European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1982

29.9.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1982

tad-29 ta’ Settembru 2025

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-23 ta’ Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012.

(2)

Fl-14 ta’ Lulju 2015, iċ-Ċina, Franza, il-Ġermanja, il-Federazzjoni Russa, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti, appoġġati mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“ir-Rappreżentant Għoli”), laħqu qbil mal-Iran dwar soluzzjoni komprensiva fit-tul għall-kwistjoni nukleari Iranjana. L-implimentazzjoni sħiħa tal-Pjan ta’ Azzjoni Komprensiv Konġunt (“PAKK”) tiżgura n-natura esklużivament paċifika tan-programm nukleari Iranjan, u tipprevedi t-tneħħija komprensiva tas-sanzjonijiet kollha marbuta ma’ kwistjonijiet nukleari.

(3)

Fit-28 ta’ Awwissu 2025, ir-Rappreżentant Għoli bħala l-Koordinatur tal-Kummissjoni Konġunta tal-PAKK (il-“Koordinatur”) irċieva ittra mill-Ministri għall-Affarijiet Barranin ta’ Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit rigward l-implimentazzjoni tal-PAKK. Permezz ta’ din l-ittra, il-Ministri għall-Affarijiet Barranin innotifikaw lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) li, abbażi ta’ evidenza fattwali, huma kienu jemmnu li l-Iran mhux qed jirrispetta, b’mod sinifikanti, l-impenji tiegħu skont il-PAKK, u b’hekk infetħet il-proċedura biex jerġgħu jiġu introdotti s-sanzjonijiet tan-NU li tneħħew bir-Riżoluzzjoni 2231 (2015) tal-KSNU, f’konformità mal-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni 2231 (2015) tal-KSNU.

(4)

Fis-27 ta’ Settembru 2025, il-KSNU ma adottax riżoluzzjoni ġdida biex ikompli bit-tneħħija tas-sanzjonijiet fi żmien 30 jum wara n-notifika lill-Koordinatur tat-28 ta’ Awwissu 2025. Għaldaqstant, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 37 tal-PAKK, id-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjonijiet 1696 (2006), 1737 (2006), 1747 (2007), 1803 (2008), 1835 (2008) u 1929 (2010) tal-KSNU għandhom jerġgħu jiġu imposti.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BØDSKOV


(1)   ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/267/oj.


ANNESS

L-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

taħt l-intestatura “A. Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi”, jiżdiedu l-entrati li ġejjin taħt is-subintestatura “Persuna fiżiċi”:

“(1)

Fereidoun Abbasi-Davani. Funzjoni: Xjentist anzjan fil-Ministeru għad-Difiża u l-Loġistika tal-Forzi Armati (MODAFL). Data tat-twelid: (a) 1958 (b) 1959. Post tat-twelid: Abadan, Iran (Repubblika Iżlamika ta’). Informazzjoni oħra: Għandu ‘rabtiet mal-Istitut tal-Fiżika Applikata. Jaħdem mill-qrib ma’ Mohsen Fakhrizadeh-Mahabadi.’

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(2)

Dawood Agha-Jani. Funzjoni: Kap tal-PFEP – Natanz. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm nukleari tal-Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(3)

Ali Akbar Ahmadian. Titolu: Viċi Ammiral. Funzjoni: Kap tal-Korpi tal-Gwardji Rivoluzzjonarji Iranjani (IRGC) Persunal Konġunt. Data tat-twelid: 1961. Post tat-twelid: Kerman, l-Iran (Repubblika Iżlamika ta’). Magħruf ukoll bħala: Ali Akbar Ahmedian. Informazzjoni oħra: il-pożizzjoni nbidlet.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(4)

Amir Moayyed Alai. Informazzjoni oħra: involut fil-ġestjoni tal-assemblaġġ u l-inġinerija taċ-ċentrifugi.

Data tad-deżinjazzjoni tal-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008).

(5)

Behman Asgarpour. Funzjoni: Maniġer Operattiv (Arak). Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm nukleari tal-Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(6)

Mohammad Fedai Ashiani. Informazzjoni oħra: involut fil-produzzjoni tal-karbonat tal-uranil tal-ammonju u l-ġestjoni tal-kumpless ta’ arrikkiment ta’ Natanz.

Data tad-deżinjazzjoni tal-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008).

(7)

Abbas Rezaee Ashtiani. Informazzjoni oħra: uffiċjal anzjan fl-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Esplorazzjoni u t-Tħaffir tal-Minjieri tal-AEOI.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(8)

Bahmanyar Morteza Bahmanyar. Funzjoni: Kap tad-Dipartiment tal-Finanzi u l-Baġit tal-Organizzazzjoni ta’ Industriji Ajruspazjali (AIO). Data tat-twelid: 31.12.1952. Nazzjonalità: Iran. Nru tal-passaport: (a) I0005159, maħruġ fl-Iran (b) 10005159, maħruġ fl-Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(9)

Haleh Bakhtiar. Informazzjoni oħra: involut fil-produzzjoni tal-manjeżju f’konċentrazzjoni ta’ 99,9 %.

Data tad-deżinjazzjoni tal-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008).

(10)

Morteza Behzad. Informazzjoni oħra: involut fil-fabbrikazzjoni ta’ komponenti taċ-ċentrifugi.

Data tad-deżinjazzjoni tal-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008).

