52015DC0161

ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 4 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2015 LI JAKKUMPANJA L-PROPOSTA BIEX JIĠI MOBILIZZAT IL-FOND TA’ SOLIDARJETÀ TAL-UNJONI EWROPEA GĦAR-RUMANIJA, IL-BULGARIJA U L-ITALJA /* COM/2015/0161 final */


ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 4 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2015

LI JAKKUMPANJA L-PROPOSTA BIEX JIĠI MOBILIZZAT IL-FOND TA’ SOLIDARJETÀ TAL-UNJONI EWROPEA GĦAR-RUMANIJA, IL-BULGARIJA U L-ITALJA

Wara li kkunsidrat:

– it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

– ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni[1], u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

– ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

– il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, adottat fis-17 ta’ Diċembru 2014[3],

– l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2015[4], adottat fit-13 ta' Jannar 2015,

– l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015[5], adottat fl-20 ta' Jannar 2015,

– l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2015[6], adottat fil-[15 ta' April 2015],

Il-Kummissjoni Ewropea b'dan qed tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 4 għall-baġit tal-2015.

BIDLIET FID-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U N-NEFQA TAQSIMA B'TAQSIMA

Il-bidliet fid-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa taqsima b'taqsima huma disponibbli fuq il-EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm). Il-verżjoni bl-Ingliż tal-bidliet f’din id-dikjarazzjoni hija mehmuża għall-informazzjoni bħala anness baġitarju.

WERREJ

1.       Introduzzjoni. 3

2.       Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE.. 3

2.1     Ir-Rumanija — Għargħar tar-rebbiegħa.. 3

2.2     Ir-Rumanija — Għargħar tas-sajf. 4

2.3     Il-Bulgarija — Għargħar tas-sajf. 5

2.4     L-Italja — Għargħar tal-ħarifa.. 6

3.       Finanzjament.. 8

4.       Konklużjoni. 8

4.       Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP.. 9

1.           Introduzzjoni

L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju (ABE) Nru 4 għas-sena 2015 ikopri l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) għall-ammont ta' EUR 66 505 850 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament. Il-mobilizzazzjoni hija marbuta ma’ żewġ għargħar fir-Rumanija, waħda fil-Bulgarija u l-oħra fl-Italja.

2.           Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE

Matul it-tieni nofs tal-2014, il-Kummissjoni rċeviet erba’ applikazzjonijiet għal għajnuna finanzjarja mill-FSUE aktar relatati ma’ diżastri fir-Rumanija (għargħar tar-rebbiegħa u tas-sajf), il-Bulgarija (għargħar tas-sajf) u l-Italja (għargħar tal-ħarifa).

Is-servizzi tal-Kummissjoni għalhekk wettqu investigazzjoni bir-reqqa tal-applikazzjonijiet skont id-dispożizzjonijiet oriġinali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002[7] li jistabbilixxi l-FSUE (minn hawn 'il quddiem "ir-Regolament"), u b'mod partikolari skont l-Artikoli 2, 3 u 4 tiegħu.

L-iktar elementi importanti tal-valutazzjonijiet jinsabu fil-qosor hawn taħt.

2.1       Ir-Rumanija — Għargħar tar-rebbiegħa

(1) Matul April u Mejju 2014, partijiet kbar mir-Rumanija kienu milquta minn għargħar li kkaġuna l-qerda ta’ infrastruttura pubblika u privata, djar privati u fl-agrikoltura.

(2) L-għargħar huwa ta' oriġini naturali u għalhekk jaqa' taħt il-qasam ewlieni ta' applikazzjoni tal-FSUE.

(3) L-applikazzjoni mir-Rumanija waslet fid-9 ta' Lulju 2014, jiġifieri fi żmien il-perjodu stipulat ta' 12-il ġimgħa wara li kienu rreġistrati l-ewwel ħsarat fid-19 ta' April 2014.

(4) Ir-Rumanija ma talbitx ħlas bil-quddiem.

(5) L-applikazzjoni ġiet ippreżentata bħala diżastru ta' “pajjiż ġar”, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament. Skont din id-dispożizzjoni pajjiż milqut mill-istess diżastru ta’ pajjiż ġar li jkun ġie rikonoxxut bħala diżastru maġġuri jista’ b’mod eċċezzjonali jibbenefika minn għajnuna tal-FSUE anke jekk dan ma jikkwalifikax bħala diżastru maġġuri jew reġjonali. Ir-Rumanija ddikjarat li kienet affettwata mill-istess diżastru bħal dak li ġara fis-Serbja mill-14 ta’ Mejju 2014 ’il quddiem u li qabel kien ġie aċċettat mill-Kummissjoni bħala diżastru maġġuri.

