderevoli (dan tela’ minn 55.08 għal 77.06 %), dak tal-Franċiż naqas sostanzjalment (dan niżel minn 32.49 għal 5.20 %), filwaqt li, fil-każ tal-Ġermaniż, kien hemm, ukoll, tnaqqis (minn 4.08 għal 2.90 %). Għandu jiġi kkonstatat ukoll li d-differenza bejn il-Ġermaniż u t-Taljan, li, ħlief fl-2012, kien jinsab fir-raba’ post, ma hijiex kunsiderevoli. Il-proporzjonijiet rispettivi tagħhom kienu ta’ 2.24 % kontra 2.06 % fl-2010 u ta’ 2.28 % kontra 1.49 % fl-2011. Fl-2012, kienu l-Ispanjol u l-Grieg li kienu jinsabu fir-raba’ post, b’1.61 % tal-paġni tradotti, kontra 2.90 % għall-Ġermaniż.</TXT></NP><NP><NO.P>125</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-istatistika marbuta mal-lingwi mixtieqa tat-testi tradotti, huwa veru li l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż jokkupaw, rispettivament, l-ewwel tliet pożizzjonijiet fl-istatistika l-iktar riċenti (2011 u 2012). Madankollu, id-differenza bejn in-numru ta’ paġni tradotti għal dawn it-tliet lingwi u dawk tradotti għal lingwi oħra ma hijiex sinjifikattiva ħafna. B’hekk, fl-2011, 12.31 % tal-paġni tradotti kienu għall-Ingliż, 7.92 % għall-Franċiż, 6.53 % għall-Ġermaniż, 4.27 % għat-Taljan, 4.20 % għall-Ispanjol, 4.13 % għall-Olandiż, 4.09 % għall-Portugiż u 3.94 % għall-Grieg, filwaqt li t-traduzzjonijiet għal-lingwi uffiċjali l-oħra kienu jirrappreżentaw, minbarra l-Irlandiż (0.61 % tal-paġni tradotti), f’kull każ, proporzjon ikbar minn 3.50 % tal-paġni tradotti. Għall-2012, il-proporzjonijiet tal-paġni tradotti għall-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż kienu, rispettivament, ta’ 14.92 %, ta’ 8.25 % u ta’ 6.47 %, kontra 4.40 % għat-Taljan u 4.26 % għall-Ispanjol, filwaqt li t-traduzzjonijiet għal-lingwi uffiċjali l-oħra kollha kienu jirrappreżentaw (minbarra l-Irlandiż, 0.41 % tal-paġni tradotti), f’kull każ, mill-inqas 3.35 % tal-paġni tradotti. Din l-istatistika ma tippermettix li jiġi konkluż li kandidat li għadda<?PAGE NO="21"?> mill-kompetizzjoni inkwistjoni li għandu għarfien sodisfaċenti tal-Ingliż, tal-Franċiż jew tal-Ġermaniż ikun jista’ jaħdem b’mod sħiħ sa mill-ewwel jum tar-reklutaġġ tiegħu, filwaqt li kandidat li jkollu għarfien tal-inqas sodisfaċenti ta’ żewġ lingwi uffiċjali oħra ma jkunx.</TXT></NP><NP><NO.P>126</NO.P><TXT>Ċertament, minn din l-istatistika jirriżulta li proporzjon kbir ħafna ta’ paġni tradotti ġej minn dokumenti oriġinali redatti bl-Ingliż (lingwa sors). Madankollu, l-avviżi kkontestati ma jirrikjedux biss għarfien sodisfaċenti tal-Ingliż. Kandidat li ma għandux għarfien sodisfaċenti ta’ din il-lingwa jista’ jipparteċipa fil-kompetizzjonijiet previsti minn dawn l-avviżi, jekk ikollu tal-inqas għarfien sodisfaċenti tal-Ġermaniż jew tal-Franċiż. Kif ġie rrilevat, kull waħda minn dawn iż-żewġ lingwi tirrappreżenta, kemm bħala lingwa sors kif ukoll bħala lingwa mixtieqa, proporzjon relattivament żgħir ta’ paġni tradotti mis-servizzi tal-Kummissjoni. Jekk kandidat li jkollu għarfien biss ta’ waħda minn dawn iż-żewġ lingwi, bħala t-tieni lingwa, jista’ jipparteċipa fil-kompetizzjonijiet inkwistjoni, ma jidhirx li huwa ġustifikat li jiġu esklużi kandidati potenzjali li jkollhom għarfien ta’ lingwi oħra uffiċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>127</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-Kummissjoni ssostni, fil-Kawża T‑124/13, li