(11)

Ahmad Vahid Dastjerdi. Funzjoni: Kap tal-Organizzazzjoni ta’ Industriji Ajruspazjali (AIO). Data tat-twelid: 15.1.1954. Nru tal-passaport: A0002987, maħruġ fl-Iran. Informazzjoni oħra: Serva bħala Viċi Ministru għad-Difiża.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(12)

Ahmad Derakhshandeh. Funzjoni: President u Direttur Maniġerjali tal-Bank Sepah, li jipprovdi appoġġ lill-AIO u lis-subordinati tagħha, inkluż l-SHIG u l-SBIG, li t-tnejn li huma ġew deżinjati taħt ir-riżoluzzjoni 1737 (2006). Data tat-twelid: 11.8..1956. Indirizz: 33 Hormozan Building, Pirozan St., Sharaj Ghods, Tehran, Iran (Islamic Republic of).

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(13)

Mohammad Eslami. Titolu: Dr. Informazzjoni oħra: Kap tal-Istitut tat-Taħriġ u r-Riċerka tal-Industriji tad-Difiża. Magħruf ukoll bħala: Mohammad Islami; Mohamed Islami; Mohammed Islami. Informazzjoni oħra: Serva bħala Viċi Ministru għad-Difiża mill-2012 sal-2013.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(14)

Reza-Gholi Esmaeli. Funzjoni: Kap tad-Dipartiment tal-Kummerċ u l-Affarijiet Internazzjonali, Organizzazzjoni ta’ Industriji Ajruspazjali (AIO). Data tat-twelid: 3.4.1961. Magħruf ukoll bħala: Reza-Gholi Ismaili. Nru tal-passaport: A0002302, maħruġ fl-Iran (Repubblika Iżlamika ta’).

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(15)

Mohsen Fakhrizadeh-Mahabadi. Funzjoni: Xjentist anzjan tal-MODAFL u eks kap taċ-Ċentru tar-Riċerka Fiżika (PHRC). Nru tal-passaport: (a) A0009228 (Mhux ikkonfermat (x’aktarx maħruġ fl-Iran)) (b) 4229533 (Mhux ikkonfermat (x’aktarx maħruġ fl-Iran)). Informazzjoni oħra: L-IAEA talbet biex tintervistah dwar l-attivitajiet tal-PHRC waqt il-perjodu meta hu kien kap iżda l-Iran irrifjuta.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(16)

Mohammad Hejazi. Titolu: Brigadier Ġeneral. Funzjoni: Kmandant tal-forza ta’ reżistenza ta’ Bassij. Data tat-twelid: 1959. Post tat-twelid: Isfahan, l-Iran (Repubblika Iżlamika ta’). Magħruf ukoll bħala: Mohammed Hijazi.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(17)

Mohsen Hojati. Funzjoni: Kap tal-Grupp Industrijali Fajr, li huwa ddeżinjat taħt ir-riżoluzzjoni 1737(2006) għar-rwol tiegħu fil-programm ta’ missili ballistiċi. Data tat-twelid: 28.9.1955. Nru tal-passaport: G4506013, maħruġ fl-Iran (Repubblika Iżlamika ta’).

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(18)

Seyyed Hussein Hosseini. Informazzjoni oħra: Uffiċjal tal-AEOI involut fil-proġett ta’ reattur ta’ riċerka b’ilma tqil f’Arak.

Data tad-deżinjazzjoni tal-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008).

(19)

M. Javad Karimi Sabet. Informazzjoni oħra: Kap tan-Novin Energy Company, li hija ddeżinjata taħt ir-riżoluzzjoni 1747 (2007).

Data tad-deżinjazzjoni tal-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008).

(20)

Mehrdada Akhlaghi Ketabachi. Funzjoni: Kap tal-Grupp Industrijali Shahid Bagheri (SBIG), li huwa ddeżinjat taħt ir-riżoluzzjoni 1737(2006) għar-rwol tiegħu fil-programm ta’ missili ballistiċi. Data tat-twelid: 10.9.1958. Nru tal-passaport: A0030940, maħruġ fl-Iran (Repubblika Iżlamika ta’).

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(21)

Ali Hajinia Leilabadi. Funzjoni: Direttur Ġenerali tal-Mesbah Energy Company. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm nukleari tal-Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(22)

Naser Maleki. Funzjoni: Kap tal-Grupp Industrijali Shahid Hemmat (SHIG), li huwa ddeżinjat taħt ir-riżoluzzjoni 1737(2006) għar-rwol tiegħu fil-programm ta’ missili ballistiċi tal-Iran. Data tat-twelid: 1960. Nru tal-passaport: A0003039 maħruġ fl-Iran (Repubblika Iżlamika ta’). Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: l-Iran (Repubblika Islamika ta’) 0035-11785, maħruġ fl-Iran (Repubblika Iżlamika ta’). Informazzjoni oħra: Naser Maleki huwa wkoll uffiċjal tal-MODAFL li jissorvelja xogħol fuq il-programm ta’ missili ballistiċi Shahab-3. Shahab-3 hija l-missila ballistika ta’ medda twila tal-Iran li qiegħda attwalment fis-servizz.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(23)

Hamid-Reza Mohajerani. Informazzjoni oħra: involut fil-ġestjoni tal-produzzjoni tal-Faċilità għall-Konverżjoni tal-Uranju (UCF) f’Esfahan.

Data tad-deżinjazzjoni tal-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008).