(6) Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-kundizzjonijiet meteoroloġiċi madanakollu kkonkludiet li l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Rumeni ma ppermettietx l-attribuzzjoni tal-ħsara kollha ddikjarata (li seħħet minn kmieni sad-19 ta' April) għall-istess diżastru li affettwa lis-Serbia. Għaldaqstant, il-Kummissjoni talbet lir-Rumanija biex tirrevedi u taġġorna l-applikazzjoni tagħha u biex teskludi danni li seħħew qabel l-14 ta’ Mejju. Il-Kummissjoni rċeviet l-applikazzjoni mir-Rumanija fid-29 ta' Settembru 2014.

(7) Fl-applikazzjoni riveduta l-awtoritajiet Rumeni stmaw li l-ħsara diretta totali kkawżata mid-diżastru huwa ta' EUR  167,927 miljun. Dan l-ammont jirrappreżenta 0,13 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) tar-Rumanija jew 21.43% tal-limitu minimu biex jiġi mmobilizzat il-FSUE ta' EUR 783,738 miljun applikabbli għar-Rumanija fl-2014 (jiġifieri 0,6 % tal-ING fuq il-bażi tad-dejta tal-2012). Minħabba li l-ħsara diretta totali tibqa’ taħt il-limitu ta’ diżastru maġġuri u minħabba li l-limitu minimu għal diżastru reġjonali kif stipulat fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament ma ntlaħaqx, l-applikazzjoni ġiet ivvalutata b’suċċess skont id-dispożizzjoni ta' pajjiż ġar tal-Artikolu 2(4).

(8) Fir-rigward tal-impatt u l-konsegwenzi tad-diżastru, dan affettwa 30 mill-42 kontea Rumeni u attiva l-evakwazzjoni tal-abitanti, ikkawża telf kbir u affettwa ħażin ħafna setturi differenti tal-ekonomija. Ġiet irrappurtata ħsara b’mod partikolari għal infrastruttura preventiva, it-trasport, l-ilma/l-ilma tal-iskart, l-enerġija, u l-infrastruttura tal-komunikazzjoni. L-agrikoltura sofriet minn telf ta’ uċuħ tar-raba’ fuq art ikkoltivata, għarqa ta’ annimali; fil-forestrija, toroq ta' aċċess u l-mixtlijiet kienu meqruda bid-digi li nfaqgħu; djar privati kienu mgħarrqa bħalma ġara wkoll lil skejjel, sptarijiet, binjiet pubbliċi oħrajn u assi kulturali.

(9) L-ispiża għal operazzjonijiet ta' emerġenza essenzjali eliġibbli skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament, ġiet stmata mill-awtoritajiet Rumeni li tammonta għal EUR 145,527 miljun u ġiet ippreżentata skont it-tipi ta' operazzjonijiet. L-akbar sehem tal-ispiża tal-operazzjonijiet ta' emerġenza (aktar minn EUR 95 miljun) jikkonċerna l-operazzjonijiet ta' rkupru fil-qasam tat-trasport. It-tieni l-akbar sehem tal-ispiża jikkonċerna l-iżgurar ta’ infrastrutturi preventivi li jammontaw għal EUR 44 miljun.

(10) Ir-reġjuni milquta huma "reġjuni li għadhom lura" skont il-Fondi Strutturali u tal-Investiment (FSI) (2014-2020). L-awtoritajiet Rumeni ma indikawx lill-Kummissjoni l-ħsieb tagħhom li jallokaw mill-ġdid il-fondi mill-programm ta' Fondi tal-FSI għal miżuri ta' rkupru.

(11) Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġjar tar-riskju tad-diżastru relatata man-natura tad-diżastru, ir-Rumanija qiegħda fil-proċess li timplimenta d-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (id-"Direttiva dwar l-Għargħar"). Bħala t-tieni stadju tal-implimentazzjoni tad-Direttiva, ir-Rumanija ħejjiet minn Marzu 2014 mapep ta’ periklu u riskji ta’ għargħar għal żoni identifikati bħala li għandhom potenzjal sinifikanti ta' riskji tal-għargħar.

(12) Fid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni r-Rumanija ma kinitx suġġetta għal proċedimenti ta’ ksur dwar il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni relatata man-natura tad-diżastru.

(13) L-awtoritajiet Rumeni ma indikaw l-ebda kopertura tal-assigurazzjoni tal-kost eliġibbli.

