European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/7430

11.12.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11774 – VISTA / BLACKSTONE / SMARTSHEET)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/7430)

1.   

Fid-29 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Vista Equity Partners Management, LLC (flimkien mal-affiljati tagħha “Vista”, l-Istati Uniti tal-Amerka) ikkontrollata minn VEP Group, LLC (l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Blackstone Inc. (“Blackstone”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Smartsheet, Inc. (“Smartsheet”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Vista u Blackstone se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Smartsheet kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Vista hija ditta ta’ ekwità privata ffukata fuq il-finanzjament ta’ negozji tas-software għall-intrapriżi, ta’ negozji tad-data u ta’ negozji abilitati bit-teknoloġija.

—

Blackstone hija maniġer tal-assi alternattivi globali.

—

Smartsheet hija fornitur ta’ software bbażat fuq il-cloud bħala offerta ta’ servizz iċċentrata fuq l-ispreadsheets għall-kollaborazzjoni u l-ġestjoni ta’ proġetti tax-xogħol.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11774 – VISTA / BLACKSTONE / SMARTSHEET

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7430/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)