Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Novembru 2008 – Avon Products vs UASI (ANEW ALTERNATIVE)

(Kawża T-184/07)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ANEW ALTERNATIVE – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 26, 32)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Marzu 2007 (Każ R 1471/2006-2) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ANEW ALTERNATIVE bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Avon Products, Inc.

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali ANEW ALTERNATIVE għal prodotti fil-klassi 3 – Applikazzjoni Nru 4357919

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Avon Products Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.