31974L0150



Official Journal L 084 , 28/03/1974 P. 0010 - 0024
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0227
Greek special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0209
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0227
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0183
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 3 P. 0183


Id-Direttiva tal-Kunsill

ta’ l-4 ta’ Marzu 1974

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija

(74/150/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi f’kull Stat Membru it-tratturi għandhom jikkonformaw ma’ ċerti ħtiġiet tekniċi mandatarji; billi dawk il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor u konsegwentement ifixklu l-kummerċ fil-Komunità Ekonomika Ewropea;

Billi dak it-tfixkil għall-istabbiliment u t-tħaddim xieraq tas-suq komuni jista’ jitnaqqas, u jiġi wkoll eliminat, jekk l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet, jew b’żieda jew minflok il-liġijiet eżistenti tagħhom;

Billi l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva japplikaw għal tratturi iffitjati b’tyres pnewmatiċi li jkollhom veloċitàa massima disinjata ta’ bejn is-6 km u l-25 km/siegħa; billi dawn il-ħtiġiet huma maħsuba prinċipalment biex itejbu s-sigurezza fit-triq u fuq ix-xogħol safejn huwa kkonċernat id-disinn ta’ dawn il-vetturi; billi, min-naħa l-oħra, tratturi oħra u, b’mod partikolari, dawk b’veloċità massima li teċċedi l-25 km/siegħa għandhom jekk ikun meħtieġ, ikunu suġġetti għall-ħtiġiet speċjali;

Billi hija l-prattika stabbilita li l-Istati Membri jivverifikaw li t-tratturi jikkonformaw mal-ħtiġiet tekniċi relevanti qabel ma jitqiegħdu fis-suq; billi din il-verifika ssir fuq it-tipi tat-tratturi;

Billi l-ħtiġiet tekniċi armonizzati applikabbli għal partijiet u l-karetteristiċi individwali tat-tratturi għandhon jiġu speċifikati f’Direttivi speċjali;

Billi fil-livell Komunitarju huwa meħtieġ li tiġi introdotta proċedura Komunitarja ta’ approvazzjoni tat-tip bħal kull tip ta’ trattur biex dik il-konformità mal-ħtiġiet imsemmija hawn fuq tkun tista’ tiġi vverifikata u kull Stat Membru jkun jista’ jagħraf verifiki mwettqa minn Stati Membri oħra;

Billi dik il-proċedura għandha tippermetti lil kull Stat Membru li jiżgura jekk tip ta’ tratturi ikunx tressaq għall-verifiki stabbiliti fid-Direttivi speċjali u elenkati f’ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip; billi dik il-proċedura għandha tagħmilha possibbli biex il-fabbrikanti jimlew ċertifikat tal-konformità għat-tratturi kollha li jikkonformaw ma’ tip approvat; billi trattur li jkollu miegħu ċertifikat ta’ din ix-xorta għandu jkun meqjus mill-Istati Membri kollha li jkun jikkonforma mal-liġijiet proprji tagħhom; billi kull Stat Membru għandu javża lill-Istati Membri l-oħra b’dak li jirriżultalu billi jibgħat kopja taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip mimli għal kull tip ta’ trattur li jkun ġie approvat;

Billi, bħala miżura tranżitorja, għandu jkun possibbli li tingħata approvazzjoni tat-tip fuq il-bażi ta’ ħtiġiet Komunitarji kif u meta d-Direttivi speċjali relatati mad-diversi partijiet jew karatteristiċi tat-tratturi jidħlu fis-seħħ, waqt li l-ħtiġiet nazzjonali jibqgħu applikabbli fir-rigward tal-partijiet u l-karatteristiċi li jkunu għadhom mhux koperti b’dawk id-Direttivi;

Billi, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 169 u 170 tat-Trattat, huwa konsiljabbli li fil-qafas tal-kooperazzjoni bejn l-awtortajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet biex jgħinu jirsolvu l-kwistjonijiet ta’ natura teknika rigward il-konformità tal-mudelli tal-produzzjoni għal tip approvat;

Billi trattur jista’ jikkonforma ma’ tip approvat iżda xorta waħda jkollu ċerti fatturi li jkunu perikoli potenzjali għas-sigurezza fit-triq jew fuq ix-xogħol; billi huwa għalhekk ta’ min jippreskrivi proċedura approprjata biex telimina perikoli ta’ din ix-xorta;

Billi l-progress tekniku jitlob l-adattazzjoni mill-ewwel tal-ħtiġiet tekniċi speċifikati fid-Direttivi speċjali; billi, biex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa għal dan il-għan, għandha tiġi preskritta proċedura biex tiġi stabbilta kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummisjsoni fil-Kumitat dwar l-Adattazzjoni għall-Progress Tekniku tad-Direttivi u t-Tneħħija ta’ l-Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ fis-settur tat-Tratturi għall-Agrikoltura jew għall-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

Definizzjonijiet

Artikolu 1

1. "Trattur għall-agrikoltura jew għall-forestrija" tfisser kull vettura bil-mutur mgħammra bir-roti jew tracks mingħajr tarf, li jkollha talanqas żewġ fusien, li l-funzjoni prinċipali tagħha tkun il-qawwa tal-ġibda u li tkun iddisinjata speċifikatament biex tiġbed, timbotta, iġġorr jew tħaddem ċerti power tools, makkinarju jew karrijiet maħsuba użati għall-agrikoltura jew għall-forestrija. Din tista’ tkun mgħammra biex iġġorr tagħbija u passiġġieri.