2.2       Ir-Rumanija — Għargħar tas-sajf

(1) Matul il-perjodu mill-aħħar jiem ta’ Lulju sa nofs Awwissu 2014, partijiet tal-Lbiċ tar-Rumanija kienu milquta minn xita qawwija u għargħar sussegwenti u uqigħ tal-art li kkawżaw ħsara fl-infrastruttura pubblika u privata, lin-negozji u s-settur agrikolu, kif ukoll lill-wirt kulturali u djar privati.

(2) L-għargħar huwa ta' oriġini naturali u għalhekk jaqa' taħt il-qasam ewlieni ta' applikazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà.

(3) L-applikazzjoni mir-Rumanija waslet fit-3 ta' Ottubru 2014, jiġifieri fi żmien il-perjodu stipulat ta' 12-il ġimgħa wara li kienu rreġistrati l-ewwel ħsarat fit-28 ta' Lulju 2014. Informazzjoni addizzjonali inkluż iċ-ċifri riveduti ta' ħsara ġew ipprovduti fit-13 ta' Jannar 2015.

(4) Ir-Rumanija ma talbitx ħlas bil-quddiem.

(5) L-awtoritajiet Rumeni stmaw li l-ħsara diretta totali kkawżata mid-diżastru hi ta' EUR 171,911 miljun. Dan l-ammont jirrappreżenta 0,13 % tal-ING tar-Rumanija jew 21,9 % tal-limitu minimu għal diżastru maġġuri biex jiġi mmobilizzat il-FSUE ta' EUR 783,738 miljun applikabbli għar-Rumanija fl-2014 (jiġifieri 0,6 % tal-ING fuq il-bażi tad-dejta tal-2012).

(6) Peress li d-dannu dirett totali jibqa’ taħt il-limitu minimu għal diżastru maġġuri għall-attivazzjoni tal-FSUE, l-applikazzjoni kienet eżaminata fuq il-bażi tal-kriterji tad- “diżastri reġjonali” kif stabbilit fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament li jiddefinixxi l-kunċett ta’ “diżastru reġjonali” bħala kwalunkwe diżastru naturali li jirriżulta, f’reġjun fil-livell NUTS 2 ta’ Stat eliġibbli, fi ħsara diretta li taqbeż 1.5 % tal-PDG ta’ dak ir-reġjun. L-applikazzjoni Rumena hija relatata ma’ reġjun wieħed ta’ livell NUTS 2, jiġifieri “Sud-Vest Oltenia”. Il-ħsara diretta rrappurtata ta’ EUR 171,911 miljun tirrappreżenta 1.64 % tal-PDG reġjonali ta’ dan ir-reġjun (EUR 10 480 miljun ibbażat fuq iċ-ċifri tal-2011) u taqbeż il-limitu ta’ 1.5 % tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament. L-applikazzjoni mir-Rumanija għalhekk hija eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-Fond ta’ Solidarjetà.

(7) Fir-rigward tal-impatt u l-konsegwenzi tad-diżastru, dan affettwa iktar minn 126 000 abitant f’5 kontej fir-reġjun ta’ Sud-Vest Oltenia. Dan ikkaġuna ħsara serja fuq infrastruttura pubblika (imbankment u digi miksura, ħsarat fit-toroq, pontijiet, impjanti tat-trattament tal-ilma u sistemi tad-drenaġġ) u prodotti agrikoli meqruda (uċuħ tar-raba’, veġetali u dwieli). Ir-Rumanija ssostni li iktar minn 2 300 dar privata, 20 skola, 9 kindergartens, u 11-il knisja sofrew ħsarat.

(8) L-ispiża għal operazzjonijiet ta' emerġenza essenzjali eliġibbli skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament, ġiet stmata mill-awtoritajiet Rumeni li tammonta għal EUR 93,955 miljun u ġiet ippreżentata skont it-tipi ta' operazzjonijiet. Bi stima ta’ spiża ta’ aktar minn EUR 59 miljun l-akbar sehem tagħhom jikkonċerna l-irkupru tal-infrastruttura tat-trasport, it-tieni l-akbar sehem li jammonta għal xi EUR 26 miljun jikkonċerna l-iżgurar ta’ infrastrutturi preventivi.

(9) Ir-reġjun Sud-Vest Oltenia huwa "reġjun li għadu lura" skont il-Fondi Strutturali u tal-Investiment (FSI) (2014-2020). L-awtoritajiet Rumeni ma indikawx lill-Kummissjoni l-ħsieb tagħhom li jallokaw mill-ġdid il-fondi mill-programm ta' Fondi tal-FSI għal miżuri ta' rkupru.