l-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Franċiż huma l-lingwi l-iktar mitkellma mill-uffiċjali u l-membri tal-persunal tagħha. Sabiex tipprova din l-affermazzjoni, hija tipproduċi tabella, li hija estratta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni ta’ informazzjoni personali tal-uffiċjali u l-membri tal-persunal tagħha, li ntbagħtet ukoll, permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20130314">14 ta’ Marzu 2013</DATE> tad-Direttur Ġenerali tal-Persunal tal-Kummissjoni, lir-Repubblika Taljana. Skont il-Kummissjoni, minn din it-tabella jirriżulta li l-Franċiż, il-Ġermaniż u, imbagħad, l-Ingliż huma l-iktar lingwi indikati mill-uffiċjali u l-membri tal-persunal tagħha bħala lingwa prinċipali, segwiti mill-Olandiż u t-Taljan.</TXT></NP><NP><NO.P>128</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jiġi rrilevat li r-riżervi hawn fuq esposti fir-rigward tal-fatt li l-istatistika relatata mat-testi tradotti tikkonċerna biss lill-Kummissjoni japplikaw ukoll fir-rigward ta’ din it-tabella, li tipprevedi biss lill-persunal tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>129</NO.P><TXT>Sussegwentement, u indipendentement ukoll minn dan il-fatt, għandu jiġi kkonstatat li din it-tabella tiġbor fiha l-uffiċjali u l-membri tal-persunal tal-Kummissjoni skont il-lingwa prinċipali tagħhom, jiġifieri, evidentement, il-lingwa materna tagħhom. Konsegwentement, u kuntrarjament għal dak sostnut mill-Kummissjoni, din it-tabella ma tippermetti li tiġi dedotta ebda konklużjoni utli fir-rigward tal-lingwi mitkellma mill-uffiċjali tagħha, peress li l-uffiċjali u l-membri tal-persunal tal-Kummissjoni għandu jkollhom għarfien, b’mod sodisfaċenti, minbarra l-lingwa materna tagħhom, tal-inqas ta’ lingwa oħra, kif jeżiġi l-Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal (ara l-punt 87 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>130</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni taqra ħażin din it-tabella, sa fejn tafferma li l-uffiċjali u l-membri tal-persunal li għandhom l-Ingliż bħala lingwa prinċipali (9.1 %) jikkostitwixxu it-tielet l-ikbar grupp, wara dawk li għandhom il-Franċiż (26.9 % tat-total) u l-Ġermaniż (11.1 % tat-total) bħala lingwi prinċipali. Fir-realtà, l-uffiċjali u l-membri tal-persunal li għandhom l-Ingliż bħala lingwa prinċipali jinsabu fir-raba’ post, ippreċeduti wkoll minn dawk li għandhom l-Olandiż bħala lingwa prinċipali (9.2 % tat-total). L-uffiċjali u l-membri tal-persunal li għandhom it-Taljan bħala lingwa prinċipali (9 % tat-total) jinsabu fil-ħames post, segwiti minn dawk li għandhom l-Ispanjol (6.8 %), il-Grieg (4 % tat-total) u l-Pollakk (4 % tat-total) bħala lingwi prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>131</NO.P><TXT>Għalhekk, dawn iċ-ċifri ma jistgħux jiġġustifikaw, anki għall-Kummissjoni biss, rekwiżit bħal dak li jidher fl-avviżi kkontestati, li jipprovdi li uffiċjal jew membru tal-persunal irreklutat ġdid għandu jkollu għarfien sodisfaċenti tal-Ġermaniż, tal-Ingliż jew tal-Franċiż. Fl-aħjar każ, dak ta’ kandidat għall-kompetizzjoni li għandu għarfien sodisfaċenti tal-Franċiż, din tkun lingwa li hija l-lingwa prinċipali ta’ madwar kwart tal-uffiċjali jew membri tal-persunal tal-Kummissjoni. Fil-każijiet taż-żewġ lingwi l-oħra kkonċernati (il-Ġermaniż u l-Ingliż), dawn jirrigwardaw il-lingwa prinċipali ta’ madwar uffiċjal jew membru tal-persunal minn għaxra fi ħdan il-Kummissjoni. Għalhekk, xejn ma jippermetti li jiġu identifikati r-raġunijiet li għalihom tali għarfien għandu jitqies indispensabbli għal uffiċjal jew<?PAGE NO="22"?