2. Din id-Direttiva għandha tgħodd biss għal tratturi definiti fil-paragrafu 1 hawn fuq li huma mgħammra b’tyres pnewmatiċi u li għandhom żewġ fusien u veloċità disinjata massima ta’ bejn is-6 u l-25 km/siegħa.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ din il-Direttiva:

(a) "approvazzjoni nazzjonali ta’ tip" tfisser il-proċedura amministrattiva magħrufa bħala:

- "agréation par type" u "aanneming" fil-liġi Belġjana;

- "standardtypegodkendelse" fil-liġi Daniża;

- "allgemeine Betriebserlaubnis" fil-liġi Ġermaniża;

- "réception par type" fil-liġi Franċiża;

- "type-approval" fil-liġi Irlandiża;

- "omologazione" or "approvazione del tipo" fil-liġi Taljana;

- "agréation" fil-liġi tal-Lussemburgu;

- "typegoedkeuring" fil-liġI Olandiża;

- "type-approval" fil-liġi tar-Renju Unit

(b) "approvazzjoni tat-tip KEE" tfisser il-proċedura li biha Stat Membru jiċċertifika li tip ta’ trattur jissodisfa l-ħtiġiet tekniċi tad-Direttivi speċjali u l-verifiki elenkati fiċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li l-mudell tiegħu qed jingħata fl-Anness II.

KAPITOLU II

L-approvazzjoni tat-tip ta’ trattur KEE

Artikolu 3

L-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip KEE għandha titressaq mill-fabbrikant jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu lil Stat Membru. Applikazzjoni għandu jkun hemm magħha dokument ta’ tagħrif, li l-mudell tiegħu qed jingħata fl-Anness I, kif ukoll id-dokumenti msemmija fih. Ebda applikazzjoni għal xi tip wieħed ta’ trattur ma tista titressaq lill-aktar minn Stat Membru wieħed.

Artikolu 4

1. Stat Membru għandu japprova t-tipi kollha ta’ tratturi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) it-tip ta’ trattur għandu jikkonforma mal-partikolaritajiet fid-dokument tat-tagħrif;

(b) it-tip ta’ trattur għandu jissodisfa l-verifiki elenkati fil-mudell, imsemmi fl-Artikolu 2(b) taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

2. L-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jivverifika, safejn ikun meħtieġ, u jekk ikun meħtieġ b’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra, illi l-mudelli fil-produzzjoni jikkonformaw mal-prototip approvat. Dawk il-verifiki għandhom ikunu limitati għal verifiki fuq il-post.

L-Istat Membru għandu jimla s-sezzjonijiet kollha taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip għal kull tip ta’ trattur li huwa japprova.

Artikolu 5

1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jibagħtu fi żmien xahar lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra kopja tad-dokument tat-tagħrif u ċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni għal kull tip ta’ trattur li jipprovaw jew li jirrifjutaw li japprovaw.

2. Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-pajjiż tar-reġistrazzjoni għandu jimla ċertifikat tal-konformità, li l-mudell tiegħu qed jingħata fl-Anness III, għal kull trattur fabbrikat b’konformità mal-prototip approvat.

3. L-Istati Membri jistgħu, iżda, għal finijiet ta’ tassazzjoni tat-trattur jew mili tad-dokumenti tar-reġistrazzjoni, jitolbu li jingħataw fuq iċ-ċertifikat tal-konformità il-partikolaritajiet mhux imsemmija fl-Anness III, sakemm dawk il-partikolaritajiet ikunu espliċitament dikjarati fuq id-dokument tat-tagħrif jew ikunu jistgħu jinġiebu minnu b’kalkolazzjoni sempliċi.

Artikolu 6

1. L-Istat Membru li jkun ta approvazzjoni tat-tip KEE għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li jiġi avżat b’xi waqfien tal-produzzjoni u b’xi bidla fil-partikolaritajiet li jidhru fid-dokument tat-tagħrif.

2. Jekk l-Istat jikkonsidra li dik il-bidla ma tkunx teħtieġ emenda fiċ-ċertifikat eżistenti ta’ l-approvazzjoni tat-tip, jew il-mili ta’ ċertifikat ġdid ta’ l-approvazzjoni tat-tip, l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom javżaw lill-fabbrikanti b’dan u għandhom jibagħtu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra, f’kunsinni minn żmien għal żmien, kopji ta’ l-emendi fid-dokumenti tat-tagħrif li jkunu diġà tqassmu.

3. Jekk l-Istat in kwistjoni jsib li emenda fid-dokument tat-tagħrif teħtieġ verifiki ġodda jew testijiet ġodda u li jkun għalhekk meħtieġ li jiġi emendat iċ-ċertifikat eżistenti ta’ l-approvazzjoni tat-tip jew li jimtela ċ-ċertifikat ġdid ta’ l-approvazzjoni tat-tip, l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom javżaw lill-fabbrikant b’dan u għandhom, fi żmien xahar minn mindu jimtlew dawk id-dokumenti l-ġodda, jibagħtuhom lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra.

4. Meta ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip jiġi emendat jew sostitwit jew meta titwaqqaf il-produzzjoni ta’ tratturi tat-tip approvat, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip għandu, fi żmien xahar, jikkomunika lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra n-numri tas-serje ta’ l-aħħar trattur fabbrikat b’konformità maċ-ċertifikat l-antik u, fejn ikun jgħodd, in-numri tas-serje tal-ewwel trattur fabbrikat b’konformità maċ-ċertifikat ġdid jew emendat.

Artikolu 7

1. Ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta r-reġistrazzjoni jew jipprojbixxi l-bejgħ, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ xi trattur ġdid fuq bażi relatata ma’ l-operazzjoni jew il-kostruzzjoni tiegħu meta dak it-trattur ikollu miegħu ċertifkat ta’ konformità.

2. Madanakollu, dan iċ-ċertifikat m’għandux iżomm lill-Istat Membru milli jieħu dawk il-miżuri dwar it-tratturi li ma jikkonformawx mal-prototip approvat.