(10) Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġjar tar-riskju tad-diżastru relatata man-natura tad-diżastru, ir-Rumanija qiegħda fil-proċess li timplimenta d-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (id-"Direttiva dwar l-Għargħar"). Bħala t-tieni stadju tal-implimentazzjoni tad-Direttiva, ir-Rumanija ħejjiet minn Marzu 2014 mapep ta’ periklu u riskji ta’ għargħar għal żoni identifikati bħala li għandhom potenzjal sinifikanti ta' riskji tal-għargħar.

(11) Fid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni r-Rumanija ma kinitx suġġetta għal proċedimenti ta’ ksur dwar il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni relatata man-natura tad-diżastru.

(12) L-awtoritajiet Rumeni indikaw li l-ispiża eliġibbli mhijiex koperta minn assigurazzjoni.

2.3       Il-Bulgarija — Għargħar tas-sajf

(1) Simili għal avvenimenti fir-Rumanija, il-Bulgarija sofriet minn xita qawwija u intensa fl-aħħar ta’ Lulju u fil-bidu ta’ Awwissu 2014 li kkawża ħsarat konsiderevoli lil infrastruttura pubblika u privata, lin-negozji, djar privati u assi, u dan kien ta’ ħsara għas-settur agrikolu.

(2) L-għargħar huwa ta' oriġini naturali u għalhekk jaqa' taħt il-qasam ewlieni ta' applikazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà.

(3) L-applikazzjoni mill-Bulgarija waslet fil-23 ta' Ottubru 2014, jiġifieri fi żmien il-perjodu stipulat ta' 12-il ġimgħa wara li kienu rreġistrati l-ewwel ħsarat fil-31 ta' Lulju 2014. Fit-12 ta’ Novembru 2014 l-awtoritajiet Bulgari ppreżentaw informazzjoni aġġornata.

(4) Il-Bulgarija ma talbitx ħlas bil-quddiem.

(5) L-awtoritajiet Bulgari stmaw li l-ħsara diretta totali kkawżata mid-diżastru hi ta' EUR 79,344 miljun. Dan l-ammont jirrappreżenta 0,20 % tal-ING tal-Bulgarija jew 34,1 % tal-limitu minimu biex jiġi mmobilizzat il-FSUE ta' EUR 232,502 miljun applikabbli għall-Bulgarija fl-2014 (jiġifieri 0,6 % tal-ING fuq il-bażi tad-dejta tal-2012).

(6) Peress li d-dannu dirett totali jibqa’ taħt il-limitu minimu għal diżastru maġġuri għall-attivazzjoni tal-FSUE, l-applikazzjoni kienet eżaminata fuq il-bażi tal-kriterji tad-“diżastri reġjonali” kif stabbilit fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament li jiddefinixxi l-kunċett ta’ “diżastru reġjonali” bħala kwalunkwe diżastru naturali li jirriżulta, f’reġjun fil-livell NUTS 2 ta’ Stat eliġibbli, fi ħsara diretta li taqbeż 1.5 % tal-PDG ta’ dak ir-reġjun. L-applikazzjoni Bulgara hija relatata ma’ reġjun uniku tal-livell NUTS 2 , jiġifieri “Severozapaden” fil-Majjistral tal-Bulgarija, wieħed mill-ifqar reġjuni fl-UE. Il-ħsara diretta rrappurtata ta’ EUR 79,344 miljun tirrappreżenta 2,9 % tal-PDG reġjonali ta’ dan ir-reġjun (EUR 2 732 miljun ibbażat fuq id-dejta tal-2011) u taqbeż il-limitu ta’ 1.5 % tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament. L-applikazzjoni mill-Bulgarija għalhekk hija eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FSUE.

(7) Fir-rigward tal-impatt u l-konsegwenzi tad-diżastru, il-parti l-kbira tal-ħsarat seħħew fil-belt ta’ Mizia u fir-raħal ta' Krushovitsa. Toroq, toroq lokali, u artijiet agrikoli, madwar 700 djar privati u binjiet pubbliċi ġew imgħarrqa. Fit-2 ta’ Awwissu, is-Sindku ta’ Mizia ddikjara stat ta’ emerġenza u aktar minn 800 persuna kellhom jiġu evakwati. L-aċċess għal Mizia bit-toroq u t-trasport u l-irħula tal-madwar ġie interrott. Dannu serju ġie ikkawżat lill-infrastruttura pubbliku fis-setturi tal-enerġija, l-ilma, it-trasport u l-edukazzjoni, kif ukoll fuq assi ta' wirt kulturali u żoni naturali protetti.