> membru tal-persunal irreklutat ġdid, tant iktar li għarfien analogu ta’ lingwi oħra, partikolarment tat-Taljan, li jikkostitwixxu lingwi prinċipali ta’ gruppi paragunabbli ta’ uffiċjali jew ta’ membri tal-persunal, ma jiġix rikjest.</TXT></NP><NP><NO.P>132</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni pproduċiet, bħala anness mal-kontroreplika tagħha fl-istess kawża, tabella oħra li turi t-tqassim tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal tagħha skont in-nazzjonalità u t-tieni lingwa tagħhom. Din it-tabella tinkludi wkoll linja li tindika l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>medja<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> għal kull lingwa, li hija 56.4 % għall-Ingliż, 19.8 % għall-Franċiż, 5.5 % għall-Ġermaniż, 2.2 % għall-Olandiż, 2 % għat-Taljan u 1.6 % għall-Ispanjol, il-medja għal-lingwi uffiċjali l-oħra kollha kienet inqas minn 1 % għal kull lingwa. <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>Medja<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> ta’ 11.5 % hija indikata għall-kolonna <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>n/a<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> li, skont l-ispjegazzjonijiet li saru mill-Kummissjoni fis-seduta, tiġbor fiha membri tal-persunal tagħha li ma ddikjarawx it-tieni lingwa tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>133</NO.P><TXT>Għal darba oħra, anki jekk wieħed jillimita ruħu għall-każ tal-Kummissjoni, id-data indikata f’din it-tabella ma tistax tiġġustifika rekwiżit fir-rigward tal-għarfien lingwistiku tal-kandidati f’kompetizzjonijiet bħalma hija dik inkwistjoni fil-każ ineżami. Qabelxejn, din it-tabella tqis biss it-tieni lingwa ddikjarata minn kull uffiċjal u ma tagħtix, għalhekk, stampa preċiża ħafna tal-għarfien lingwistiku tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal tal-Kummissjoni. Fil-fatt, sabiex wieħed ikun jaf kemm minnhom għandhom għarfien tal-inqas sodisfaċenti, pereżempju, tal-Ingliż, jeħtieġ ukoll li jittieħdu inkunsiderazzjoni kemm dawk li għandhom l-Ingliż bħala l-lingwa prinċipali kif ukoll dawk li għalihom l-Ingliż huwa t-tielet jew ir-raba’ lingwa (u mhux biss it-tieni lingwa), peress li ma jistax jiġi eskluż li uffiċjal jew membru tal-persunal ikollu għarfien sodisfaċenti ta’ iktar minn żewġ lingwi.</TXT></NP><NP><NO.P>134</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, anki jekk jitqies li l-perċentwali indikati għall-Ingliż u, fi grad inqas, il-Franċiż, jistgħu jiġġustifikaw rekwiżit li jipprovdi li l-kandidati li jixtiequ jiksbu post fil-Kummissjoni għandu jkollhom għarfien sodisfaċenti ta’ waħda minn dawn iż-żewġ lingwi, id-data indikata f’din it-tabella ma tistax tiġġustifika l-inklużjoni, fost il-lingwi li l-għarfien tagħhom huwa rikjest, tal-Ġermaniż, jiġifieri ta’ lingwa li hija l-lingwa prinċipali ta’ madwar uffiċjal minn għaxra u li hija ddikjarata bħala t-tieni lingwa biss minn 5.5 % tal-uffiċjali tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, ladarba l-Ġermaniż huwa inkluż, ma jidhirx li l-inklużjoni tat-Taljan, tal-Ispanjol jew ukoll tal-Olandiż hija irraġonevoli, inkwantu l-perċentwali indikati għal kull waħda minn dawn it-tliet lingwi ma humiex ’il bogħod wisq minn dawk indikati għall-Ġermaniż.