In-nuqqas tal-konformità mal-prototip approvat għandu jiġi stabbilit meta jinstab li jkunu jeżistu devjazzjonijiet mill-partikolaritajiet fid-dokument u meta dawn id-devjazzjonijiet ma jkunux ġew awtorizzati taħt l-Artikolu 6(2) jew (3) mill-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip. Trattur m’għandux jitiqies li jkun qed jiddevja mit-tip approvat meta t-tolleranzi jkunu permessi minn Direttivi speċjali u dawn it-tolleranzi jiġu rispettati.

Artikolu 8

1. Jekk l-Istat Membru li jkun ta approvazzjoni tat-tip KEE isib li għadd ta’ tratturi li jkollhom ċertifikat tal-konformità għal tip partikolari ma jkunux jikkonformaw mat-tip li hu jkun approva, dan għandu jieħu l-miżuri meħtiġa biex jiżgura li l-mudelli tal-produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom javżaw lill-dawk ta’ l-Istati Membri l-oħra bil-miżuri meħuda, li jistgħu, fejn meħtieġ, jaslu sa l-iritrar ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE. L- awtoritajiet imsemmija għandhom jieħdu miżuri simili jekk dawn jiġu avżati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor b’dak in-nuqqas ta’ konformità.

2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom javżaw lil xulxin, fi żmien xahar, bi kwalunkwe rtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE, u r-raġunijiet għal dik il-miżura.

3. Jekk Stat Membru li jkun ta approvazzjoni tat-tip KEE jikkontesta n-nuqqas tal-konformità notifikata lilu, l-Istat Membru konċernat għandu jipprova jsolvi l-kwistjoni.

Il-Kummissjoni għandha tinżamm infurmata u għandha, fejn meħtieġ, tikkonsulta b’mod approprjat bil-għan li jintlaħaq ftehim.

Artikolu 9

1. Jekk Stat Membru jsib li tratturi ta’ tip partikolari jistgħu jkunu ta’ perikolu għas-sigurtà fit-triq jew fuq ix-xogħol, anke meta dawn ikollhom ċertifikat tal-konformità maħruġ kif imiss, dak l-Istat Membru għandu, għall-perjodu massimu ta’ sitt xhur, jirrifjuta li jirreġistra tratturi ġodda ta’ dak it-tip jew jipprojbixxi li jinbiegħu, jidħlu fis-servizz jew jintużaw fit-territorju tiegħu. Dan għandu minnufih javża bihom lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, waqt li jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

2. Il-Kummissjoni għandha fi żmien sitt ġimgħat tikkonsulta ma’ l-Istati Membri konċernati. Din għandha tagħti opinjoni mingħajr dewmien u tieħu l-passi meħtieġa. Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li emenda kif maħsuba fl-Artikolu 11 tkun meħtieġa, il-perjodu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jittawwal sakemm il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tkun kompluta.

KAPITOLU III

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Artikolu 10

1. Malli din id-Direttiva tkun daħlet fis-seħħ u kif id-Direttivi speċjali meħtieġa għall-għoti ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE jibdew jgħoddu:

- fl-Istati Membri fejn tratturi jew kategorija ta’ tratturi ikunu suġġetti għall-approvazzjoni nazzjonali tat-tip, dik l-approvazzjoni nazzjonali tat-tip għandha tkun ibbażata fuq il-ħtiġiet tekniċi armonizzati minflok fuq il-ħtiġiet nazzjonali korrispondenti jekk l-applikant hekk jitlob;

- fl-Istati Membri fejn tratturi jew kategorija ta’ trattur ma jkunux suġġetti għall-approvazzjoni nazzjonali tat-tip, il-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ dawk it-tratturi m’għandhomx jiġu rrifjutati jew ipprojbiti fuq il-bażi li jikkonformaw mal-ħtiġiet tekniċi awtorizzati minflok mal-ħtiġiet nazzjonali korrispondenti b’dan illi l-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu javża lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istati li dawn ikunu hekk jikkonformaw;

- malli ssir applikazzjoni minn fabbrikant jew rappreżentant awtorizzat tiegħu u malli jitressaq id-dokument tat-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 3, l-Istat Membru konċernat għandu jimla s-sezzjonijiet taċ-ċertifkat ta’ l-approvazzjoni tat-tip imsemmi fl-Artikolu 2(b). Kopja ta’ dan iċ-ċertifikat għandha tinħareġ lill-applikant. L-Istati Membri l-oħra għandhom jaċċettaw dan id-dokument bħala xhieda li l-verifiki meħtieġa jkunu saru fuq l-istess tip ta’ trattur.

2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu revokati malli l-ħtiġiet kollha neċessarji għall-għoti ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE jibdew jgħoddu.

KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet ġenerali u finali

Artikolu 11

Kwalunkwe tibdil li jkun meħtieġ biex jiġu adattati:

- l-Annessi I, II u III ta’ din id-Direttiva; jew

- id-dispożizzjonijiet li jinsabu fid-Direttivi speċjali msemmija fl-Anness II u speċifikati f’kull waħda minn dawk id-Direttivi,

biex iqisu l-progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13.

Artikolu 12

1. Il-Kumitat dwar l-Adattazzjoni għall-Progress Tekniku tad-Direttivi dwar it-Tneħħija ta’ l-Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ fis-Settur tat-Tratturi għall-Agrikoltura u għall-Forestrija, minn issa ’l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat", qiegħed b’hekk jitwaqqaf; dan għandu jkun jikkonsisti minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri b’rappreżentant tal-Kummissjoni bħala President.

2. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura.