(24)

Jafar Mohammadi. Funzjoni: Konsulent Tekniku għall-Organizzazzjoni tal-Enerġija Atomika tal-Iran (AEOI) (inkarigat mill-ġestjoni tal-produzzjoni ta’ valvijiet għaċ-ċentrifugi). Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm nukleari tal-Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(25)

Ehsan Monajemi. Funzjoni: Maniġer tal-Proġett ta’ Kostruzzjoni, Natanz. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm nukleari tal-Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(26)

Mohammad Reza Naqdi. Titolu: Brigadier Ġeneral. Data tat-twelid: (a) 11.2.1949 (b) 11.2.1952 (c) 11.2.1953 (d) 11.2.1961. Post tat-twelid: (a) Najaf, l-Iraq (b) Tehran, l-Iran (Repubblika Iżlamika ta’). Informazzjoni oħra: eks Viċi Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati għal-Loġistika u r-Riċerka Industrijali. Kap tal-Kwartieri Ġenerali tal-Istat Kontra l-Kuntrabandu, impenjat fi sforzi biex jiġu evitati s-sanzjonijiet imposti bir-riżoluzzjonijiet 1737 (2006) u 1747 (2007) tal-UNSCR.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(27)

Houshang Nobari. Informazzjoni oħra: Involut fil-ġestjoni tal-kumpless għall-arrikkiment ta’ Natanz.

Data tad-deżinjazzjoni tal-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008).

(28)

Mohammad Mehdi Nejad Nouri. Titolu: Logutenent Ġeneral. Funzjoni: Rettur tal-Università Malek Ashtar għat-Teknoloġija tad-Difiża. Informazzjoni oħra: Id-dipartiment tal-kimika tal-Università ta’ Ashtar għat-Teknoloġija tad-Difiża huwa affiljat mal-MODALF u wettaq esperimenti bil-berillju. Viċi Ministru għax-Xjenza, ir-Riċerka u t-Teknoloġija.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(29)

Mohammad Qannadi. Funzjoni: Viċi President tal-AEOI għar-Riċerka u l-Iżvilupp. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm nukleari tal-Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(30)

Amir Rahimi. Funzjoni: Kap taċ-Ċentru ta’ Riċerka u Produzzjoni ta’ Fjuwil Nukleari ta’ Esfahan. Informazzjoni oħra: Iċ-Ċentru ta’ Riċerka u Produzzjoni ta’ Fjuwil Nukleari ta’ Esfahan huwa parti mill-kumpanija ta’ Produzzjoni u Akkwist ta’ Karburant Nukleari tal-AEOI, li hija involuta f’attivitajiet relatati mal-arrikkiment.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(31)

Javad Rahiqi: Funzjoni: Kap taċ-Ċentru għat-Teknoloġija Nukleari ta’ Esfahan tal-Organizzazzjoni għall-Enerġija Atomika tal-Iran (AEOI) (informazzjoni addizzjonali: Data tat-twelid: 24.4.1954; Post tat-twelid: Marshad).

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010 (UE: 24.4.2007).

(32)

Abbas Rashidi. Informazzjoni oħra: involut f’ħidma ta’ arrikkiment f’Natanz.

Data tad-deżinjazzjoni tal-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008).

(33)

Morteza Rezaie. Titolu: Brigadier Ġeneral. Funzjoni: Viċi Kmandant tal-IRGC. Data tat-twelid: 1956. Magħruf ukoll bħala: Mortaza Rezaie; Mortaza Rezai; Morteza Rezai.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(34)

Morteza Safari. Titolu: Viċi Ammiral. Funzjoni: Kmandant tal-qawwa Navali tal-IRGC. Magħruf ukoll bħala: Mortaza Safari; Morteza Saferi; Murtaza Saferi; Murtaza Safari.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(35)

Yahya Rahim Safavi. Titolu: Maġġur Ġeneral. Funzjoni: Kmandant, IRGC (Pasdaran). Data tat-twelid: 1952. Post tat-twelid: Isfahan, l-Iran (Repubblika Iżlamika ta’). Magħruf ukoll bħala: Yahya Raheem Safavi.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(36)

Seyed Jaber Safdari. Informazzjoni oħra: Maniġer tal-Faċilitajiet ta’ Arrikkiment ta’ Natanz.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(37)

Hosein Salimi. Titolu: Ġeneral. Funzjoni: Kmandant tal-Forza tal-Ajru, IRGC (Pasdaran). Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm ta’ missili ballistiċi tal-Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006

(38)

Qasem Soleimani. Titolu: Brigadier Ġeneral. Funzjoni: Kmandant tal-forza Qods. Data tat-twelid: 11.3.1957. Post tat-twelid: Qom, l-Iran (Repubblika Iżlamika ta’). Magħruf ukoll bħala: Qasim Soleimani; Qasem Sulaimani; Qasim Sulaimani; Qasim Sulaymani; Qasem Sulaymani; Kasim Soleimani; Kasim Sulaimani; Kasim Sulaymani; Haj Qasem; Haji Qassem; Sarder Soleimani. Nru tal-passaport: 008827, maħruġ fl-Iran. Informazzjoni oħra: ġie promoss għal Maġġur Ġeneral, filwaqt li żamm il-pożizzjoni tiegħu bħala Kmandant tal-Forza Qods.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(39)

Ghasem Soleymani. Informazzjoni oħra: Direttur tal-Operazzjonijiet ta’ Tħaffir tal-Minjieri tal-Uranju fil-Minjiera tal-Uranju ta’ Saghand.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(40)