</TXT></NP><NP><NO.P>135</NO.P><TXT>Fil-fatt, limitazzjoni tal-għażla tat-tieni lingwa tal-kandidati għal kompetizzjoni għal numru limitat ta’ lingwi uffiċjali ma tistax titqies oġġettivament iġġustifikata u proporzjonata meta jidhru, fost dawn il-lingwi, minbarra lingwa li l-għarfien tagħha huwa mixtieq jew neċessarju, lingwi oħra li ma jagħtu ebda vantaġġ partikolari. Jekk wieħed jaċċetta, bħala alternattiva għal-lingwa unika li l-għarfien tagħha jikkostitwixxi vantaġġ għal uffiċjal irreklutat ġdid, lingwi oħra li l-għarfien tagħhom ma jikkostitwixxix vantaġġ, ma hemm l-ebda raġuni valida sabiex ma jiġux aċċettati wkoll il-lingwi uffiċjali l-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>136</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, il-Kummissjoni ssostni li l-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Franċiż huma l-lingwi l-iktar studjati u mitkellma, bħala lingwi barranin, fl-Istati Membri tal-Unjoni. Insostenn tal-allegazzjonijiet tagħha, hija tipproduċi rapport tal-Eurostat, ippubblikat fi <HT TYPE="ITALIC">Statistics in Focus</HT> Nru 49/2010, li jikkonkludi, minn naħa, li l-Ingliż huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0065" ID="QS0065"/>bil-bosta l-lingwa barranija l-iktar studjata [fl-Ewropa] fil-livelli kollha tal-edukazzjoni, segwit mill-Franċiż, mill-Ġermaniż, mir-Russu u, fi grad inqas, mill-Ispanjol<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> u, min-naħa l-oħra, li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0066" ID="QS0066"/>lingwa barranija l-iktar magħrufa [fl-Ewropa] bil-bosta hija pperċepita li hija l-Ingliż, segwita mill-Ġermaniż, mir-Russu, mill-Franċiż u mill-Spanjol<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>137</NO.P><TXT>Din l-istatistika tirreferi għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni u ma jistax jiġi preżunt li din tirrifletti korrettement l-għarfien lingwistiku tal-uffiċjali tal-Unjoni. Fi kwalunkwe każ, l-unika ħaġa li din l-istatistika tista’ turi hija li n-numru ta’ kandidati potenzjali li huma affettwati b’mod negattiv bil-limitazzjoni għall-Ġermaniż, għall-Ingliż u għall-Franċiż tal-lingwi li jistgħu jintgħażlu bħala t-tieni lingwa tal-kompetizzjonijiet previsti mill-avviżi kkontestati huwa inqas sinjifikattiv milli jkun li kieku din l-għażla kellha tiġi limitata għal lingwi oħra. Issa, dan il-fatt ma huwiex suffiċjenti sabiex jiġi<?PAGE NO="23"?> konkluż li l-limitazzjoni inkwistjoni ma hijiex diskriminatorja, peress li n-numru possibbilment limitat ta’ persuni affettwati b’mod negattiv ma jistax jikkostitwixxi argument validu f’dan ir-rigward (ara l-punt 96 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>138</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dawn ir-riżultati jistgħu juru n-natura proporzjonata tal-limitazzjoni inkwistjoni, li kieku rriżulta li hija kienet tirrifletti l-interess tas-servizz. Issa, il-Kummissjoni baqgħet, preċiżament, inadempjenti milli tipprova li din il-kundizzjoni tal-aħħar kienet issodisfatta.