Artikolu 13

1. Meta l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu għandha tiġi segwita, il-materji għandhom jitressqu quddiem il-Kumitat mill-President, jew fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jressaq quddiem il-Kumitat abbozz dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-Opinjoni tiegħu fuq l-abbozz fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President waqt li titqies l-urġenza tal-każ. L-opinjonijiet għandhom jiġu adottati b’maġġoranza ta’ 41 vot, bil-voti ta’ l-Istati Membri peżati kif previst fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-President m’għandux jivvota.

3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba meta dawn ikunu skond l-Opinjoni tal-Kumitat.

(b) meta l-miżuri maħsuba ma jkunux skond l-Opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ebda Opinjoni ma tiġi adottata, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tipproponi lill-Kunsill il-miżuri li għandhom jiġu adottati. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

(ċ) Jekk, fi żmien tliet xhur minn meta l-proposti jitressqu quddiemu, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni.

Artikolu 14

Xi deċiżjoniżjonijiet meħuda skond id-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u li jkunu jirrifjutaw jew jirtiraw approvazzjoni tat-tip, jew li jkunu jirrifjutaw reġistrazzjoni jew jipprojbixxu bejgħ jew użu, għandhom jiddikjaraw fid-dettall ir-raġunijiet li fuqhom ikunu ġew ibbażati. Deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-parti konċernata, li għandha fl-istess waqt tiġi mgħarrfa bir-rimedji disponibbli għaliha taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u bil-limiti taż-żmien permessi għall-eżerċizzju ta’ dawk ir-rimedji.

Artikolu 15

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ dispożizzjonijiet li jkun fihom id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar min-notifika tagħha u għandhom minnufih javżaw lill-Kummissjoni bihom.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jiġu komunikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 16

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-4 ta’ Marzu 1974.

Għall-Kunsill

Il-President

W. Scheel

[1] ĠU Ċ 160, 18.12.1969, p. 29.

[2] ĠU Ċ 48, 16.4.1969, p. 17.

--------------------------------------------------

ANNESS I

IL-MUDELL TAD-DOKUMENT TAT-TAGĦRIF [1]

Noti

Għal kull ħaġa fejn għandhom jiġu mehmuża disinji jew ritratti, għandhom jingħataw in-numri tad-dokumenti mehmuża li jikkorrispondu magħhom.

0. | ĠENERALI |

0.1. | L-għamla (l-isem ta’ l-impriża) |

0.2. | It-tip u d-deskrizzjoni kummerċjali (semmi xi varjanti) |

0.3. | L-isem u l-indirizz tal-fabbrikant |

0.4. | L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-fabbrikant (jekk ikun hemm) |

0.5. | Il-post fejn jinsabu l-pjanċi statutorji u l-iskrizzjonijiet u l-metodu tat-twaħħil: |

0.5.1. | Fuq it-trattur stess |

0.5.2. | Fuq il-magna |

0.6. | In-numri tas-serje tat-tratturi ta’ dan it-tip jibdew min-Nru… |

1. | IL-KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAT-TRATTUR (waħħal ritratti ta’ 3/4 ta’ quddiem u 3/4 ta’wara u disinn bil-qisien tat-trattur sħiħ) |

1.1. | L-għadd tal-fusien u r-roti |

1.1.1. | L-għadd tal-fusien b’tyres doppji (fejn jgħodd) |

1.2. | Ir-roti motorizzati (l-għadd, il-pożizzjoni, il-konnessjoni ma’ fusien oħra) |

1.3. | Il-pożizzjoni u l-orjentament tal-makna |

2. | Il-PIŻIJIET U L-QISIEN [2] (f’mm u kg) |

2.1. | Il-wheelbase(s) [3] |

2.2. | Il-wisa’ tal-medda ta’ kull fus (imkejjel bejn is-symetry planes tat-tyres singli jew doppji normalment iffittjati) (għandu jiġi dikjarat mill-fabbrikant) [4] |

2.3. | Il-qisien massimi (jew globali) tat-trattur bl-esklużjoni ta’ l-aċċessorji mhux obbligatorji iżda inkluż l-apparat ta’ l-ingaġġ |

2.3.1 | It-tul [5] |

2.3.2. | il-wisa’ [6] |

2.3.3. | l-għoli [7] |

2.3.4. | l-isporġenza fuq quddiem [8] |

2.3.5. | l-isporġenza fuq wara [9] |

2.3.6. | l-għoli mill-art [10] |

2.4. | Il-piż tat-trattur mhux mgħobbi waqt li jkun jaħdem, i.e. esklużi l-aċċessorji mhux obbligatorji iżda inkluż ir-refriġerant, iż-żjut, il-karburant, l-għodod u x-xufier [11] |

2.4.1. | Id-distribuzzjoni ta’ dan il-piż bejn il-fusien |

2.5. | Il-piżijiet tas-saborra (deskrizzjoni) |

2.5.1. | Id-distribuzzjoni ta’ dawn il-piżijiet bejn il-fusien |

2.6. | Il-piż massimu teknikament permissibbli kif dikjarat mill-fabbrikant |

2.6.1. | Il-piż massimu tat-trattur mgħobbi skond l-ispeċifiċi tat-tyres |

2.6.1.1. | Id-distribuzzjoni ta’ dan il-piż bejn il-fusien |

2.6.2. | Il-limiti tad-distribuzzjoni ta’ dan il-piż bejn il-fusien (speċifika l-limiti minimi f’perċentwali fuq il-fus ta’ quddiem..u fuq il-fus ta’ wara…) |

2.6.3. | Il-piż massimu fuq kull wieħed mill-fusien skond l-ispeċifika tat-tyre |

2.6.4. | Il-piż massimu li jiġi rmonkat. |

2.6.5. | It-tagħbija massima vertikali fil-punt ta’ l-ingaġġ (ġanċ jew sistema speċjali ta’ threepoint linkage) [12] |