Mohammad Reza Zahedi. Titolu: Brigadier Ġeneral. Funzjoni: Kmandant tal-Forzi tal-Art tal-IRGC. Data tat-twelid: 1944. Post tat-twelid: Isfahan, l-Iran (Repubblika Iżlamika ta’). Magħruf ukoll bħala: Mohammad Reza Zahidi; Mohammad Raza Zahedi.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(41)

Mohammad Baqer Zolqadr. Funzjoni: Ġeneral, uffiċjal tal-IRGC, Viċi Ministru għall-Intern għall-Affarijiet tas-Sigurtà. Magħruf ukoll bħala: Mohammad Bakr Zolqadr; Mohammad Bakr Zolkadr; Mohammad Baqer Zolqadir; Mohammad Baqer Zolqader.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(42)

Azim Aghajani. Funzjoni: Membru tal-Forza Qods tal-IRGC li topera taħt id-direzzjoni tal-Kmandant tal-Forza Qods, il-Maġġur Ġeneral Qasem Soleimani, li kien iddeżinjat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fir-Riżoluzzjoni 1747 (2007). Magħruf ukoll bħala: Azim Adhajani; Azim Agha-Jani. Nazzjonalità: l-Iran (Repubblika Iżlamika ta’). Nru tal-passaport: (a) 6620505 maħruġ fl-Iran (Repubblika Iżlamika ta’) (b) 9003213 maħruġ fl-Iran (Repubblika Iżlamika ta’). Informazzjoni oħra: iffaċilita ksur tal-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni 1747 (2007) li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ armi u materjal relatat mill-Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 18.4.2012

(43)

Ali Akbar Tabatabaei. Funzjoni: Membru tal-Forza Qods tal-IRGC li topera taħt id-direzzjoni tal-Kmandant tal-Forza Qods, il-Maġġur Ġeneral Qasem Soleimani, li kien iddeżinjat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fir-Riżoluzzjoni 1747 (2007). Data tat-twelid: 1967. Magħruf ukoll bħala: (a) Sayed Akbar Tahmaesebi; Syed Akber Tahmaesebi (b) Ali Akber Tabatabaei; Ali Akber Tahmaesebi; Ali Akbar Tahmaesebi. Nazzjonalità: l-Iran (Repubblika Iżlamika ta’). Nru tal-passaport: (a) 9003213 maħruġ fl-Iran / mhux magħruf (b) 6620505 maħruġ fl-Iran / mhux magħruf. Informazzjoni oħra: iffaċilita ksur tal-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni 1747 (2007) li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ armi u materjal relatat mill-Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 18.4.2012.”;

(2)

taħt l-intestatura “A. Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi”, jiżdiedu t-tabella u l-entrati li ġejjin taħt is-subintestatura “Entitajiet”:

“(1)

Abzar Boresh Kaveh Co. (magħrufa wkoll bħala BK Co.). Informazzjoni oħra: involuta fil-fabbrikazzjoni ta’ komponenti taċ-ċentrifugi.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(2)

Amin Industrial Complex. Amin Industrial Complex fittxet kontrolluri tat-temperatura li jistgħu jintużaw fir-riċerka nukleari u faċilitajiet operazzjonali/ta’ produzzjoni. Amin Industrial Complex hija proprjetà ta’ jew hija kkontrollata minn, jew taġixxi f’isem, l-Organizzazzjoni tal-Industrija tad-Difiża (DIO), li ġiet deżinjata fir-Riżoluzzjoni 1737 (2006).

Post: P.O. Box 91735-549, Mashad, Iran; Amin Industrial Estate, Khalage Rd., Seyedi District, Mashad, Iran; Kaveh Complex, Khalaj Rd., Seyedi St., Mashad, Iran

Magħrufa wkoll bħala: Amin Industrial Compound u Amin Industrial Company.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(3)

Ammunition and Metallurgy Industries Group (AMIG) Magħrufa wkoll bħala: Ammunition Industries Group. Informazzjoni oħra: (a) AMIG tikkontrolla 7th of Tir, li hija ddeżinjata taħt ir-riżoluzzjoni 1737 (2006) għar-rwol tagħha fil-programm taċ-ċentrifugi tal-Iran. AMIG minn naħa tagħha hija proprjetà ta’ u kkontrollata minn DIO, li hija ddeżinjata taħt ir-riżoluzzjoni 1737 (2006).

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(4)

Armament Industries Group. Armament Industries Group (AIG) timmanifattura u tikkura varjetà ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir, inkluż snieter ta’ kalibru kbir u medju u t-teknoloġija relatata. AIG twettaq l-parti l-kbira tal-attività ta’ akkwist tagħha permezz ta’ Hadid Industries Complex.

Post: Sepah Islam Road, Karaj Special Road Km 10, Iran; Pasdaran Ave., P.O. Box 19585/777, Tehran, Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tal-UE: 24.4.2007 (NU: 9.6.2010).

(5)

Atomic Energy Organisation of Iran (AEOI). Informazzjoni oħra: Involuta fil-programm nukleari tal-Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(6)

Bank Sepah u Bank Sepah International. Informazzjoni oħra: Bank Sepah tipprovdi appoġġ lill-Aerospace Industries Organisation (AIO) u lis-subordinati, inkluż Shahid Hemmat Industrial Group (SHIG) u Shahid Bagheri Industrial Group (SBIG).