(8) L-ispiża għal operazzjonijiet ta' emerġenza essenzjali eliġibbli skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament ġiet stmata mill-awtoritajiet Bulgari li tammonta għal EUR 69,108 miljun u ġiet ippreżentata skont it-tip ta' operazzjoni. It-tieni l-akbar sehem tal-ispiża tikkonċerna l-irkupru tal-infrastruttura tat-trasport (EUR 30 miljun). Madwar EUR 19-il miljun oħra ser ikunu meħtieġa għal tiswijiet fis-settur tal-ilma/l-ilma skart.

(9) Ir-reġjun milqut ta' Severozapaden huwa "reġjun li għadu lura" skont il-Fondi Strutturali u tal-Investiment (FSI) (2014-2020). L-awtoritajiet Bulgari ma indikawx lill-Kummissjoni l-ħsieb tagħhom li jallokaw mill-ġdid il-fondi mill-programm ta' Fondi tal-FSI għal miżuri ta' rkupru.

(10) Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġjar tar-riskju tad-diżastri relatata man-natura tad-diżastru, il-Bulgarija qiegħda fil-proċess li timplimenta d-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (id-"Direttiva dwar l-Għargħar"). Permezz tal-liġi Bulgara “tal-Ilma” valutazzjoni tar-riskju tal-għargħar preliminari għal kull distrett tal-baċin tax-xmara kienet ġiet imwettqa f'żoni fejn ġie identifikat riskju potenzjali sinifikanti tal-għargħar.

(11) Fid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni l-Bulgarija ma kinitx suġġetta għal proċedimenti ta’ ksur dwar il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni relatata man-natura tad-diżastru.

(12) L-awtoritajiet Bulgari indikaw li l-kost eliġibbli mhuwa kopert minn ebda assigurazzjoni.

2.4       L-Italja — Għargħar tal-ħarifa

(1) Matul il-perjodu mid-9 ta’ Ottubru sat-18 ta’ Novembru 2014, partijiet usa’ tal-majistral tal-Italja sofrew minn perjodi rikorrenti ta’ maltemp kbir b’xita qawwija u għargħar sussegwenti u uqigħ tal-art li kkawżaw ħsara serja fl-infrastruttura pubblika u privata, lin-negozji, djar privati u assi, u ħsarat fis-settur agrikolu.

(2) L-għargħar huwa ta' oriġini naturali u għalhekk jaqa' taħt il-qasam ewlieni ta' applikazzjoni tal-FSUE.

(3) L-applikazzjoni mill-Italja waslet fit-23 ta' Diċembru 2014, li kien fil-limitu preskritt ta' 12-il ġimgħa wara li kienu rreġistrati l-ewwel ħsarat fid-9 ta' Ottubru 2014. Fit-3 ta’ Frar 2015 l-awtoritajiet Taljani ppreżentaw informazzjoni aġġornata.

(4) L-Italja ma talbitx ħlas bil-quddiem.

(5) L-avvenimenti deskritti fl-applikazzjoni seħħew matul perjodu ta’ kważi sitt ġimgħat f’postijiet differenti ta’ ħames reġjuni Taljani, l-iktar fl-Emilia-Romagna, il-Liguria, il-Lombardia, il-Piemonte u t-Toskana. Il-valutazzjoni tal-applikazzjoni mill-Kummissjoni u l-argumenti mressqa fiha madankollu kkonfermaw li dawn l-avvenimenti kollha jistgħu jiġu attribwiti għal kundizzjoni meteoroloġika waħdanija sottostanti. Dawn l-avvenimenti jistgħu għalhekk jitqiesu bħala diżastru naturali skont it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill 2012/2002 li jaqa’ fi ħdan il-qasam ta’ applikazzjoni tal-FSUE.

(6) L-awtoritajiet Taljani stmaw li l-ħsara diretta totali kkawżata mid-diżastru hi ta' EUR 2 241,052 miljun. Dan l-ammont jirrappreżenta 70,4 % tal-limitu massimu ta’ “diżastru maġġuri” għall-mobilizzazzjoni tal-FSUE ta’ EUR 3 184 miljun applikabbli għall-Italja fl-2014 (jiġifieri EUR 3 biljun bil-prezzijiet tal-2011).

