Brussell, 16.1.2024

COM(2024) 9 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 70/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta’ merkanzija bit-triq


1INTRODUZZJONI

Għan tar-rapport

L-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 70/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-18 ta’ Jannar 2012 dwar prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta’ merkanzija bit-triq 1 jispeċifika li l-Kummissjoni trid tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament u dwar żviluppi futuri sal-31 ta’ Diċembru 2014 u kull 3 snin wara dik id-data. Dan ir-rapport huwa r-raba’ rapport li jissodisfa dan ir-rekwiżit.

L-ewwel taqsima ta’ dan ir-rapport tiddeskrivi l-isfond, il-kuntest tal-politika u l-kopertura tar-Regolament. It-tieni taqsima tiddeskrivi l-implimentazzjoni tagħha mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni (Eurostat), il-piż u l-kostijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-ġbir tad-data, kwistjonijiet relatati mal-metodoloġija u mal-kwalità tad-data, u d-diversi mezzi għall-pubblikazzjoni tal-istatistika dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq. L-aħħar żewġ taqsimiet jirreferu għall-iżviluppi futuri possibbli fl-istatistika dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq u jipprovdu l-konklużjonijiet ewlenin tar-rapport.

L-isfond tal-qafas ġuridiku

Ir-Regolament (UE) Nru 70/2012 huwa riformulazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/98 tal-25 ta’ Mejju 1998 dwar prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta’ merkanzija bit-triq 2 u huwa pass ’il quddiem fl-iżvilupp tal-istatistika dwar it-trasport fl-UE. Dan huwa l-bażi ġuridika għall-ġbir ta’ firxa wiesgħa ta’ dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq.

Ir-Regolament (UE) Nru 70/2012 jipprovdi lill-Kummissjoni, lil istituzzjonijiet oħrajn tal-UE u lill-gvernijiet nazzjonali b’data statistika komparabbli, affidabbli, armonizzata, regolari u komprensiva dwar l-iskala u l-iżvilupp tat-trasport tal-merkanzija bit-triq. Din l-informazzjoni hija meħtieġa sabiex jiġu inkwadrati, immonitorjati u evalwati l-politiki tal-UE.

L-Istati Membri jibagħtu l-informazzjoni lill-Kummissjoni fil-forma ta’ mikrodata. Dan jagħmilha possibbli li l-utenti jiġu pprovduti b’tabelli statistiċi li jkun fihom kombinamenti differenti ta’ varjabbli soġġetti għas-salvagwardji dwar l-affidabbiltà tad-data.

Ir-Regolament (UE) Nru 70/2012 huwa mfassal sabiex jimminimizza l-piż fuq il-kumpaniji tat-trasport. Il-ġbir tad-data huwa bbażat fuq stħarriġ kampjunarju, u għalhekk l-informazzjoni tintalab biss għal kampjun ta’ vetturi u għal ammont limitat ta’ żmien (ġeneralment ġimgħa). L-Istati Membri jistgħu jeskludu operazzjonijiet tat-trasport taħt ċerti limiti mill-istħarriġ 3 . Madankollu, dan jista’ jxekkel il-komparabbiltà bejn l-Istati Membri u l-kombinament ma’ informazzjoni minn sorsi oħrajn ta’ data.

It-tabelli dwar l-istatistika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq li għandhom jiġu mxerrda mill-Eurostat huma ddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 202/2010 tal-10 ta’ Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 6/2003 dwar it-tixrid tal-istatistika dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq 4 .

Il-kuntest tal-politika

L-iżvilupp ta’ politika komuni tat-trasport jirrikjedi għarfien fil-fond tal-firxa tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u ta’ kif dan evolva.

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew 5 huwa strateġija tat-tkabbir li għandha l-għan li tagħmel lill-ekonomija tal-UE sostenibbli billi tibdel l-isfidi klimatiċi u ambjentali f’opportunitajiet fl-oqsma ta’ politika kollha u billi tagħmel it-tranżizzjoni ġusta u inklużiva għal kulħadd. Biex tinkiseb in-newtralità klimatika, hemm bżonn tnaqqis ta’ 90 % fl-emissjonijiet mit-trasport sal-2050. Azzjonijiet ta’ prijorità għal bidla lejn mobbiltà sostenibbli u intelliġenti jinkludu:

·it-tisħiħ tat-trasport multimodali;

·l-appoġġ għall-użu ta’ soluzzjonijiet ta’ mobbiltà awtomatizzati u konnessi fost il-modi;

·l-indirizzar aħjar ta’ kostijiet esterni tal-attivitajiet tat-trasport permezz tal-ipprezzar;

·it-tħeġġiġ tal-produzzjoni u tal-introduzzjoni ta’ fjuwils tat-trasport alternattivi sostenibbli; u

·it-tnaqqis tat-tniġġis mit-trasport, speċjalment fl-ibliet.