</TXT></NP><NP><NO.P>139</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet preċedenti huma applikabbli wkoll fir-rigward tal-provi invokati mill-Kummissjoni sabiex turi li, meta l-kandidati għall-kompetizzjoni ma kinux limitati fl-għażla tagħhom tat-tieni lingwa, il-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Franċiż kienu l-lingwi l-iktar magħżula. Il-fatt li n-numru ta’ kandidati li huma preklużi milli jagħżlu lingwa oħra bħala t-tieni lingwa tal-kompetizzjoni huwa, possibbilment, ridott, ma jfissirx li dawn il-kandidati ma jsostnux diskriminazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>140</NO.P><TXT>Il-ħames nett, fil-kontroreplika tagħha fil-Kawża T‑124/13, il-Kummissjoni ssostni li l-Kulleġġ tal-Kapijiet tal-Amministrazzjonijiet tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni wettaq l-istudji neċessarji sabiex jevalwa jekk il-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Franċiż setgħux jitqiesu bħala l-lingwi l-iktar rappreżentattivi fost dawk użati fis-servizzi tal-istituzzjonijiet. Hija żżid li dan il-kulleġġ ikkonstata l-eżistenza ta’ ftehim dwar l-orjentazzjoni ġenerali dwar l-użu tal-lingwi fil-kompetizzjonijiet organizzati mill-EPSO.</TXT></NP><NP><NO.P>141</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni pproduċiet ittra tal-President ta’ dan il-kulleġġ, tal-<DATE ISO="20130610">10 ta’ Ġunju 2013</DATE>, li minnha jirriżulta li l-kulleġġ ikkonstata ftehim tal-kapijiet tal-amministrazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jiġi approvat proġett ta’ orjentazzjoni ġenerali dwar l-użu tal-lingwi fil-kompetizzjonijiet organizzati mill-EPSO, bl-eċċezzjoni tar-riżerva li saret mir-rappreżentant tal-Qorti tal-Ġustizzja, li ddikjara li kien qiegħed jastjeni milli jieħu pożizzjoni. Hija pproduċiet ukoll it-test tal-orjentazzjoni prevista minn dan il-ftehim.</TXT></NP><NP><NO.P>142</NO.P><TXT>Dawn l-elementi, li huma wkoll sussegwenti għall-avviżi kkontestati u għall-preżentata tar-rikorsi, ma jistgħux iqiegħdu f’dubju l-kunsiderazzjonijiet esposti iktar ’il fuq. L-orjentazzjoni approvata mill-Kulleġġ tal-Kapijiet tal-Amministrazzjoni ma ssemmi ebda element fattwali ġdid, fid-dawl ta’ dawk diġà analizzati iktar ’il fuq. Fil-fatt, il-Kummissjoni nfisha ssostni li d-data li l-kapijiet tal-amministrazzjoni eżaminaw <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0067" ID="QS0067"/>tikkoinċidi ħafna<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/> ma’ dik prodotta mill-Kummissjoni bħala anness mar-risposta tagħha. Issa, għar-raġunijiet indikati iktar ’il fuq, din id-data ma tistax tiġġustifika l-affermazzjonijiet dwar l-użu tal-lingwi fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, li jidhru fil-motivazzjoni tal-avviżi kkontestati jew li tressqu mill-Kummissjoni fid-dokumenti tagħha. Il-fatt li l-kapijiet tal-amministrazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tar-rappreżentant tal-Qorti tal-Ġustizzja li astjena, waslu għal konklużjoni differenti, huwa irrilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>143</NO.P><TXT>Is-sitt nett, finalment, il-Kummissjoni ssostni li l-limitazzjoni tal-għażla tat-tieni lingwa stipulata mill-avviżi kkontestati hija ġġustifikata min-natura tat-testijiet. B’mod partikolari, il-fażi tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0068" ID="QS0068"/>Evalwazzjoni tal-Kapaċitajiet<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/> teżiġi, sabiex issir evalwazzjoni omoġenja tal-kandidati u tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni tagħhom mal-parteċipanti l-oħra fil-kompetizzjoni u