(7) Peress li d-dannu dirett totali jibqa’ taħt il-limitu minimu għal diżastru maġġuri għall-attivazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà, l-applikazzjoni kienet eżaminata fuq il-bażi tal-kriterji tad-“diżastri reġjonali” kif stabbilit fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament li jiddefinixxi l-kunċett ta’ “diżastru reġjonali” bħala kwalunkwe diżastru naturali li jirriżulta, f’reġjun fil-livell NUTS 2 ta’ Stat eliġibbli, fi ħsara diretta li taqbeż 1,5 % tal-PDG ta’ dak ir-reġjun. Fejn diversi reġjuni fil-livell NUTS 2 huma affettwati — bħal f’dan il-każ — il-livell limitu li jiġi applikat huwa għall-medja tal-PDG ta’ dawk ir-reġjuni. peżat skont is-sehem ta’ ħsara totali f’kull reġjun. Abbażi taċ-ċifri ppreżentati mill-awtoritajiet Taljani l-ħsara kkawżata fil-ħames reġjuni milquta, tirrappreżenta 1.84 % tal-PDG reġjonali differenzjata u b’hekk taqbeż il-limitu ta’ 1,5 % tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament. Għalhekk l-applikazzjoni mill-Italja hija eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FSUE.

(8) Fir-rigward tal-impatt u l-konsegwenzi tad-diżastru, dan laqat ħames reġjuni, b’modi differenti, skont iċ-ċirkostanzi lokali speċifiċi. Dawn jinkludu għadd kbir ta’ uqigħ tal-art u tat-tajn, għargħar ta’ baċiri tax-xmajjar, tifqigħ ta’ max-xtut tax-xmajjar, għargħar ta’ pontijiet u ta’ infrastruttura oħra. F’xi każijiet il-preċipitazzjoni ġiet stmata bħala li tikkorrispondi għal perjodi ta’ ritorn ċentinarji jew pluri-ċentenarji. Kollox ma’ kollox, id-diżastru kkawża 11-il fatalità u madwar 3000 persuna kellhom jiġu evakwati. Kien hemm ħsara mifruxa fuq l-ambjent, l-infrastruttura pubblika (it-toroq, l-ilma, id-drenaġġ, il-gass u l-elettriku), l-agrikoltura, kif ukoll is-setturi ekonomiċi u produttivi billi l-għargħar laqat bosta żoni urbani (Genova hija l-aktar eżempju prominenti) b’densità għolja ta’ popolazzjoni. B’madwar 42 % tal-ħsara totali r-reġjun tal-Liguria kien dak l-aktar milqut ħażin, Emilia Romagna ġarrbet 21 % tal-ħsara totali, il-Piemonte 17%, il-Lombardia 12% u t-Toscana  8 %.

(9) L-ispiża għal operazzjonijiet ta' emerġenza essenzjali eliġibbli skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament, ġiet stmata mill-awtoritajiet Taljani li tammonta għal EUR 434,314 miljun u ġiet ippreżentata skont it-tip ta' operazzjoni. L-akbar sehem tal-ispiża tal-operazzjonijiet ta’ emerġenza (EUR 250 miljun) jikkonċerna l-operazzjonijiet ta’ rkupru fil-qasam tal-infrastruttura u l-impjanti fl-oqsma tal-enerġija, l-ilma u l-ilma mormi, it-telekomunikazzjonijiet, it-trasport, is-saħħa u l-edukazzjoni. It-tieni l-akbar sehem tal-ispiża jikkonċerna l-iżgurar ta’ infrastrutturi preventivi u miżuri għall-protezzjoni tal-wirt kulturali li jammontaw għal EUR 135 miljun.

(10) Ir-reġjuni milquta huma "reġjuni iktar żviluppati" skont il-Fondi Strutturali u tal-Investiment (FSI) (2014-2020). L-awtoritajiet Taljani ma indikawx lill-Kummissjoni l-ħsieb tagħhom li jallokaw mill-ġdid il-fondi mill-programm ta' Fondi tal-FSI għal miżuri ta' rkupru.

(11) L-applikazzjoni tippreżenta dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni u l-immaniġġar tar-riskju ta’ diżastru relatata man-natura tad-diżastru. L-Italja ddikjarat li tinsab fil-proċess li timplimenta d-Direttiva 2007/60/KE (id-“Direttiva dwar l-Għargħar”) fuq il-bażi tad-digriet Leġiżlattiv tat-23 ta’ Frar 2010, n. 49. Hija tirrapporta li wettqet valutazzjoni preliminari ta' riskju tal-għargħar għal kull distrett ta' baċir tax-xmara f’żoni ta’ riskju potenzjali sinifikanti tal-għargħar li ġew identifikati.