F’Diċembru 2020, il-Kummissjoni ppreżentat l-“Istrateġija dwar il-Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – it-tqegħid tat-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur”  6 , li tiddeskrivi l-passi ppjanati biex is-sistema tat-trasport tal-UE tiġi ttrasformata f’konformità mal-ambizzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. L-istrateġija dwar il-mobbiltà ssegwi l-viżjoni ta’ mobbiltà sostenibbli, affordabbli, inklużiva, intelliġenti, reżiljenti u kompetittiva, u tirrikjedi trasformazzjoni fundamentali tas-settur tat-trasport. Din tissarraf fi tliet approċċi li jenħtieġ li jiġu applikati għall-modi kollha tat-trasport:

·l-ewwel wieħed huwa li titnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili billi l-flotot eżistenti jiġu ssostitwiti b’vetturi b’emissjonijiet baxxi u żero u billi jiżdied l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.

·it-tieni wieħed huwa li jiżdied l-użu ta’ modi li jniġġsu anqas u li parti sostanzjali mill-merkanzija interna tal-lum li tinġarr bit-triq (75 %) tiġi ttrasportata bil-ferrovija u bil-passaġġi fuq l-ilma interni.

·it-tielet wieħed huwa li jiġu internalizzati l-kostijiet esterni. L-istrateġija dwar il-mobbiltà hija akkumpanjata minn pjan ta’ azzjoni, li jelenka 82 inizjattiva f’10 oqsma ewlenin għal azzjoni b’miżuri konkreti li għandhom jiġu adottati.

Id- miġbura skont ir-Regolament (UE) Nru 70/2012 hija importanti mhux biss għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet iżda anke għal organizzazzjonijiet professjonali, kumpaniji tat-trasport, riċerkaturi u mudellaturi fil-qasam tat-trasport bit-triq. Ir-riżultati tal-istħarriġ huma fundamentali għall-monitoraġġ tas-suq tat-trasport tal-merkanzija bit-triq fl-UE u jintużaw regolarment bħala referenza fil-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni, fid-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal u fil-valutazzjonijiet tal-impatt. Għarfien profond tas-suq jgħin biex titjieb il-kompetittività tal-kumpaniji fis-settur. Ir-Regolament jipproduċi statistika li tista’ tintuża wkoll biex jiġi vvalutat il-potenzjal li t-trasport tal-merkanzija jiġi ttrasferit mit-triq għal modi aktar ekoloġiċi. Is-sehem tat-trasport tal-merkanzija bl-użu tat-trasport intermodali jkun sett ta’ data importanti għall-futur.

Kopertura tal-Istati Membri u ta’ pajjiżi oħrajn

Ir-Regolament (UE) Nru 70/2012 japplika direttament u fl-intier tiegħu għall-Istati Membri kollha u jirrikjedi li dawn jittrażmettu data trimestrali f’konformità mal-Artikolu 5 tiegħu. Madankollu, f’konformità mal-Artikolu 1(3) tiegħu, ir-Regolament (UE) Nru 70/2012 ma huwiex se japplika għal Malta, sakemm l-għadd ta’ vetturi għat-trasport tal-merkanzija bit-triq irreġistrati f’Malta liċenzjati biex jittrasportaw il-merkanzija internazzjonali bit-triq ma jaqbiżx l-400 vettura. Għal dak il-għan, darba fis-sena Malta trid tirrapporta lill-Eurostat l-għadd ta’ vetturi li huma liċenzjati biex jittrasportaw il-merkanzija internazzjonali bit-triq. Malta trid tirrapporta dan l-għadd sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Marzu wara s-sena li magħha huwa relatat l-għadd ta’ vetturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq.

In-Norveġja u l-Iżvizzera wkoll jipprovdu din id- Fir-rigward tal-pajjiżi kandidati, il-Montenegro u l-Maċedonja ta’ Fuq ilhom jipprovdu din id-data mill-2016 u mill-2020 rispettivament. L-Albanija bħalissa qed tieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex tiżviluppa u timplimenta l-istħarriġ dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq. L-Eurostat jieħu kull opportunità biex iħeġġeġ lill-pajjiżi kandidati u lill-kandidati potenzjali jfasslu u jwettqu l-istħarriġ tagħhom dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq, sabiex jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tal-istatistika.

