|
23.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 396/13 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8425 — Safran/Zodiac)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 396/09)
|
1. |
Fis-16 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Safran tikseb, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Zodiac kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fl-24 ta’ Mejju 2017. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Safran SA: Ajruspazju (propulsjoni u tagħmir), tagħmir tal-ajruplani u d-difiża; — għal Zodiac Aerospace SA: għal tagħmir aerospazjali u sistemi abbord għall-ajruplani u l-helicopters kummerċjali, reġjonali u tan-negozju. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulna l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8425 — Safran/Zodiac Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).