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(7)

Barzagani Tejarat Tavanmad Saccal companies. Informazzjoni oħra: (a) kumpanija sussidjarja ta’ Saccal System companies, (b) din il-kumpanija ppruvat tixtri oġġetti sensittivi għal entità elenkata fir-riżoluzzjoni 1737 (2006).

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(8)

Cruise Missile Industry Group. Magħrufa wkoll bħala: Naval Defense Missile Industry Group. Informazzjoni oħra: Produzzjoni u żvilupp ta’ missili kruċiera. Responsabbli mill-missili navali inkluż missili kruċiera.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(9)

Defence Industries Organisation (DIO). Informazzjoni oħra: entità globali kkontrollata mill-MODAFL, li xi wħud mis-subordinati tagħha kienu involuti fil-programm taċ-ċentrifugi li jipproduċi komponenti, u fil-programm tal-missili.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(10)

Defense Technology and Science Research Center. Defense Technology and Science Research Center (DTSRC) hija proprjetà ta’ jew ikkontrollata minn, jew taġixxi f’isem il-Ministeru tad-Difiża u l-Loġistika tal-Forzi Armati (MODAFL), li jissorvelja r-R&Ż, il-produzzjoni, il-manteniment, l-esportazzjoni u l-akkwist fil-qasam tad-difiża tal-Iran.

Post: Pasdaran Ave, PO Box 19585/777, Tehran, Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tal-UE: 24.4.2007 (NU: 9.6.2010).

(11)

Doostan International Company. Doostan International Company (DICO) tfornixxi elementi għall-programm ballistiku missilistiku tal-Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(12)

Electro Sanam Company (magħrufa wkoll bħala (a) E. S. Co., (b) E. X. Co.). Informazzjoni oħra: Kumpannija fittizja tal-AIO, involuta fil-programm tal-missili ballistiċi.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(13)

Esfahan Nuclear Fuel Research and Production Centre (NFRPC) and Esfahan Nuclear Technology Centre (ENTC). Informazzjoni oħra: Dawn jagħmlu parti min-Nuclear Fuel Production and Procurement Company tal-Organizzazzjoni tal-Enerġija Atomika tal-Iran (AEOI).

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(14)

Ettehad Technical Group. Informazzjoni oħra: Kumpannija fittizja tal-AIO, involuta fil-programm tal-missili ballistiċi.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(15)

Fajr Industrial Group. Informazzjoni oħra: (a) Instrumentation Factory Plant, (b) Entità subordinata tal-AIO, (c) Involut fil-programm tal-missili ballistiċi tal-Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(16)

Farasakht Industries. Farasakht Industries hija ta’ proprjetà jew ikkontrollata minn, jew taġixxi f’isem l-Iran Aircraft Manufacturing Company, li min-naħa tagħha hija ta’ proprjetà jew ikkontrollata minn MODAFL.

Post: P.O. Box 83145-311, Kilometer 28, Esfahan-Tehran Freeway, Shahin Shahr, Esfahan, Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(17)

Farayand Technique. Informazzjoni oħra: (a) Involuta fil-programm nukleari tal-Iran (programm taċ-ċentrifugi), (b) Identifikata fir-rapporti tal-IAEA.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(18)

First East Export Bank, P.L.C. First East Export Bank, PLC hija ta’ proprjetà jew ikkontrollata minn, jew taġixxi f’isem il-Bank Mellat. Matul l-aħħar seba’ snin, il-Bank Mellat iffaċilita mijiet ta’ miljuni ta’ dollari fi transazzjonijiet għal entitajiet nukleari, missilistiċi, u ta’ difiża Iranjani.

Post: Unit Level 10 (B1), Main Office Tower, Financial Park Labuan, Jalan Merdeka, 87000 WP Labuan, Malaysia; Numru tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju LL06889 (Malaysia).

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(19)

Industrial Factories of Precision (IFP) Machinery (magħrufa wkoll bħala Instrumentation Factories Plant). Informazzjoni oħra: użat mill-AIO għal xi tentattivi ta’ akkwiżizzjoni.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(20)

Jabber Ibn Hayan. Informazzjoni oħra: laboratorju tal-AEOI involut f’attivitajiet taċ-ċiklu tal-karburant.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 3.3.2008 (UE: 24.4.2007).

(21)

Joza Industrial Co. Informazzjoni oħra: Kumpannija fittizja tal-AIO, involuta fil-programm tal-missili ballistiċi.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(22)

Kala-Electric. Magħrufa wkoll bħala Kalaye Electric. Informazzjoni oħra: Fornitur għal PFEP – Natanz.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(23)

Karaj Nuclear Research Centre. Informazzjoni oħra: Parti mit-taqsima tar-riċerka tal-AEOI.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(24)

Kaveh Cutting Tools Company. Kaveh Cutting Tools Company hija ta’ proprjetà jew ikkontrollata minn, jew taġixxi f’isem id-DIO.