2SEGWITU GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAR-REGOLAMENT (UE) NRU 70/2012

Konformità mal-obbligi legali

L-Istati Membri kollha jżommu livell għoli ħafna ta’ konformità mal-obbligi tal-forniment tad-data ddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 70/2012. Kull Stat Membru jforni s-settijiet tad- mitlubin, b’dewmien biss f’għadd żgħir ta’ każijiet, l-iżjed minħabba aġġornamenti fis-sistemi tal-IT u dawran tal-impjegati. Dan jagħmilha possibbli li tiġi prodotta statistika ta’ kwalità għolja, f’waqtha u affidabbli dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq fl-Ewropa.

Metodi għall-ġbir tad- użati fl-Istati Membri

L-arranġamenti metodoloġiċi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 70/2012 jipprovdu l-qafas għall-ġbir ta’ mikrodata definita sew mill-Istati Membri abbażi ta’ stħarriġ nazzjonali.

L-Eurostat jiġbor informazzjoni dwar il-metodi nazzjonali tal-ġbir tad-(l-użu ta’ reġistri, il-metodoloġija ta’ kampjunar, il-kopertura eċċ) u jagħmilha disponibbli fil-pubblikazzjoni tiegħu

Barra minn hekk, il-pajjiżi rapportaturi jaġġornaw il-fajls tal-metadata nazzjonali tagħhom kull sena fil-mudell “Struttura tal-Metadata tal-Euro SDMX”. Il-metadata nazzjonali fiha preżentazzjoni statistika tad-data dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq; informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, il-politika dwar it-tixrid u l-kwalità tad-data; kwalunkwe aġġornament metodoloġiku; u informazzjoni dwar l-istħarriġ u l-ipproċessar statistiku tad-data 7 .

Il-piż u l-kostijiet għall-Istati Membri

Ir-Regolament (UE) Nru 70/2012 huwa mfassal biex iżomm il-piż fuq l-Istati Membri għal minimu. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ma għandhomx għalfejn jieħdu miżuri żejda minħabba li l-proċessi eżistenti tagħhom huma biżżejjed biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ġbir tad-data tar-Regolament.

Skont l-informazzjoni rrapportata fil-metadata nazzjonali, il-maġġoranza l-kbira tal-pajjiżi rapportaturi iqisu li l-ammont ta’ xogħol għall-forniment tad- huwa aċċettabbli. Hemm differenzi sinifikanti bejn il-pajjiżi fir-rigward tal-piż u l-kost tal-ġbir tad-data. Dawn jiddependu mid-daqs tal-kampjun użat għall-ġbir tad-data, li jvarja minn pajjiż għal ieħor, u mis-sistemi nazzjonali għall-kompilazzjoni tad-data. Il-ħin medju għar-rispondenti biex jirrapportaw għal vettura waħda b’attività tat-trasport matul il-perjodu tal-istħarriġ kien stmat mill-biċċa l-kbira tal-pajjiżi li hu ta’ madwar 30-45 minuta. Ftit pajjiżi jirrapportaw ħinijiet medji fil-medda ta’ 20 sa 30 minuta.

Il-Kummissjoni tikkontribwixxi għall-isforzi tal-Istati Membri biex jipproduċu statistika nazzjonali dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq. Il-Eurostat jamministra l-mikrodata nazzjonali u jikkompila statistika (tabelli-D) għall-attività tat-trasport f’kull pajjiż minn vetturi rreġistrati f’pajjiżi oħrajn. Din l-istatistika tintbagħat lura lill-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, biex b’hekk ikun jista’ jkollhom informazzjoni statistika kompluta dwar l-operazzjonijiet kollha ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq fit-territorju tagħhom imwettqa minn trakkijiet irreġistrati fi kwalunkwe pajjiż tal-UE (ħlief f’Malta), fl-Iżvizzera u fin-Norveġja u jkunu jistgħu jipproduċu statistika nazzjonali kompluta. L-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 70/2012 u t-tabelli-D pprovduti mill-Kummissjoni jiffrankaw lill-pajjiżi rapportaturi l-isforz li jiġbru d- dwar il-prestazzjoni tat-trakkijiet barranin fit-territorju tagħhom bl-użu ta’ stħarriġiet nazzjonali ddedikati. Il-kost u l-piż iġġenerati mill-ġbir tad- għalhekk huma ġġustifikati ferm fir-rigward tal-benefiċċju tal-istatistika li tirriżulta.