mal-Bord tal-Għażla, li jiġi żgurat li dawn it-testijiet isiru f’lingwa funzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>144</NO.P><TXT>Huwa suffiċjenti li jiġi rrilevat, bi tweġiba għal dan l-argument, li tali ġustifikazzjoni tal-limitazzjoni inkwistjoni ma tressqitx fil-motivazzjoni tal-avviżi kkontestati. Issa, ma jistax jiġi konkluż li d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-lingwa, li tirriżulta mill-avviżi kkontestati, hija ġġustifikata għal raġunijiet differenti minn dawk invokati f’dawn l-istess avviżi. Għaldaqstant, dan l-argument għandu wkoll jiġi miċħud.</TXT></NP><?PAGE NO="24"?><NP><NO.P>145</NO.P><TXT>Għalhekk, għar-raġunijiet kollha indikati iktar ’il fuq, għandu jiġi konkluż li l-limitazzjoni, fl-avviżi kkontestati, għall-Ġermaniż, għall-Ingliż u għall-Franċiż, tal-għażla tat-tieni lingwa tal-kandidati għall-kompetizzjonijiet previsti minn dawn l-avviżi, la hija oġġettivament iġġustifikata lanqas proporzjonata mal-għan intiż, li, skont il-Kummissjoni, huwa dak li jiġu rreklutati uffiċjali u membri tal-persunal li jkunu jistgħu jaħdmu immedjatament.</TXT></NP><NP><NO.P>146</NO.P><TXT>Fil-fatt, ma huwiex suffiċjenti li l-prinċipju ta’ tali limitazzjoni jiġi difiż billi jsir riferiment għan-numru kbir ta’ lingwi rrikonoxxuti fl-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1 bħala lingwi uffiċjali u ta’ ħidma tal-Unjoni u għan-neċessità li tirriżulta minn dan sabiex issir għażla ta’ numru iktar ristrett ta’ lingwi, jew lingwa waħda, bħala lingwi ta’ komunikazzjoni interna jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0069" ID="QS0069"/>lingwi funzjonali<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/>. Jeħtieġ ukoll li jkun hemm ġustifikazzjoni oġġettiva għall-għażla ta’ lingwa waħda jew ta’ diversi lingwi speċifiċi, bl-esklużjoni tal-lingwi l-oħra kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>147</NO.P><TXT>Huwa preċiżament dan li kemm l-EPSO, awtur tal-avviżi kkontestati, kif ukoll il-Kummissjoni, konvenuta quddiem il-Qorti Ġenerali, baqgħu ma wettqux. Ma hemm xejn fid-data pprovduta mill-Kummissjoni li juri li uffiċjal irreklutat ġdid, li jkollu għarfien sodisfaċenti tal-Ġermaniż, tal-Ingliż jew tal-Franċiż, ikun jista’ jaħdem immedjatament, filwaqt li kandidat li jkollu għarfien tal-inqas sodisfaċenti ta’ żewġ lingwi uffiċjali oħra, ma jkunx jista’ jagħmel dan.</TXT></NP><NP><NO.P>148</NO.P><TXT>Konsegwentement, it-tielet u s-seba’ motivi mqajma mir-Repubblika Taljana fil-Kawża T‑124/13 kif ukoll it-tieni motiv invokat mir-Renju ta’ Spanja fil-Kawża T‑191/13 għandhom jintlaqgħu u, mingħajr ħtieġa li jiġu eżaminati l-motivi l-oħra li għadhom ma ġewx eżaminati, l-avviżi kkontestati għandhom jiġu annullati wkoll sa fejn dawn jillimitaw għall-Ġermaniż, għall-Ingliż u għall-Franċiż l-għażla tat-tieni lingwa mill-kandidati.</TXT></NP><NP><NO.P>149</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-dawl ta’ din il-konklużjoni, ma hemmx ħtieġa li tingħata deċiżjoni dwar il-kontestazzjoni, mir-Renju ta’ Spanja fil-Kawża T‑191/13, tal-legalità tal-użu tat-tieni lingwa, magħżula minn kull kandidat għall-kompetizzjoni prevista mill-avviż EPSO/AD/248/13 minn fost il-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Franċiż, għal ċerti testijiet tal-aħħar stadju ta’ din il-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>150</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-konklużjoni