2.6.5.1. | Il-pożizzjoni tal-punt li fuqu tistrieħ din it-tagħbija vertikali |

2.6.5.1.1. | L-għoli ’l fuq mill-art |

2.6.5.1.2. | Id-distanza bejn il-pjani vertikali minn ġoċ-ċentru tal-fus ta’ wara u l-punt ta’ l-ingaġġ |

3. | IL-MAGNA |

3.1. | Il-fabbrikant |

3.2. | Isem |

3.3. | It-tip (spark-ignition, compression ignition eċċ.), iċ-ċiklu |

3.4. | L-għadd u l-orjentament taċ-ċilindri |

3.5. | Il-bore, l-istroke u l-kapaċità taċ-ċilindri |

3.6. | Il-produzzjoni massima ta’ ta’ l-enerġija (speċifika l-istandard użat eż. ISO, BSI, CUNA, DIN, DGM, SAE) f’… rkm bil-governor in operation |

3.7. | Torque massimu f’… rpm (l-istess standard bħal 3.6) |

3.8. | Il-karburant normali |

3.9. | It-tankijiet tal-karburant (il-kapaċità u l-pożizzjoni) |

3.10. | It-tankijiet tar-riserva tal-karburant (il-kapaċità u l-pożizzjoni) |

3.11. | Is-sistema tal-provvista tal-karburant (it-tip) |

3.12. | Is-supercharger (jekk iffittjat) (it-tip, il-kontroll, il-pressa tas-supercharging) |

3.13. | L-ispeed governor (jekk ikun iffittjat) (il-prinċipji tat-tħaddim) |

3.14. | Is-sistema elettrika (il-vultaġġ earth positive jew earth negative) |

3.15 | Il-ġeneratur (it-tip u l-ammont nominali tal-produzzjoni) |

3.16. | L-ignition (it-tip ta’ fittings, it-tip ta’ advance setting) |

3.17. | L-interference suppressor (deskrizzjoni) |

3.18. | Is-sistema ta’ tkessiħ (l-arja, l-ilma) |

3.19. | Il-livell estern tal-ħoss |

3.20. | Is-sistema ta’ l-espurgant (is-silencer) (skizz) |

3.21. | Il-miżuri li jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja |

3.22. | Il-mekkaniżmu għat-twaqqif tal-magna |

4. | IT-TRANSMISSION (Skizz tat-transmission u disinn) [13] |

4.1. | It-tip (mekkaniku, idrawliku, elettriku, eċċ.) |

4.2. | Il-clutch (it-tip) |

4.3. | Il-gearbox (it-tip, l-ingaġġ dirett, il-metodu tal-kontroll) |

4.4. | It-transmission mill-magna għall-gearbox, il-fusien ta’ wara, il-gears tat-trasferimnet jew dawk intermedjarji (jekk iffittjati) |

+++++ TIFF +++++

4.5. | Il-gear radio bil-kaxxi tat-trasferiment jew mingħajrhom [14] |

4.6. | Il-veloċità massima tat-trattur fl-ogħla gear f’ kks (uri l-fatturi wżati fil-kalkolu [14] |

4.7. | Il-moviment ’il quddiem tar-roti motorizzati li jikkorrispondi ma’ dawra waħda |

4.8. | L-ispeedometer,it-tachometer u l-hour meter (jekk iffittjati) |

4.9. | Id-differential lock (jekk iffittjat) |

4.10. | Il-power take-offs (id-dawriet kull minuta u l-proporzjon ta’ din il-figura ma’ dak tal-magna) (l-għadd u l-pożizzjoni): |

4.10.1. | — il-main power take-off |

4.10.2. | — oħrajn |

4.11. | — il-protezzjoni tal-power take-offs |

4.12. | Il-protezzjoni tal-partijiet tal-magna, tal-partijiet li jisporġu u tar-roti |

4.12.1. | protezzjoni singleface |

4.12.2. | il-protezzjoni multiface |

4.12.3. | il-protezzjoni ta’ l-għeluq totali |

5. | IS-SUSPENSION |

5.1. | It-tyres li bihom normalment ikun mgħammar (id-daqs, il-karatteristiċi, il-pressa tan-nefħa għall-użu fit-triq u t-tagħbija massima permissibbli) |

5.2. | It-tip ta’ suspension (jekk tkun u iffittjata) għal kull fus jew rota |

5.3. | Mekkaniżmi oħra (jekk ikun hemm) |

6. | L-iSTEERING (disinn) |

6.1. | It-tip tal-mekkaniżmu u t-trasmission lejn ir-roti, il-metodu ta’ l-għajnuna (jekk ikun hemm) (il-metodu u d-disinn ta’ l-operat, l-għamla, it-tip jekk ikun meħtieġ), u l-isforż biex jitrieġa t- tmun |

6.2. | L-angolu massimu għad-dawran tar-roti: |

6.2.1. | lejn il-lemin… (fi gradi): l-għadd ta’ dawriet tat-tmun |

6.2.2. | lejn ix-xellug… (fi gradi): l-għadd ta’ dawriet tat-tmun |

6.3. | Iċ-ċirku mininmu tad-dawran (mingħajr l-użu tal-brekijiet) [15]: |

6.3.1. | lejn il-lemin |

6.3.2. | lejn ix-xellug |

7. | IL-BREJKIJIET (skizz globali u skizz ta’ l-operat) [16] |

7.1. | Il-mekkaniżmu tal-brejkijiet |

7.2. | Il-mekkaniżmu sekondarju tal-brejkijiet (jekk ikun iffittjat) |

7.3. | L-mekkaniżmutal-brejkijiet meta pparkjat |

7.4. | Apparati addizzjonali għall-ibbrejkjar (jekk iffittjati) (inkluż ir-retarder) |