Barra minn hekk, il-ġbir u l-ġestjoni tal-informazzjoni fil-livell tal-mikrodata jagħtu l-flessibbiltà lill-Eurostat li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti għall-informazzjoni statistika, mingħajr dewmien u sforz addizzjonali fil-livell nazzjonali. It-tixrid tal-istatistika dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq mill-Eurostat u l-pubblikazzjoni ulterjuri tat-tabelli-D mill-Istati Membri huma f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 202/2010.

It-tnaqqis u s-simplifikazzjoni tal-piż amministrattiv

It-tnaqqis u s-simplifikazzjoni tal-piż amministrattiv huma għanijiet kontinwi għall-Kummissjoni. F’kooperazzjoni mal-istituti nazzjonali tal-istatistika, il-Eurostat jimplimenta azzjonijiet speċifiċi biex inaqqas il-piż nazzjonali tal-ġbir u r-rapportar tad- Dawn l-azzjonijiet jinkludu:

1.l-iżvilupp ta’ għodod biex jiġi ffaċilitat ir-rapportar ta’ data reġjonali ddettaljata (pereżempju tabelli li jaqblu mal-kodiċijiet postali u l-kodiċijiet tal-livell 3 tan-NUTS 8 sabiex tintuża informazzjoni li oriġinarjament tkun ikkodifikata biss bil-kodiċi postali);

2.għodod ta’ validazzjoni tas-settijiet ta’ data żviluppati ġodda, li jippermettu lill-pajjiżi rapportaturi jivvalidaw id-data tagħhom qabel ma jittrażmettuha uffiċjalment lill-Eurostat u jipprovdu feedback dwar żbalji speċifiċi għal kull sett ta’ data;

3.laqgħat regolari ta’ esperti minn Stati Membri, pajjiżi tal-EFTA, pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali (fil-Grupp Espert dwar l-Istatistika tat-Trasport tal-Merkanzija bit-Triq u t-task forces tal-Kummissjoni jekk meħtieġ) biex jiskambjaw prattiki tajbin u jiddiskutu l-kwalità tad-, kwistjonijiet metodoloġiċi u progress futur.

Sabiex jitnaqqas il-piż fuq ir-rispondenti, diversi Stati Membri kienu qed jirrapportaw id-data bl-użu ta’ kwestjonarji elettroniċi, worksheets elettroniċi Excel jew applikazzjonijiet tal-mowbajl għat-trasport minflok bl-użu ta’ dokumenti stampati. Aktar pajjiżi huma mistennija japplikaw metodi simili fil-futur qrib.

Validazzjoni tad- u kwalità tad-data statistika riċevuta

Il-ġbir u t-trażmissjoni tad-data huma r-responsabbiltà tal-Istati Membri, iżda l-Eurostat jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jindividwa kwalunkwe żball fid-data li jirċievi, u jżomm sistema tal-IT sofistikata għall-validazzjoni u għall-ipproċessar tad-data. Il-Eurostat ilu mill-2022 jiżviluppa sistema tal-IT avvanzata u aktar soda li fiha żewġ komponenti mtejba: għodod ġodda għall-validazzjoni tad-data, li ġew implimentati f’Jannar 2023; u software b’saħħtu (Sistemi ta’ Analiżi Statistika - SAS) għall-ipproċessar tal-mikrodata u l-metadata. Is-sistema l-ġdida tal-IT se tiġi żviluppata bis-sħiħ sa Diċembru 2023 u se ttejjeb l-istandards tal-kontrolli tal-kwalità mwettqa. Il-ġbir tad-data dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq se jibbenefika minn din is-sistema mmodernizzata ta’ validazzjoni u pproċessar tad-data.

B’mod ġenerali, il-kwalità tad- li waslet mill-Istati Membri hija tajba ħafna. L-Istati Membri kollha jirrevedu d-data jekk jinstabu żbalji. Il-Eurostat japplika proċess ta’ validazzjoni ddettaljat għall-mikrodata trimestrali u kontrolli tas-serje kronoloġika għad-data trimestrali u annwali dwar it-trasport tal-merkanzija.