li l-avviż ta’ kompetizzjoni inkwistjoni, sa fejn dan jillimita l-għażla tat-tieni lingwa mill-kandidati, huwa vvizzjat minn illegalità, timplika wkoll, u neċessarjament, l-illegalità tal-limitazzjoni tal-lingwa li tista’ tintuża għal ċerti testijiet tal-aħħar stadju tal-kompetizzjoni, b’mod li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami, l-eżami tal-legalità ta’ dan it-tielet aspett tal-avviż EPSO/AD/248/13, ikkontestat mir-Renju ta’ Spanja, jiġi mingħajr skop.</TXT></NP><NP><NO.P>151</NO.P><TXT>Finalment, wara li semgħet lill-partijiet fis-seduta fil-Kawża T‑124/13, li ma qajmu ebda oġġezzjoni f’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali tqis li ma hemmx lok li r-riżultati tal-kompetizzjonijiet previsti mill-avviżi kkontestati jitqiegħdu f’dubju (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi L-Italja vs Il-Kummissjoni, punt 26 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:752">EU:C:2012:752</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 103, u tas-<DATE ISO="20131016">16 ta’ Ottubru 2013</DATE>, L-Italja vs Il-Kummissjoni, T‑248/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:534">EU:T:2013:534</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 45 sa 51).</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>152</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Kummissjoni tilfet, hemm lok li din tiġi kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mir-Repubblika Taljana fil-Kawża T‑124/13 u dawk sostnuti mir-Renju ta’ Spanja fil-Kawża T‑191/13, konformement mat-talbiet ta’ dawn iż-żewġ Stati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>153</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja, intervenjent fil-Kawża T‑124/13, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu marbuta ma’ dan l-intervent, konformement mal-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="25"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kawżi T‑124/13 u T‑191/13 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/125/12, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti fl-oqsma tal-verifika, tal-kontabbiltà u tal-finanzi, u tal-ekonomija u tal-istatistika, l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/126/12, sabiex tinħoloq lista’ ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti fl-oqsma tal-bijoloġija, tax-xjenzi tal-ħajja u tas-saħħa, tal-kimika, tal-fiżika u tax-xjenzi tal-materjali, tar-riċerka nukleari, tal-inġinerija elettrika u elettronika kif ukoll l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/248/13, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi (AD 6) fl-oqsma tas-sigurtà tal-bini u tal-inġinerija u tekniki speċjali tal-bini, huma annullati.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mir-Repubblika Taljana fil-Kawża T‑124/13 u dawk sostnuti mir-Renju ta’ Spanja fil-Kawża T‑191/13.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu marbuta mal-intervent tiegħu fil-Kawża T-124/13.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Gratsias</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kancheva</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Wetter</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fl-<DATE ISO="20150924">24 ta’ Settembru 2015</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>