7.5. | Il-kalkolu tas-sistema ta’ l-ibbrejkjar: Il-kalkolu tal-proporzjon bejn il-forzi totali ta’ l- ibbrejkjar fiċ-ċirkonferenza tar-roti u l-forza applikata fil-kontroll ta’ l-ibbrejkjar |

7.6. | Il-linkage tal-kontroll tal-brejkijiet tax-xellug u tal-lemin |

7.7. | Is-sorsi ta’ enerġija (jekk ikun hemm) (il-karatteristiċi, il-kapaċità tar-riservi ta’ l-energija, il-pressjoni massima u minima, il-gauge tal-pressa u l-makkaniżmu għat-twissija tal-pressa minima fuq id-dashboard, il-kontenituri tar-riserva tal-vakuum u l-valvola tal-provvista, il-kompressuri tal-provvista, il-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-mekkaniżmutal-pressa) |

7.8. | It-tratturi maħsuba biex jiġbdu karru: |

7.8.1. | il-mekkaniżmu li jimmotiva l-brejkijiet ta’ karru |

7.8.2. | il-konnessjonijiet, l-ingaġġi, il-mekkaniżmi tas-sigurezza |

8. | L-ANGOLU TAL-VISTA, IL-MIRJA LI JURU WARA, L-MEKKANIŻMU PROTTETTIV FIL-KAŻ TA’ QLIB, IL-PROTEZZJONI KONTRA T-TEMP, IS-SEDILI U L-PJATTAFORMI TAT-TAGĦBIJA, IL-LIVELL TAL-ĦOSS FEJN IL-WIDNA TAS SEWWIEQ |

8.1. | Il-medda safejn wieħed jista’ jara |

8.2. | Il-mirja li juru wara |

8.3. | Il-mekkaniżmi tal-protezzjoni fil-każ ta’ qlib |

8.3.1. | Id-deskrizzjoni (it-tip, jekk jinqalgħux jewle, eċċ.) |

8.3.2. | Il-qisien interni u esterni |

8.3.3. | Il-materjali u l-metodi tal-kostruzzjoni |

8.4. | Il-kabina, dispożizzjonijiet ġenerali |

8.4.1. | Il-bibien (l-għadd, il-qisien, id-direzzjoni tal-ftuħ, is-serraturi u ċ-ċappetti) |

8.4.2. | Il-windscreen u t-twieqi l-oħra (jekk ikun hemm) (l-għadd u l-pożizzjoni, il-materjali wżati) |

8.4.3. | Il-windscreen wiper |

8.5. | Arranġamenti oħra għall-protezzjoni mit-temp |

8.6. | Is-sedili u l-pedani |

8.6.1. | Is-sedil tas-sewqan (il-pożizzjoni u il-karatteristiċi) |

8.6.2. | Is-sedili tal-passiġġieri (l-għadd, il-qisien, il-pożizzjoni u l-karatteristiċi) |

8.6.3. | Il-pedani |

8.7. | Il-pjattaforma tat-tagħbija |

8.7.1 | Il-qisien |

8.7.2. | Il-pożizzjoni |

8.7.3. | It-tagħbija teknikament permissibbli |

8.7.4. | It-tqassim tat-tagħbija bejn il-fusien tat-trattur |

8.8. | Il-livell tal-ħoss f’widnejn ix-xufier |

8.9. | Il-mezz ta’ l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan |

9. | ID-DWAL U L-MEKKANIŻMI TAS-SINJALIZZAZZJONI BID-DAWL (Skizzi ta’ barra tat-trattur li juru l-pożizzjoni tas-superfiċji li jdawlu ta’ l-apparati kollha: il-kulur tad-dwal) |

9.1. | L-apparati obbligatorji |

9.1.1. | Il-dwal tas-sorpass |

9.1.2. | Id-dwal ta’ fuq quddiem |

9.1.3. | Id-dwal ta’ fuq wara |

9.1.4. | L-indikaturi tad-direzzjoni |

9.1.5. | Ir-rifletturi ta’ wara b’riflessi ħomor |

9.1.6. | Id-dwal ta’ wara fuq il-pjanċa tar-reġistrazzjoni |

9.2. | L-apparati mhux obbligatorji |

9.1.1. | Id-dwal tas-sewqan |

9.2.2. | Id-dwal taċ-ċpar |

9.2.3. | Id-dwal tal-waqfien |

9.2.4. | Id-dwal ta’ waqt ix-xogħol |

9.2.5. | Id-dwal tal-parkeġġ |

10. | APPARATI OĦRA |

10.1. | L-apparati tat-twissija permezz tal-ħoss |

10.2. | Il-mekkaniżmu ta’ l-ingaġġ għall-tagħbija orrizontali massima ta’… kg, u ta’ tagħbija vertikali massima (jekk ikun hemm) ta’… kg [17] |

10.3. | It-tagħmir idrawliku ta’ l-irfigħ, three-point linkage |

10.4. | Fejn issir il-konnessjoni għall-apparati tad-dwal u s-sinjalizzazzjoni permezz tad-dawl fuq il-karru (jekk ikun hemm) |

10.5. | Il-post u l-marki tal-kontrolli |

10.6. | Il-post tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni |

10.7. | Il-mekkaniżmu ta’ l-ingaġġ ta’ quddiem |

10.8. | Il-mekkaniżmu tat-twissija kontra l-perikolu |

[1] Jekk xi parti tkun ġiet approvata għat-tip, dik il-parti tista’ ma tiġix deskritta jekk issir referenza għal dik l-approvazzjoni. Bl-istess mod, parti tista’ ma tiġix deskritta jekk il-kostruzzjoni tagħha tkun tidher b’mod ċar mid mid-disinji jew mill-iskizzi mehmuża ma’ din il-formola.