·Validazzjoni tal-mikrodata: L-Istati Membri jittrażmettu s-settijiet ta’ data lill-Eurostat permezz tal-portal EDAMIS u f’fajls li huma kompatibbli mal-istandard tal-SDMX (Skambju ta’ Data u Metadata tal-Istatistika). Imbagħad jiġi applikat proċess robust ta’ validazzjoni fi tliet stadji għas-settijiet tad-data riċevuti.

oL-ewwel, l-għodda STRUVAL (STRUctural VALidation) tivvalida kull sett ta’ data f’termini ta’ format, kompletezza ta’ oqsma obbligatorji u korrettezza tal-istruttura u tal-kodiċijiet użati.

oIt-tieni, l-għodda CONVAL (CONtent VALidation) tivvalida l-kontenut ta’ kull sett ta’ data abbażi ta’ regoli predefiniti. L-Istati Membri li jirrapportaw jirċievu rapport ta’ validazzjoni għal kull sett ta’ data trażmess li jkun fih dettalji li jagħmluha faċli li jiġi kkoreġut kwalunkwe żball. L-Eurostat qiegħed kontinwament jaġġorna r-regoli ta’ validazzjoni applikati biex jissodisfa l-bżonnijiet li jevolvu u jiżgura l-produzzjoni ta’ statistika ta’ kwalità għolja.

oIt-tielet, sett ieħor ta’ regoli ta’ validazzjoni jiġi applikat fi ħdan is-sistema tal-ġestjoni tad-data tal-IT, fejn id-data tkun meħtieġa li tkun 99,5 % korretta qabel ma tkun tista’ tinħażen f’bażi tad-data għal aktar ipproċessar.

·Verifiki tas-serje kronoloġika: il-Kummissjoni tqis li huwa importanti li jiġu identifikati l-anomaliji f’serje taż-żmien qabel ma tiġi ppubblikata d- Għalhekk, il-Eurostat iwettaq kontrolli tas-serje kronoloġika kemm fuq id-data trimestrali kif ukoll fuq id-data annwali. Huwa importanti li l-pajjiżi rapportaturi jikkonfermaw ix-xejriet fejn jiġu osservati varjazzjonijiet kbar. Meta meħtieġ, il-pajjiżi jibagħtu settijiet ta’ riveduti jew spjegazzjonijiet tar-raġunijiet għal varjazzjonijiet sinifikanti fis-serje taż-żmien. Dawn l-ispjegazzjonijiet huma elenkati fid-dokument Country and table specific notes  9 .

Appoġġ metodoloġiku għall-Istati Membri

Il-Eurostat jipprovdi, fuq bażi kontinwa, appoġġ metodoloġiku u tekniku lill-Istati Membri u jżomm sistema affidabbli ta’ informazzjoni ta’ u metadata għall-produzzjoni ta’ statistika dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq.

Il-Eurostat ipproduċa żewġ manwali ta’ referenza għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 70/2012:

·Road freight transport methodology 10 , li jiddeskrivi l-bażi metodoloġika għall-kompilazzjoni ta’ statistika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq fl-Istati Membri, fil-pajjiżi tal-EFTA, fil-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali;

·Methodologies used in road freight transport surveys in Member States, EFTA and candidate countries, li jippreżenta l-aspetti metodoloġiċi tal-istħarriġiet tat-trasport tal-merkanzija bit-triq li saru mill-pajjiżi rapportaturi.

It-tixrid tad-data

2.1.1Tabelli ta’ tixrid tal-Eurostat

Id-data aggregata bbażata fuq il-mikrodata miġbura skont ir-Regolament (UE) Nru 70/2012 tiġi ppubblikata fil-bażi tad-data tal-Eurostat dwar it-tixrid 11 . L-utenti jistgħu jiksbu tabelli statistiċi dettaljati prodotti f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 202/2010. Hemm 43 tabella dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq ikkomplementati b’fajl tal-metadata tal-UE uniku u b’diversi fajls tal-metadata nazzjonali.