(12) Fid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni l-Italja ma kinitx suġġetta għal proċedimenti ta’ ksur dwar il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni relatata man-natura tad-diżastru.

(13) L-awtoritajiet Taljani indikaw li l-ispiża eliġibbli mhija koperta minn ebda assikurazzjoni.

3.           Finanzjament

Minħabba li s-solidarjetà kienet il-ġustifikazzjoni ċentrali għall-ħolqien tal-Fond, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għajnuna mill-Fond għandha tkun progressiva. Dan ifisser li, skont prattika preċedenti, il-parti tal-ħsarat li taqbeż il-limitu ta' "diżastru maġġuri" (jiġifieri 0,6 % tal-ING jew EUR 3 biljun bil-prezzijiet tal-2011, skont liema minnhom ikun l-iżgħar ammont) għandha twassal għal intensità ta' għajnuna akbar mill-ħsarat li jaslu sal-limitu minimu. Ir-rata applikata fl-imgħoddi biex jiġu definiti l-allokazzjonijiet għal diżastri maġġuri hija ta' 2,5 % tal-ħsara diretta totali taħt il-limitu massimu u 6 % għall-parti 'l fuq minn dan. Għal diżastri reġjonali u diżastri aċċettati taħt id-dispożizzjoni “pajjiż ġar” ir-rata hija ta’ 2.5 %. Din ir-rata kienet applikata fl-erba’ każijiet ta’ hawn taħt billi l-ebda wieħed minnhom ma qabeż il-limitu ta’ diżastru maġġuri rispettiv tiegħu.

Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li tapplika l-istess perċentwali u timmobilizza l-ammonti ta' għajnuna kif ġej:

|| || || || || || || (F’EUR)

Diżastru || Ħsarat diretti (miljun EUR) || Il-limitu massimu applikat ta’ diżastru reġjonali (f’miljuni ta’ EUR) || Livell limitu ta' diżastru maġġuri (miljun EUR) || Spiża totali ta' operazzjonijiet eliġibbli (miljun EUR) || 2,5 % ta’ ħsara diretta sal-limitu (EUR) || Limitu massimu applikat || Ammont totali tal-Għajnuna proposta (EUR)

IR-RUMANIJA, għargħar tar-rebbiegħa || 167,927 || ~ || 783,738 || 145,527 || 4 198 175 || Le || 4 198 175

IR-RUMANIJA, għargħar tas-sajf || 171,911 || 157,200 || 783,738 || 93,955 || 4 297 775 || Le || 4 297 775

IL-BULGARIJA || 79,344 || 40,980 || 232,502 || 69,108 || 1 983 600 || Le || 1 983 600

L-ITALJA || 2 241,052 || 1 832,944 || 3 183,624 || 434,314 || 56 026 300 || Le || 56 026 300

TOTALI || || || || || || || 66 505 850

Din hija l-ewwel proposta għad-deċiżjoni ta' mobilizzazzjoni fl-2015. L-ammont totali ta’ għajnuna propost hawn fuq huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tal-limitu massimu tar-Regolament[8] tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) ta’ EUR 541 216 080 (jiġifieri EUR 500 miljun fi prezzijiet tal-2011). Barra minn hekk, ammont ta’ EUR 403 879 032 baqa’ ma ntefaqx mill-allokazzjoni 2014 u jista' jintuża matul l-2015. Billi EUR 50 miljun diġà ġew mobilizzati għall-pagament potenzjali ta' ħlas bil-quddiem u inklużi fil-baġit 2015 skont l-Artikolu 4a (4) tar-Regolament, l-ammont totali disponibbli għall-mobilizzazzjonijiet FSUE fl-2015 huwa ta' EUR 895 095 112.

 

4.           Konklużjoni

Il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għal kull wieħed mill-erba’ każijiet li jikkonċernaw ir-Rumanija, il-Bulgarija u l-Italja ppreżentati hawn fuq u li temenda l-baġit 2015 billi żżid l-Artikolu tal-baġit 13 06 01 (Fond ta’ Solidarjetà tal-UE għall-Istati Membri) b’EUR 66 505 850 kemm f’approprjazzjonijiet ta’ impenn kif ukoll  f’approprjazzjonijiet ta’ pagament.

Peress li l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea huwa strument speċjali kif definit fir-Regolament QFP, l-approprazzjonijiet korrispondenti għandhom jiġu bbaġittjati barra mil-livelli limitu tal-QFP korrispondenti.