[2] Ir-rakkomandazzjoni ISO R. 612 - 1967 u R. 1176 - 1970.

[3] Ir-rakkomandazzjoni ISO R. 789 - 1968 (terminu Nru A.3).

[4] Ir-rakkomandazzjoni ISO R. 789 - 1968 (terminu Nru A.2).

[5] Ir-rakkomandazzjoni ISO R. 789 - 1968 (terminu Nru A.5).

[6] Ir-rakkomandazzjoni ISO R. 789 - 1968 (terminu Nru A.6).

[7] Ir-rakkomandazzjoni ISO R. 789 - 1968 (terminu Nru A.7).

[8] Ir-rakkomandazzjoni ISO R. 612 - 1967 (terminu Nru A.21).

[9] Ir-rakkomandazzjoni R. 612 - 1967 (terminu Nru 22).

[10] Ir-rakkomandazzjoni ISO R. 612 - 1967 (terminu Nru A.8).

[11] Il-piż tax-xufier jitqies bħala 75 kg.

[12] Ir-rakkomandazzjoni ISO R. 1176 - 1970 (terminu Nru 4.14).

[13] Il-partikolaritajiet speċifikati għandhom jingħataw għal xi varjanti proposti.

[14] Tolleranza ta’ 5 % hija permessa.

[15] Ir-rakkomandazzjoni ISO R. 789 - 1968 (terminu Nru A.14).

[16] Il-partikolaritajiet li ġejjin jingħataw għal kull mekkaniżmu tal-brejkijiet:

- it-tip u l-karattru tal-brejkijet (skizz bil-qisien) (id-drums jew id-discs eċċ., ir-roti bbrejkjati, it-transmission tas-sistema, il-friction surfaces, il-karatteristiċi u l-partijiet effettivi, ir-radius tad-drums, ix-shoes jew id-discs, il-piż tad-drums u l-mekkaniżmi ta’ l-aġġustament);

- it-transmission u l-kontroll (ehmeż disinn) il-kostruzzjoni, l-aġġustament, il-lever ratios, l-aċċessibilitaċ tal-kontroll u l-pożizzjoni tiegħu, ir-ratchet control, fil-każ ta’ transmission mekkanika, il-karatteristiċi tal-partijiet prinċipali, iċ-ċilindri u l-pistons tal-kontroll, iċ-ċilindri tal-brejkijiet).

[17] Il-valuri dwar il-qawwa mekkanika ta’ l-apparat ta’ l-ingaġġ,

--------------------------------------------------

ANNESS II

IĊ-ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KEE

A. Ġenerali

Iċ-ċertifikati ta’ l-approvazzjoni tat-tip maħruġa taħt il-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip KEE għandhom jimtlew kif ġej:

1. Imla s-sezzjonijiet relevanti taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip, mogħti taħt B f’dan l- L-Anness, fuq il-bażi tal-partikolaritajiet fid-dokument tat-tagħrif wara l-verifika ta’ dawk il- partikolaritajiet.

2. Daħħal l-abbrevjazzjoni/jiet stampati maġenb kull oġġett taċ-ċertfikat ta’ l-approvazzjoni tat- tip wara li tlesti l-verifiki u t-testijiet relevanti:

"CONF" : ivverifika li l-parti jew il-karatteristika relevanti tikkonforma mal-partikolaritajiet fid-dokument tat-tagħrif;

"SD" : ivverifika li l-parti jew il-karatteristika in kwistjoni tikkonforma mal-ħtiġiet armonizzati adottati fl-implimentazzjoni tad-Direttivi speċjali relevanti;

"R" : ikkompila r-rapport tat-test li għandu jiġi mehmuż maċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip;

"S" : ivverifika li l-iskizz u/jew id-disinn ġie/ġew mehmuż/a.

B. Iċ-ċertifikat tat-tip ta’ mudell approvat għal trattur

0. | ĠENERALI |

0.1 | L-għamla (l-isem ta’ l-impriża) |

0.2 | It-tip u d-deskrizzjoni kummerċjali (semmi xi varjanti) |

0.3 | L-isem u l-indirizz tal-fabbrikant |

0.4 | L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant awtorizzat tal-fabbrikant (jekk ikun hemm) |

0.5 | Il-post fejn jinsabu l-pjanċi statutorji u l-iskrizzjonijiet u l-metodu tat-twaħħil: |

0.6 | In-numri tas-serje tat-tratturi ta’ dan it-tip jibdew min-Nru. |

1. | IL-PIŻIJIET U D-DAQSIJIET (f’mm u kg) | |

1.1 | Il-wheelbase | CONF |

1.2 | It-tul | SD |

1.3 | Il-wisa’ | SD |

1.4 | L-għoli mhux mgħobbi | SD |

1.5 | Il-piżijiet tas-saborra | SD |

1.6 | Il-piż massimu mgħobbi teknikament permissibbli | CONF |

1.6.1. | Id-distribuzzjoni ta’ dan il-piż bejn il-fusien | CONF |

1.7 | Il-piż tat-tagħbija massima permessa | SD |

1.7.1 | Id-distribuzzjoni ta’ dan il-piż bejn il-fusien | SD |

1.8 | Il-piż massimu teknikament permissibbli fuq kull fus | CONF |

1.9 | Il-piż massimu permissibbli fuq kull fus | SD |

1.10 | Il-limiti teknikament permissibbli għad-distribuzzjoni tal-piż bejn il-fusien | CONF |

1.11 | Il-limiti permissibbli għad-distribuzzjoni tal-piż bejn il-fusien | SD |

1.12 | Il-piż massimu permissibbli waqt l-irmunkar | SD |

1.13. | It-tagħbija massima vertikali fil-punt ta’ l-ingaġġ | SD |

2. | IL-MAGNA | |

2.1. | Il-fabbrikant | |

2.2. | Il-produzzjoni tal-qawwa massima f’…… dkm (speċifika l-istandard użat) | CONF |

2.3. | It-tankijiet tal-karburanti | SD |

2.3.1. | It-tankijiet tar-riżerva tal-karburanti (jekk iffittjati) | SD |

2.4. | L-eliminatur ta’ l-interferenza | SD-R |

2.5. | L-ispeed governor (jekk iffittjat) | SD |

2.6. | Il-livell estern tal-ħoss | SD-R |

2.7. | Is-sistema ta’ l-espurgatur (l-exhaust pipe) | SD-R-S |

2.8. | It-tniġġis ta’ l-arja | |

2.8.1. | Id-densità tad-duħħan tal-magni diesel | SD-R |

2.9. | IL-mekkaniżmu li jwaqqaf il-makna | SD |

3. | IT-TRANSMISSION | |

3.1. | Il-veloċità massima teoretika kalkolata fl-ogħla gear (f’kks) | CONF |

3.2. | Il-veloċità massima kalkolata fl-ogħla gear (f’kks) | SD |

3.3. | Ir-riserva | SD |

3.4. | Il-power take offs | SD |

3.5 | Il-protezzjoni ta’ partijiet tal-magna, il-partijiet ji jisporġu ‘l barra u r-roti | SD |

4. | IS-SUSPENSION | |

4.1. | It-tyres normalment iffittjati | CONF |

5. | L-ISTEERING | |

5.1. | It-tip tal-mekkaniżmu u t-transmission għar-roti | SD |

5.2. | Il-metodu ta’ l-għajnuna u l-isforz biex jitrieġa t-tmun | SD |

6. | IL-BREJKIJIET | |

6.1 | Is-Service braking device | SD |

6.2. | Il-mekkaniżmu tal-brejkijiet meta pparkjat | SD |

6.3. | Il-mekkaniżmi addizzjonali għall-ibbrejkjar (jekk iffittjati) | CONF |

6.4. | Il-kontroll tal-brejkijiet tal-karru (jekk iffittjat) | SD |

6.5. | Il-kondizzjonijiet tat-test | R |

6.6. | Ir-riżultati tat-test | R |

7. | L-ANGOLU TAL-VISTA, IL-MIRJA LI JURU WARA, IL- MAKKANIŻMI PROTETTIVI FIL-KAŻ TAL-QLIB, Il-PROTEZZJONI KONTRA T-TEMP, IS-SEDILI U L-PJATTAFORMI TAT-TAGĦBIJA U L-LIVELL TAL-ĦOSS GĦALL-WIDNA TAS-SEWWIEQ | |

7.1. | L-angolu tal-vista | SD |

7.2. | Il-mera li turi wara | SD |

7.3. | Il-mekkaniżmi għall-protezzjoni fil-każ ta’ qlib | |

7.3.1 | L-isbarra protettiva waqt il-qlib | SD |

7.3.2. | It-tilar tas-sigurezza | SD |

7.3.3. | Il-kabina tas-sigurezza | SD |

7.3.4. | Xi mekkaniżmi oħra ta’ protezzjoni | SD |

7.4. | Il-kabina, dispożizzjonijiet ġenerali | |

7.4.1. | Il-bibien | SD |

7.4.2. | Il-windscreen u twieqi oħra | SD |

7.4.3. | Windscreen wipers | SD |

7.5. | Arranġamenti oħra għat-temp | SD |

7.6. | Il-sedili u l-pedani | |

7.6.1. | Is-sedil tas-sewqan | SD |

7.6.2. | Is-sedili tal-passiġġieri | SD |

7.6.3. | Il-pedani | SD |

7.7. | Il-pjattaforma tat-tagħbija | SD |

7.8. | L-intensità tal-ħoss għall-widnejn ix-xufier | SD |

7.9 | Il-mezz ta’ l-aċċess għall-pożizzjoni tas-sewqan | SD |

8. | ID-DWAL U L-MEKKANIŻMI TAS-SINJALIZZAZZJONI BID-DAWL | |

8.1. | Il-mekkaniżmi obbligatorji | |

8.1.1. | Id-dwal tas-sorpass | SD |

8.1.2. | Id-dwal ta’ quddiem | SD |

8.1.3. | Id-dwal ta’ wara | SD |

8.1.4. | L-indikaturi tad-direzzjoni | SD |

8.1.5. | Ir-rifletturi ta’ wara b’riflessi ħomor | SD |

8.1.6. | Id-dwal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni fuq wara | SD |

8.2. | Il-mekkaniżmi mhux obbligatorji | |

8.2.1. | Id-dwal tas-sewqan | SD |

8.2.2. | Id-dwal taċ-ċpar | SD |

8.2.3. | Id-dwal tal-waqfien | SD |

8.2.4. | Id-dwal ta’ waqt ix-xogħol | SD |

8.2.5. | Id-dwal tal-parkeġġ | SD |

9. | ATTREZZATURI OĦRA | |

9.1 | Il-mekkaniżmi tat-twissija bil-ħoss | SD |

9.2. | L-ingaġġ bejn it-trattur u l-karru | SD |

9.3 | Il-plakka tal-kurrent għad-dawl u l-mekkaniżmi tas-senjalaetika bid-dawl fuq il-karru | SD |

9.4. | Il-post u l-marki tal-kontrolli | SD |

9.5. | Il-post tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni | SD |

9.6. | L-apparat ta’ l-ingaġġ ta’ quddiem | SD |

9.7. | Il-mekkaniżmu għat-twissija kontra l-perikolu | SD |

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS III

MUDELL

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------