Fl-2022, il-Eurostat xerred tabella ġdida dwar il-prestazzjoni territorjali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq (f’tunnellati-kilometri), li hija definita bħala l-prestazzjoni f’territorju nazzjonali indipendentement mill-pajjiż ta’ reġistrazzjoni tat-trasportatur. Sabiex tiġi kkalkolata s-serje ta’ prestazzjoni tat-trasport territorjalizzata, il-prestazzjoni internazzjonali tat-trasport bit-triq iddikjarata minn kull Stat Membru tiġi diżaggregata skont il-prestazzjoni li seħħet f’kull Stat Membru ieħor tal-UE. Ir-ridistribuzzjoni tad-data dwar il-prestazzjoni tat-trasport lil Stati Membri oħrajn tinvolvi l-immudellar tal-itinerarju probabbli tal-vjaġġ u l-projezzjoni tagħha fin-network tat-toroq tal-UE. Il-Eurostat tikkalkulah bl-għajnuna ta’ matriċi tad-distanza. It-tabella l-ġdida tippreżenta l-prestazzjoni totali, nazzjonali, internazzjonali u tat-trasport bil-kabotaġġ għal kull Stat Membru tal-UE, l-EU-27 kollha kemm hi, in-Norveġja u l-Iżvizzera. Id-data nazzjonali u tal-kabotaġġ użata għall-produzzjoni ta’ din it-tabella hija d-data miġbura skont ir-Regolament (UE) Nru 70/2012.

2.1.2Pubblikazzjonijiet

Il-Eurostat jipproduċi artikli dwar Statistiċi Spjegati dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq li jipprovdu analiżi tad-għall-media u għall-pubbliku. Dawn ikopru s-suġġetti li ġejjin:

·ix-xejriet ġenerali fit-trasport tal-merkanzija bit-triq 12

·it-trasport tal-merkanzija bit-triq skont il-karatteristiċi tal-vettura  13

·it-trasport tal-merkanzija bit-triq skont il-karatteristiċi tal-vjaġġ  14

·it-trasport tal-merkanzija bit-triq skont it-tip ta’ oġġetti  15

·it-trasport tal-merkanzija bit-triq - kabotaġġ 16

Dawn l-artikoli ġew aġġornati kull sena (ħlief għall-artikolu dwar il-kabotaġġ li ġie aġġornat kull sentejn sal-2022 iżda se jiġi aġġornat kull sena wkoll mill-2023). L-artikli jiġu aġġornati meta jitlesta l-ġbir tad-għal sena ta’ referenza partikolari.

2.1.3Data anonimizzata

F’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 557/2013 17 , il-mikrodata dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq hija anonimizzata u magħmula disponibbli għal entitajiet ta’ riċerka għal skopijiet xjentifiċi. Talbiet għal anonimizzata jaslu għand il-Kummissjoni (Eurostat) u jingħata aċċess wara l-approvazzjoni konġunta tal-Kummissjoni (Eurostat) u tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika. Fl-2021, fl-2022 u fl-ewwel 8 xhur tal-2023, ingħata aċċess għal data anonimizzata tal-Istħarriġ Ewropew dwar il-Merkanzija bit-Triq lil seba’ entitajiet ta’ riċerka differenti.

2.1.4Mezzi oħrajn ta’ tixrid

Id-data dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq tinxtered ukoll permezz ta’ estrazzjonijiet ta’ data mfassla apposta għall-utenti fl-aħbarijiet tal-Eurostat (pereżempju Żieda fit-trasport tal-merkanzija bit-triq mill-2021 18 ) u pubblikazzjonijiet oħrajn tal-Eurostat (pereżempju Ċifri ewlenin dwar it-trasport Ewropew 19 , Ċifri ewlenin dwar l-UE fid-dinja 20 , il-Ktieb annwali reġjonali tal-Eurostat 21 u Ċifri ewlenin dwar il-katina alimentari Ewropea  22 ). Id-data hija mxerrda wkoll fil-pubblikazzjonijiet ta’ Direttorati Ġenerali oħrajn tal-Kummissjoni, b’mod partikolari dawk tad-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport (pereżempju l-pubblikazzjoni Statistical pocketbook 23 ). Id-data kollha inkluża f’estrazzjonijiet u f’pubblikazzjonijiet imfassla apposta hija ppubblikata wkoll fil-bażi tad-data tat-tixrid tal-Eurostat.

3AKTAR ŻVILUPP TAL-ISTATISTIKA TAT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA BIT-TRIQ

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, li għandu l-għan li jagħmel lill-Ewropa newtrali għall-klima sal-2050, jinkludi sett ta’ politiki trasformattivi implimentati fid-diversi setturi ekonomiċi, inkluż it-trasport. L-istatistika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tista’ tgħin fl-istabbiliment u fil-monitoraġġ ta’ miri ta’ politika. Dan jinkiseb billi tiġi pprovduta dwar il-volumi ta’ merkanzija ttrasportata, dwar il-kilometri vvjaġġati kif ukoll dwar it-tagħmir u l-infrastruttura tat-trasport bit-triq. It-trasport tal-merkanzija bit-triq huwa settur partikolarment sinifikanti minħabba li jirrappreżenta l-ogħla sehem tat-trasport tal-merkanzija interna tal-UE (77,3 % fl-2021 f’termini ta’ tunnellati-kilometri) 24 .