4.           Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP

Intestatura || Baġit 2015 || Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 4/2015 || Baġit 2015

(inkl. ABE 2-3/2015) || (inkl. ABE 1-4/2015)

AI || AP || AI || AP || AI || AP

1. || Tkabbir intelliġenti u inklussiv || 77 954 679 684 || 66 922 960 910 || ||    || 77 954 679 684 || 66 922 960 910

Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà ||  83 285 595 || || || ||  83 285 595 ||

Limitu || 77 986 000 000 || || || || 77 986 000 000 ||

Marġni ||  114 605 911 || || || ||  114 605 911 ||

1a || Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi || 17 551 688 425 || 15 798 230 894 || || || 17 551 688 425 || 15 798 230 894

Limitu || 17 666 000 000 || || || || 17 666 000 000 ||

Marġni ||  114 311 575 || || || ||  114 311 575 ||

1b || Koeżjoni ekonomika soċjali u territorjali || 60 402 991 259 || 51 124 730 016 || || || 60 402 991 259 || 51 124 730 016

Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà ||  83 285 595 || || || ||  83 285 595 ||

Limitu || 60 320 000 000 || || || || 60 320 000 000 ||

Marġni ||   294 336 || || || ||   294 336 ||

2. || Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali || 63 901 960 185 || 55 998 594 804 || || || 63 901 960 185 || 55 998 594 804

Limitu || 64 692 000 000 || || || || 64 692 000 000 ||

Marġni ||  790 039 815 || || || ||  790 039 815 ||

Li minnhom: Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) — Nefqa relatata mas-suq u ħlasijiet diretti || 43 455 780 762 || 43 447 624 585 || || || 43 455 780 762 || 43 447 624 585

Sottolimitu || 44 313 000 000 || || || || 44 313 000 000 ||

Trasferiment nett bejn il-FAEG u l-FAEŻR ||  123 215 000 || || || ||  123 215 000 ||

Marġni ||  734 004 238 || || || ||  734 004 238 ||

3. || Sigurtà u ċittadinanza || 2 357 076 847 || 1 859 513 795 || || || 2 357 076 847 || 1 859 513 795

Limitu || 2 456 000 000 || || || || 2 456 000 000 ||

Marġni ||  98 923 153 || || || ||  98 923 153 ||

4. || Ewropa Globali || 8 410 899 029 || 7 422 489 907 || || || 8 410 899 029 || 7 422 489 907

Limitu || 8 749 000 000 || || || || 8 749 000 000 ||

Marġni ||  338 100 971 || || || ||  338 100 971 ||

5. || Amministrazzjoni || 8 660 469 063 || 8 658 756 179 || || || 8 660 469 063 || 8 658 756 179

Limitu || 9 076 000 000 || || || || 9 076 000 000 ||

Marġni ||  415 530 937 || || || ||  415 530 937 ||

Li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet || 6 941 188 663 || 6 939 475 779 || || || 6 941 188 663 || 6 939 475 779

Sottolimitu || 7 056 000 000 || || || || 7 056 000 000 ||

Marġni ||  114 811 337 || || || ||  114 811 337 ||

6. || Kumpensi ||    ||    || || ||    ||   

Limitu ||    || || || || ||

Marġni ||    || || || ||    ||

Total || 161 285 084 808 || 140 862 315 595 ||    ||    || 161 285 084 808 || 140 862 315 595

Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà ||  83 285 595 ||  11 315 595 || || ||  83 285 595 ||  11 315 595

Limitu || 162 959 000 000 || 141 901 000 000 || || || 162 959 000 000 || 141 901 000 000

Marġni || 1 757 200 787 || 1 050 000 000 || || || 1 757 200 787 || 1 050 000 000

|| Strumenti speċjali oħrajn ||  515 365 000 || 351 724 968 ||  66 505 850 ||  66 505 850 ||  581 870 850 ||  418 230 818

Total Kumplessiv || 161 800 449 808 || 141 214 040 563 ||  66 505 850 ||  66 505 850 || 161 866 955 658 || 141 280 546 413

[1]               ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

[2]               ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

[3]               ĠU L 69, 13.3.2015, p. 1.

[4]               COM(2015) 11 finali tat-13.01.2015.

[5]               COM(2015) 16 finali tat-20.01.2015.

[6]               COM(2015) [XXX finali tal-15.04.2015].

[7]           Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, (ĠU L 311, 14.11.2003, p. 3) kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 661/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 (ĠU L 189, 27.06.2014, p. 143).

[8]               ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.