Post: Km 3 Khalaj Road, Seyyedi Street, Mashad 91638, Iran; Km 4 Khalaj Road, End of Seyyedi Street, Mashad, Iran; P.O. Box 91735-549, Mashad, Iran; Khalaj Rd., End of Seyyedi Alley, Mashad, Iran; Moqan St., Pasdaran St., Pasdaran Cross Rd., Tehran, Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(25)

Kavoshyar Company. Informazzjoni oħra: Kumpanija sussidjarja ta’ AEOI.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(26)

Khorasan Metallurgy Industries. Informazzjoni oħra: (a) sussidjarja ta’ Ammunition Industries Group (AMIG) li tiddependi mid-DIO, (b) entità involuta fil-produzzjoni tal-komponenti ċentrifuġi.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(27)

M. Babaie Industries. M. Babaie Industries hija subordinata għal Shahid Ahmad Kazemi Industries Group (formalment l-Air Defense Missile Industries Group) tal-Aerospace Industries Organization (AIO) tal-Iran. L-AIO tikkontrolla l-organizzazzjonijiet tal-missili ta’ Shahid Hemmat Industrial Group (SHIG) u s-Shahid Bakeri Industrial Group (SBIG), it-tnejn li huma ġew indikati fir-riżoluzzjoni 1737 (2006).

Post: P.O. Box 16535-76, Tehran, 16548, Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(28)

Malek Ashtar University. Subordinata tad-DTRSC fil-MODAFL. Din tinkludi gruppi ta’ riċerka li qabel kienu taħt iċ-Ċentru ta’ Riċerka Fiżika (PHRC). L-ispetturi tal-IAEA ma ngħatawx permess jintervistaw lill-persunal jew jaraw id-dokumenti taħt il-kontroll ta’ din l-organizzazzjoni biex jirrisolvu l-kwistjoni pendenti tad-dimensjoni militari possibbli għall-programm nukleari tal-Iran.

Post: Corner of Imam Ali Highway and Babaei Highway, Tehran, Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tal-UE: 24.6.2008 (NU: 9.6.2010).

(29)

Mesbah Energy Company. Informazzjoni oħra: (a) Fornitriċi għar-reattur tar-riċerka A40 – Arak, (b) Involuta fil-programm nukleari tal-Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(30)

Ministry of Defense Logistics Export. Il-Ministeru tal-Esportazzjoni tal-Loġistika għad-Difiża (MODLEX) ibigħ armamenti prodotti fl-Iran lil klijenti madwar id-dinja bi ksur tar-riżoluzzjoni 1747 (2007), li tipprojbixxi lill-Iran milli jbigħ armi jew materjal relatat.

Post: PO Box 16315-189, Tehran, Iran; jinsab fuq in-naħa tal-punent ta’ Dabestan Street, Abbas Abad District, Tehran, Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tal-UE: 24.6.2008 (NU: 9.6.2010).

(31)

Mizan Machinery Manufacturing. Mizan Machinery Manufacturing (3M) hija ta’ proprjetà jew ikontrollata minn, jew taġixxi f’isem is-SHIG.

Post: P.O. Box 16595-365, Tehran, Iran

magħrufa wkoll bħala: 3MG

Data tad-deżinjazzjoni tal-UE: 24.6.2008 (NU: 9.6.2010).

(32)

Modern Industries Technique Company. Modern Industries Technique Company (MITEC) hija responsabbli għat-tfassil u l-kostruzzjoni tar-reattur tal-ilma tqil IR-40 f’Arak. Il-MITEC mexxiet akkwist għall-kostruzzjoni tar-reattur tal-ilma tqil IR-40.

Post: Arak, Iran

magħrufa wkoll bħala: Rahkar Company, Rahkar Industries, Rahkar Sanaye Company, Rahkar Sanaye Novin

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(33)

Nuclear Research Center for Agriculture and Medicine. Iċ-Ċentru ta’ Riċerka Nukleari għall-Agrikoltura u l-Mediċina (NFRPC) huwa komponent ta’ riċerka kbir tal-Organizzazzjoni tal-Enerġija Atomika tal-Iran (AEOI), li ġie ddeżinjat fir-riżoluzzjoni 1737 (2006). L-NFRPC huwa ċ-ċentru tal-AEOI għall-iżvilupp ta’ fjuwil nukleari u huwa involut fl-attivitajiet relatati mal-arrikiment.

Post: P.O. Box 31585-4395, Karaj, Iran

magħrufa wkoll bħala: Center for Agricultural Research and Nuclear Medicine; Karaji Agricultural and Medical Research Center

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(34)

Niru Battery Manufacturing Company. Informazzjoni oħra: (a) kumpanija sussidjarja tad-DIO, (b) ir-rwol tagħha hu li timmanifattura power units għall-armata Iranjana inkluż sistemi tal-missili.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(35)

Novin Energy Company (magħrufa wkoll bħala Pars Novin). Informazzjoni oħra: Topera fi ħdan l-AEOI.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(36)

Parchin Chemical Industries. Informazzjoni oħra: Fergħa tad-DIO, li tipproduċi munizzjon, splussivi, kif ukoll propellanti solidi għal rokits u missili.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(37)

Pars Aviation Services Company. Informazzjoni oħra: għandha diversi inġenji tal-ajru, inkluż MI-171, użati mill-Forza tal-Ajru tal-IRGC.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(38)

Pars Trash Company. Informazzjoni oħra: (a) Involuta fil-programm nukleari tal-Iran (programm taċ-ċentrifugi), (b) Identifikata fir-rapporti tal-IAEA.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(39)

Pejman Industrial Services Corporation. Pejman Industrial Services Corporation hija ta’ proprjetà jew ikkontrollata minn, jew taġixxi f’isem is-SBIG.

Post: P.O. Box 16785-195, Tehran, Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(40)

Pishgam (Pioneer) Energy Industries. Informazzjoni oħra: ipparteċipat fil-kostruzzjoni tal-faċilità għall-konverżjoni tal-uranju f’Esfahan.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(41)

Qods Aeronautics Industries. Informazzjoni oħra: Tipproduċi vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAVs), paraxuts, paragliders, para-muturi, eċċ. L-IRGC ftaħret li tagħmel użu minn dawn il-prodotti bħala parti mid-duttrina ta’ gwerra assimetrika tagħha.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(42)

Sabalan Company. Sabalan huwa psewdonimu għas-SHIG.

Post: Damavand Tehran Highway, Tehran, Iran

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(43)

Sanam Industrial Group. Informazzjoni oħra: entità subordinata tal-AIO, li xtrat tagħmir f’isem l-AIO għall-programm tal-missili.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(44)

Safety Equipment Procurement (SEP). Informazzjoni oħra: Kumpannija fittizja tal-AIO, involuta fil-programm tal-missili ballistiċi.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(45)

7th of Tir. Informazzjoni oħra: Entità subordinata tad-DIO, li hija rikonoxxuta b’mod ġenerali bħala li hija involuta direttament fil-programm nukleari tal-Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(46)

Sahand Aluminum Parts Industrial Company (SAPICO). SAPICO huwa psewdonimu għas-SHIG.

Post: Damavand Tehran Highway, Tehran, Iran

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(47)

Shahid Bagheri Industrial Group (SBIG). Informazzjoni oħra: Entità subordinata tal-AIO.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(48)

Shahid Hemmat Industrial Group (SHIG). Informazzjoni oħra: Entità subordinata tal-AIO.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(49)

Shahid Karrazi Industries. Shahid Karrazi Industries hija ta’ proprjetà jew ikkontrollata minn, jew taġixxi f’isem is-SBIG.

Post: Tehran, Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(50)

Shahid Satarri Industries. Shahid Sattari Industries hija ta’ proprjetà jew ikkontrollata minn, jew taġixxi f’isem is-SBIG.

Post: Southeast Tehran, Iran

magħrufa wkoll bħala: Shahid Sattari Group Equipment Industries.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(51)

Shahid Sayyade Shirazi Industries. Shahid Sayyade Shirazi Industries (SSSI) hija ta’ proprjetà jew ikkontrollata minn, jew taġixxi f’isem id-DIO.

Post: Next To Nirou Battery Mfg. Co, Shahid Babaii Expressway, Nobonyad Square, Tehran, Iran; Pasdaran St., P.O. Box 16765, Tehran 1835, Iran; Babaei Highway – Next To Niru M.F.G, Tehran, Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(52)

Sho’a’ Aviation. Informazzjoni oħra: Tipproduċi mikro-dwal li l-IRGC stqarret li qed tuża bħala parti mid-duttrina ta’ gwerra assimetrika tagħha.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(53)

Special Industries Group. Special Industries Group (SIG) hija subordinata tad-DIO.

Post: Pasdaran Avenue, PO Box 19585/777, Tehran, Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tal-UE: 24.7.2007 (NU: 9.6.2010).

(54)

TAMAS Company. Informazzjoni oħra: (a) entità involuta f’attivitajiet relatati mal-arrikkament, (b) TAMAS hi korp ġenerali, li taħtha ġew stabbiliti erba’ kumpaniji sussidjarji, inkluż waħda għall-estrazzjoni tal-uranju għall-konċentrazzjoni u oħra responsabbli mill-ipproċessar tal-uranju, l-arrikkament u l-iskart.

Data tad-deżinjazzjoni tal-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008).

(55)

Tiz Pars. Tiz Pars huwa psewdonimu għas-SHIG. Bejn April u Lulju tal-2007, it-Tiz Pars pruvat takkwista magna tal-welding bil-lażer u tal-qtugħ b’ħames assi, li tista’ tagħti kontribut materjal għall-programm missilistiku tal-Iran, f’isem is-SHIG.

Post: Damavand Tehran Highway, Tehran, Iran

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(56)

Ya Mahdi Industries Group. Informazzjoni oħra: entità subordinata tal-AIO, li hija involuta fix-xiri internazzjonali ta’ tagħmir għall-missili.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(57)

Yazd Metallurgy Industries. Yazd Metallurgy Industries (TMI) hija subordinata tad-DIO.

Post: Pasdaran Avenue, Next To Telecommunication Industry, Tehran 16588, Iran; Postal Box 89195/878, Yazd, Iran; P.O. Box 89195-678, Yazd, Iran; Km 5, Taft Road, Yazd, Iran

Magħruf wkoll bħala: Yazd Ammunition Manufacturing and Metallurgy Industries, Directorate of Yazd Ammunition and Metallurgy Industries

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(58)

Behineh Trading Co.

Informazzjoni oħra: Kumpannija Iranjana li kellha rwol ewlieni fit-trasferiment illegali ta’ armi għall-Punent tal-Afrika u aġixxiet f’isem l-IRGC-Qods Force li topera taħt il-kmand tal-Maġġur Ġenerali Qasem Soleimani, iddeżinajata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fir-Riżoluzzjoni 1747 (2007), bħala l-ispeditur tal-konsenja tal-armi.

Informazzjoni addizzjonali: Post: Tavakoli Building, Opposite of 15th Alley, Emam-Jomeh Street, Tehran, Iran. Telefown: +98 919 538 2305. Website: http://www.behinehco.ir

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 18 ta’ April 2012

(59)

Yas Air. Yas Air huwa l-isem il-ġdid ta’ Pars Air, kumpanija li kienet proprjetà ta’ Pars Aviation Services Company, li min-naħa tagħha kienet indikata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Riżoluzzjoni 1747 (2007). Yas Air għenet lil Pars Aviation Services Company, entità indikata min-Nazzjonijiet Uniti, biex tikser il-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni 1747 (2007).

Post: Mehrabad International Airport, Next to Terminal No. 6, Tehran, Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 10.12.2012.

(60)

SAD Import Export Company. SAD Import Export Company għenet lil Parchin Chemical Industries and 7th of Tir Industries, entità indikata min-Nazzjonijiet Uniti, biex tikser il-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni 1747 (2007).

Post: Haftom Tir Square, South Mofte Avenue, Tour Line No 3/1, Tehran, Iran. (2) P.O. Box 1584864813.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 10.12.2012.”;

(3)

taħt l-intestatura “B. Entitajiet ta’ proprjetà, ikkontrollati, jew li jaġixxu f’isem il-Korpi tal-Gwardja Revoluzzjonarja Iżlamika”, jiżdiedu t-tabella u l-entrati li ġejjin:

“(1)

Fater (jew Faater) Institute: entità sussidjarja ta’ Khatam al-Anbiya (KAA). Fater ħadmet ma’ fornituri barranin, x’aktarx f’isem kumpaniji oħra ta’ KAA fuq proġetti tal-IRGC fl-Iran.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(2)

Gharagahe Sazandegi Ghaem: Gharagahe Sazandegi Ghaem hija ta’ proprjetà ta’ KAA jew ikkontrollata minnha.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(3)

Ghorb Karbala: Ghorb Karbalahija ta’ proprjetà ta’ KAA jew ikkontrollata minnha.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(4)

Ghorb Nooh: Ghorb Nooh hija ta’ proprjetà ta’ KAA jew ikkontrollata minnha.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(5)

Hara Company: Hara Company hija proprjetà ta’ Ghorb Nooh jew ikkontrollata minnha.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(6)

Imensazan Consultant Engineers Institute: Imensazan Consultant Engineers Institute hija proprjetà ta’ KAA jew ikkontrollata minnha, jew taġixxi f’isimha.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(7)

Khatam al-Anbiya Construction Headquarters: Khatam al-Anbiya Construction Headquarters (KAA) hija kumpanija ta’ proprjetà ta’ IRGC involuta fi proġetti ta’ kostruzzjoni ċivili u militari fuq skala kbira u f’attivitajiet oħra ta’ inġinjerija. Din twettaq ammont sinifikanti ta’ xogħol fuq proġetti tal-Organizzazzjoni ta’ Difiża Passiva. B’mod partikolari, is-sussidjarji ta’ KAA kienu ferm involuti fil-kostruzzjoni ta’ sit ta’ arrikkiment tal-uranju f’Qom/Fordow.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(8)

Makin: Makin hija ta’ proprjetà ta’ KAA jew ikkontrollata minnha, jew taġixxi f’isimha, u hija sussidjarja ta’ KAA.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(9)

Omran Sahel: Omran Sahel hija proprjetà ta’ Ghorb Nooh jew ikkontrollata minnha.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(10)

Oriental Oil Kish: Oriental Oil Kish hija ta’ proprjetà ta’ KAA jew ikkontrollata minnha, jew taġixxi f’isimha.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(11)

Rah Sahel: Rah Sahel hija ta’ proprjetà ta’ KAA jew ikkontrollata minnha, jew taġixxi f’isimha.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(12)

Rahab Engineering Institute: Rahab hija ta’ proprjetà ta’ KAA jew ikkontrollata minnha, jew taġixxi f’isimha, u hija sussidjarja ta’ KAA.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(13)

Sahel Consultant Engineers: Sahel Consultant Engineers hija proprjetà ta’ Ghorb Nooh jew ikkontrollata minnha.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(14)

Sepanir: Sepanir hija ta’ proprjetà ta’ KAA jew ikkontrollata minnha, jew taġixxi f’isimha.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(15)

Sepasad Engineering Company: Sepasad Engineering Company hija ta’ proprjetà ta’ KAA jew ikkontrollata minnha, jew taġixxi f’isimha.

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.”;

(4)

taħt l-intestatura “C. Entitajiet ta’ proprjetà, ikkontrollati, jew li jaġixxu f’isem l-Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL)”, jiżdiedu t-tabella u l-entrati li ġejjin:

“(1)

Irano Hind Shipping Company: Post: 18 Mehrshad Street, Sadaghat Street, Opposite of Park Mellat, Vali-e-Asr Ave., Tehran, Iran; 265, Next to Mehrshad, Sedaghat St., Opposite of Mellat Park, Vali Asr Ave., Tehran 1A001, Iran

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(2)

IRISL Benelux NV: Post: Noorderlaan 139, B-2030, Antwerp, Belgium; Nru tal-VAT BE480224531 (il-Belġju)

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.

(3)

South Shipping Line Iran (SSL): Post: Apt. No. 7, 3rd Floor, No. 2, 4th Alley, Gandi Ave., Tehran, Iran; Qaem Magham Farahani St., Tehran, Iran

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 9.6.2010.”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1982/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)