Il-Eurostat, l-Istati Membri, il-pajjiżi tal-EFTA, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali jiddiskutu l-ħtiġijiet tad-data, modi kif itejbu l-istatistika dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq u modi biex ikomplu jnaqqsu l-piż tal-ġbir tad-data matul il-laqgħat tal-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar l-Istatistika dwar it-Trasport tal-Merkanzija bit-Triq.

Żvilupp wieħed li beda fl-2018 jirrigwarda l-istatistika futura dwar it-trasport minn vetturi utilitarji ħfief. Dawn il-vetturi ma jittrasportawx tagħbijiet tqal ħafna iżda jivvjaġġaw għadd kbir ta’ kilometri f’żoni urbani, u għalhekk jagħmlu kontribut sinifikanti għall-emissjonijiet u għall-konġestjoni. Barra minn hekk, l-użu dejjem jiżdied ta’ dawn il-vetturi jista’ jiġi osservat ukoll fi vjaġġi interurbani u internazzjonali. Il-ħtieġa għal data dwar vetturi utilitarji ħfief qed issir importanti għal ħafna pajjiżi minħabba li qed tiġi integrata fl-ambitu tal-politika tat-trasport tal-UE u fl-atti legali relatati. Id- għall-vetturi utilitarji ħfief tista’ tinkiseb ukoll mir-reġistri dwar testijiet tal-affidabbiltà stradali li jiġbru informazzjoni dwar it-tip ta’ magna, il-klassi tal-piż u t-tip ta’ fjuwil tal-vettura kif ukoll dwar it-teknoloġija ta’ kontroll tal-emissjonijiet.

Fl-2018 inħolqot task force dedikata għat-trasport b’vetturi utilitarji ħfief biex tiddiskuti metodoloġija għall-ġbir tad-data, inklużi definizzjonijiet, limiti, sorsi tad-data u varjabbli. Fl-2022, it-task force ipproduċiet dokument metodoloġiku flimkien ma’ għażliet għal kwestjonarji potenzjali li għandhom jintużaw għal ġbir rilevanti tad-data. Il-metodoloġija ssuġġerita qed tiġi ttestjata minn diversi Stati Membri fil-kuntest tal-għotjiet tal-Eurostat tal-2022. Ladarba r-riżultati tal-proġetti ffinanzjati mill-għotjiet ikunu disponibbli, il-grupp se jirfina l-metodoloġija proposta.

F’konsultazzjoni bil-miktub fl-2022, il-pajjiżi rapportaturi ġew mistiedna jipprovdu l-kontribut tagħhom rigward titjib potenzjali u varjabbli ġodda fil-ġbir tad-data għat-trasport tal-merkanzija bit-triq. Il-kontribut tagħhom għal din il-konsultazzjoni kien jikkonċerna:

·l-armonizzazzjoni tal-kategoriji ta’ vetturi li għandhom jiġu mistħarrġa għall-ġbir tad-data skont ir-Regolament (UE) Nru 70/2012;

·varjabbli addizzjonali fuq it-tip ta’ fjuwil;

·l-eliminazzjoni potenzjali tal-varjabbli fakultattiv A1.1 (“il-possibbiltà li tintuża vettura għat-trasport ikkombinat”);

·proposta għar-rapportar tal-varjabbli fakultattiv A1.6 dwar il-kategoriji tan-NACE fil-livell ta’ żewġ ċifri minflok fil-livell ta’ erba’ ċifri;

·varjabbli fakultattiv ġdid fuq il-klassi tal-emissjonijiet tal-vetturi bil-mutur.

Dawn il-punti ġew diskussi matul il-laqgħa tal-2022 tal-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar l-Istatistika tat-Trasport tal-Merkanzija bit-Triq u se jiġu segwiti f’laqgħat futuri ta’ dan il-grupp.

4KONKLUŻJONIJIET

L-esperjenza u r-riżultati miksuba mill-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 70/2012 dwar l-istatistika għat-trasport tal-merkanzija bit-triq għadhom pożittivi. L-Istati Membri jikkonformaw mal-obbligi tal-forniment tad-, u r-riżorsi allokati kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-Kummissjoni jippermettu l-produzzjoni ta’ riżultati ta’ kwalità għolja. Il-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 70/2012 u tħeġġeġ lill-pajjiżi kandidati u lill-kandidati potenzjali biex ifasslu u jwettqu stħarriġ dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq. Il-Kummissjoni qed timmodernizza s-sistema tal-IT tagħha għall-validazzjoni u għall-ipproċessar tal-mikrodata trażmessa, u wessgħet it-tixrid tal-istatistika dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq. Il-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar l-Istatistika tat-Trasport tal-Merkanzija bit-Triq jibqa’ l-korp fejn l-implimentazzjoni tar-Regolament u t-titjib potenzjali tiegħu huma diskussi b’mod attiv.

Ir-Regolament (UE) Nru 70/2012 għadu għodda effiċjenti u effettiva għall-produzzjoni ta’ statistika affidabbli u komparabbli dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell nazzjonali, u b’hekk jevita d-duplikazzjoni tax-xogħol. L-istatistika prodotta hija mxerrda bħala tabelli fil-bażi tad- tat-tixrid u fil-pubblikazzjonijiet tal-Eurostat, bħala settijiet tad-data anonimizzati u bħala estrazzjonijiet oħrajn imfassla apposta. L-istatistika dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq hija siewja għat-tfassil u għall-valutazzjoni tal-politiki u għall-monitoraġġ tas-suq tat-trasport tal-merkanzija bit-triq fl-UE.

(1)

ĠU L 32, 3.2.2012, p. 1.

(2)

ĠU L 163, 6.6.1998, p. 1.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 70/2012, kull Stat Membru jista’ jeskludi l-vetturi tat-trasport bit-triq li l-kapaċità tat-tagħbija tagħhom jew il-piż massimu permissibbli tagħhom ikun anqas minn ċertu limitu. Dan il-limitu ma jistax jaqbeż kapaċità ta’ tagħbija ta’ 3,5 tunnellati jew piż massimu permissibbli ta’ 6 tunnellati fil-każ ta’ vetturi b’mutur wieħed.

(4)

ĠU L 61, 11.3.2010, p. 24.

(5)

COM(2019) 640 final.

(6)

COM(2020) 789 final.

(7)

  https://ec.europa.eu/eurostat/cache/metadata/en/road_go_esms.htm (disponibbli biss bl-Ingliż).

(8)

Klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika: https://ec.europa.eu/eurostat/web/nuts/background (disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż).

(9)

  https://circabc.europa.eu/ui/group/0c7a12bf-2645-4509-9339-a266f3e1e44d/library/f54dbc3c-55e5-469d-b8e1-4872271562da/details (disponibbli bl-Ingliż biss).

(10)

  https://ec.europa.eu/eurostat/en/web/products-manuals-and-guidelines/-/KS-GQ-16-105 (disponibbli biss bl-Ingliż).

(11)

  https://ec.europa.eu/eurostat/web/transport/data/database (disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż).

(12)

  http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Road_freight_transport_statistics (disponibbli biss bl-Ingliż).

(13)

  http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Road_freight_transport_by_vehicle_characteristics (disponibbli biss bl-Ingliż).

(14)

  http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Road_freight_transport_by_journey_characteristics (disponibbli biss bl-Ingliż).

(15)

  http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Road_freight_transport_by_type_of_goods (disponibbli biss bl-Ingliż).

(16)

  https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Road_freight_transport_statistics_-_cabotage (disponibbli biss bl-Ingliż).

(17)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 557/2013 tas-17 ta’ Ġunju 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istatistika Ewropea fir-rigward tal-aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002ĠU L 164, 18.6.2013, p. 16).

(18)

  https://ec.europa.eu/eurostat/en/web/products-eurostat-news/w/ddn-20230725-1 (disponibbli bl-Ingliż biss).

(19)

  https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-key-figures/w/ks-07-22-523 (disponibbli bl-Ingliż biss).

(20)

  https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-key-figures/w/ks-ex-23-001 (disponibbli bl-Ingliż biss).

(21)

  https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-flagship-publications/-/ks-ha-22-001 (disponibbli bl-Ingliż biss).

(22)

  https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-key-figures/w/ks-fk-22-001 (disponibbli bl-Ingliż biss).

(23)

  https://transport.ec.europa.eu/facts-funding/studies-data/eu-transport-figures-statistical-pocketbook/statistical-pocketbook-2022_en (disponibbli bl-Ingliż biss).

(24)

Sors: Tabella tal-Eurostat Modal split of inland freight transport:  https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/TRAN_HV_FRMOD/default/table?lang=en  (disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż).